L-Aħbarijiet

Caritas Internationalis: dejjem fuq in-naħa tal-fqir u l-aktar vulnerabbli

Caritas at work in Lebanon 

Addressing the humanitarian needs that emerged at the end of World War II and assisting the victims of the conflict. When Pius XII established it on December 12, 1951, these were the main objectives of Caritas Internationalis, a confederation of national Caritas organisations – which has grown from the initial 13 to the 162 of today – that, in the course of these 70 years, has increasingly broadened its range of action and multiplied its sectors of intervention… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: l-imħabba biss tiġbed u tbiddel il-qalb tal-bniedem

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-predikazzjoni ta’ San Pawl hi kollha ċċentrata fuq Ġesù u fuq il-misteru tal-Għid tiegħu. Fil-fatt l-Appostlu jippreżenta ruħu bħala xandar ta’ Kristu, u ta’ Kristu msallab (ara 1 Kor 2:2). Lill-Galatin, ittentati li jibnu r-reliġjożità tagħhom fuq l-osservanza ta’ preċetti u tradizzjonijiet, hu jfakkarhom x’inhu ċ-ċentru tas-salvazzjoni u tal-fidi: il-mewt u l-qawmien tal-Mulej. Dan jagħmlu billi jqegħdilhom quddiemhom ir-realiżmu tas-salib ta’ Ġesù… Kompli aqra »

Il-Ħadd tal-Missjoni fid-Dinja

Ta’ kull sena x-xahar ta’ Ottubru jkun iddedikat għall-missjoni. Ix-Xahar tal-Missjoni jibda bl-1 ta’ Ottubru, festa ta’ Santa Tereża ta’ Lisieux, il-patruna tal-missjonijiet filwaqt li t-tieni l-aħħar l-Ħadd huwa l-Ħadd tal-Missjoni Dinjija. Din hija opportunità biex tingħata attenzjoni speċjali lill-importanza li taqsam il-fidi fil-missjoni,” Mons. Valentino Borg, Direttur Nazzjonali ta’ Missio Malta.

Il-messaġġ li Papa Franġisku għażel għal din is-sena huwa ispirat mill-Iskrittura Biblika: “Għax aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna.” Atti 4:20

“Dan iġegħelna l-ewwel u qabel kollox sabiex nippruvaw nifhmu kif nistgħu nkunu xhieda tal-Vanġelu u kif nistgħu nkunu profeti t’Alla… Kompli aqra »

Il-fatti dwar l-art f’Għawdex

Miktub minn Michael Pace Ross, is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta

Bla ma riedet il-Knisja inqabdet f’kontroversja wara li l-Aġenzija tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet aċċettat ir-reġistrazzjoni ta’ meded ta’ art f’Għawdex, li ħalliet lir-residenti inċerti dwar jekk għandhomx titlu legali fuq djarhom.

Din l-art ġiet reġistrata f’isem il-Fondazzjoni Abbazia San Antonio Delli Navarra, li kienet twaqqfet min-nobbli Cosmana Cumbo Navarra fl-1675, wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż legali fl-2019 li fetaħ dawn il-meded t’art bħala żoni ta’ reġistrazzjoni… Kompli aqra »

COMECE: L-Isqfijiet Ewropej se jiddiskutu l-kontribut tal-Knisja biex jindirizzaw l-isfidi Ewropej

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi se jirrappreżenta lill-Konferenza Episkopali Maltija

Delegates of the Bishops’ Conferences of the European Union will participate in the COMECE Autumn Assembly to be held in a hybrid format on 27-28 October 2021, with the participation of Colin Scicluna, Head of cabinet of the Vice President of the European Commission in charge of Democracy and Demography, and Herman Van Rompuy, President emeritus of the European Council. The event will focus on the Conference on the Future of Europe and will include an exchange with young people… Kompli aqra »

