L-Aħbarijiet

Il-Papa: Il-migranti fuq il-baħar m’għandhom qatt jiġu mċaħħda mill-għajnuna

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

F’dar-raba’ Ħadd tal-Għid, magħruf bħala l-Ħadd tar-Ragħaj it-Tajjeb, l-Evanġelju (Ġw 10,11-18) jippreżentalna lil Ġesù bħala l-veru ragħaj li jiddefendi, jagħraf u jħobb lin-nagħaġ tiegħu.

B’kuntrast miegħu, mar-Ragħaj it-Tajjeb, għandna l-“merċenarju”, li ma jimpurtahx min-nagħaġ għax mhumiex tiegħu.  Jagħmel dax-xogħol biss għall-paga, ma jħabbilx rasu biex jiddefendihom: meta jasal il-lupu jaħrab u jabbandunahom (cfr vv. 12-13).  Iżda Ġesù, ir-ragħaj veru, jiddefendina dejjem, joħroġna minn bosta sitwazzjonijiet diffiċli, sitwazzjonijiet perikolużi, permezz tal-kelma tiegħu u l-qawwa tal-preżenza tiegħu, li aħna nħossu bla waqfien, jekk inkunu rridu nisimgħu, kuljum… Kompli aqra »

Jum il-Vokazzjonijiet 2021

Nhar il‑Ħadd li ġej, 25 ta’ April 2021, ir‑raba’ Ħadd tal‑Għid, huwa l‑Jum Dinji ta’ Talb għall‑Vokazzjonijiet. Dakinhar l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jiċċelebra quddiesa mill‑Kappella taċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet fis‑Seminarju, Tal‑Virtù, fid‑9:30 a.m.  Din se tixxandar fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Fil‑quddiesa se jieħdu sehem saċerdoti, reliġjużi rġiel u nisa, u seminaristi li huma responsabbli mill‑ħidma vokazzjonali, kif ukoll żgħażagħ li jieħdu sehem fl‑attivitajiet li jorganizza ċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet tas‑Seminarju tal‑Arċisqof… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 24 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Il-Papa jħeġġeġ lill-Kattoliċi biex matul Mejju jitolbu għat-tmiem tal-pandemija

Catholics across the globe are encouraged to dedicate the Marian month of May to pray for an end to the pandemic.

The initiative, behind which the Pope has thrown his support, involves 30 Marian Shrines from various parts of the world.

The Pontifical Council for Promoting the New Evangelization announced the news with a press release on Wednesday afternoon.

It takes place under the theme “The whole Church was fervently praying to God,” which recalls a verse in the Book of Acts (12:5)… Kompli aqra »

Il-kampanja ‘Itma u Libbes’ b’risq il-persuni fil-bżonn

Matul ir-Randan, permezz tal‑kampanja ‘Itma’ u Libbes’, inġabru €30,000 f’donazzjonijiet u madwar 45 vann mimlija ħwejjeġ f’kundizzjoni tajba. Dawn ser jgħinu lil persuni li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli fis‑soċjetà.

Il-kampanja ġiet organizzata mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta permezz tat‑Taqsima tad‑Djakonija fil‑Parroċċi ta’ Caritas Malta, flimkien ma’ Newsbook.com.mt u 103 Malta’s Heart fejn ixxandru diversi intervisti dwar ir-realtà tal-faqar.

Id-donazzjonijiet se jintużaw biex jinxtara ikel li jitqassam mill‑kappillani lill‑familji fil‑bżonn fil‑parroċċi tagħhom… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali: It-talb bil-fomm

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

It-talb hu djalogu ma’ Alla; u kull ħlejqa, f’ċertu sens, “tiddjaloga” ma’ Alla. Fil-bniedem, it-talb isir kelma, invokazzjoni, għanja, poeżija… Il-Kelma divina saret laħam, u fil-ġisem ta’ kull bniedem il-kelma terġa’ lura għand Alla fit-talb.

Il-kelmiet huma ħolqien tagħna, imma huma wkoll ommijiet tagħna, u b’xi mod jagħġnuna. Il-kelmiet ta’ talba jgħadduna bla periklu ta’ xejn minn wied mudlam, imexxuna lejn mergħat kollhom ħdura u b’ilmijiet kotrana, iħejju mejda għalina quddiem l-għedewwa tagħna, kif jgħallimna ngħidu s-Salm (ara Salm 23)… Kompli aqra »

Il-Papa waqt ir-Regina Coeli: il-Kristjanità hi relazzjoni, kura u ferħ

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

F’dat-tielet Ħadd tal-Għid, nerġgħu lura lejn Ġerusalemm, fiċ-Ċenaklu, qiesna mmexijin miż-żewġ dixxipli ta’ Għemmaws, li kienu semgħu b’emozzjoni kbira kliem Ġesù tul it-triq, u mbagħad għarfuh “fil-qsim tal-ħobż” (Luqa 24,35).  Issa, fiċ-Ċenaklu Kristu Rxoxt jidher f’nofs il-miġemgħa tad-dixxipli u jsellmilhom: “Il