Il-parroċċi jgħinu 1,300 familja fil-bżonn

Il-Ħidma tad-Djakonija fil-parroċċi f’Malta, hija sostenn lil kull min b’xi mod isib ruħu f’sitwazzjoni ta’ diffikultà.  Biżżejjed insemmu li l-parroċċi Maltin, filwaqt li jaħdmu id f’id ma’ entitajiet soċjali – kemm tad-djoċesi kif ukoll tal-istat – immexxija bil-ħidma tal-kappillani, il-kleru u voluntiera lajċi, isostnu madwar 1,300 familja bi bżonnijiet bażici bħall-ikel, ħwejjeġ, affarijiet tal-ħasil u ndafa, bżonnijiet għall-iskola tat-tfal u oħrajn. Dan barra ħidmiet varji ma’ gruppi bħall-anzjani, persuni b’diżabbilità, ommijiet żgħażagħ, u gruppi oħra li barra li jiġu mgħejjuna fil-bżonnijiet immedjati, jingħataw mezzi u opportunitajiet biex jagħrfu li huma wkoll għandhom x’joffru lill-komunità li jgħixu fiha, u mhuwiex il-bżonn li jiddefinixxi min huma bħala persuni imma fuq kollox id-doni u t-talenti uniċi li ġġor kull persuna… Kompli aqra »

L-involviment taż-żgħażagħ akbar fil-komunità milli fil-politika

Riċerka mid-DISCERN dwar xejriet fost iż-żgħażagħ

Stħarriġ li sar juri li ż‑żgħażagħ għandhom iktar probabiltà li jinvolvu ruħhom fuq livell ta’ komunità milli fil‑politika. L‑interess tagħhom fil‑politika jonqos aktar ma jikbru fl‑età. Irriżulta wkoll li t‑tfajliet iħarsu lejn l‑impenn fil‑komunità b’mod pożittiv u jipparteċipaw f’inizjattivi u attivitajiet komunitarji aktar mill‑ġuvintur.

Ir‑riċerka saret minn DISCERN, l‑istitut għar‑riċerka dwar is‑sinjali taż‑żminijiet, fost 498 żagħżugħ u żagħżugħa bejn is‑16 u l‑25 sena… Kompli aqra »

Baġit 2022: Lil hinn min-numri

Il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tilqa’ l‑Baġit 2022, u tagħraf iż‑żminijiet ta’ sfida li pajjiżna u d‑dinja għaddew u se jkomplu jgħaddu minnhom fil‑futur qarib. Il‑Kummissjoni qed toffri l‑fehma tagħha fid‑dawl tal‑inizjattiva “Beyond GDP” li tnediet is‑sena li għaddiet bil‑għan li tippromwovi l‑ħtieġa li pajjiżna jfassal mill‑ġdid il‑mudell ekonomiku tiegħu lejn viżjoni aktar olistika u sostenibbli.

Bilanċ bejn il‑ħajja u x‑xogħol

Diversi inizjattivi mressqa fil‑baġit jippremjaw lil dawk li jixtiequ jaħdmu aktar… Kompli aqra »

Ftehim bejn il-Knisja u l-privat li se jwassal għat-twaqqif ta’ proġett soċjali fl-Isla

Dar Sant’Anna se tiġi rrestawrata biex ’il quddiem tilqa’ tfal minn ambjenti soċjali diffiċli

L-Arċidjoċesi ta’ Malta u Care Malta ffirmaw ftehim sabiex Dar Sant’Anna fl-Isla tiġi rrestawrata biex ’il quddiem tilqa’ tfal minn ambjenti soċjali diffiċli li jkollhom bżonn protezzjoni u wens. Dan il-proġett soċjali ġie identifikat mill-parroċċa tal-Isla u se jitmexxa minn Care Malta. Sa ftit snin ilu din id-dar kienet tilqa’ lill-anzjani.

Il-ftehim ġie ffirmat mis-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, Michael Pace Ross, u minn Nazzareno Vassallo u Natalie Briffa Farrugia f’isem Care Malta.  Preżenti wkoll l-Arċipriet tal-Isla, il-Kanonku Robin Camilleri… Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ Gwardamanġa

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna llejla se jiċċelebra quddiesa fil‑bidu tal‑ħidma pastorali ta’ Patri Joseph Zahra, Dumnikan, bħala kappillan tal‑parroċċa tal‑Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa.

Patri Joseph Zahra twieled fil‑25 ta’ Mejju 1974. Huwa studja l‑filosofija u t‑teoloġija fl‑Università ta’ Bologna fl‑Italja. Beda l‑formazzjoni reliġjuża fl‑1992 fil‑Kunvent tal‑Madonna tal‑Għar, ir‑Rabat, u sentejn wara għamel l‑ewwel professjoni solenni. Hu ġie ordnat saċerdot fit‑22 ta’ Lulju 2003 fis‑Santwarju tal‑Madonna ta’ Fatima fi Gwardamanġa, fejn serva bħala viċi kappillan għal erba’ snin… Kompli aqra »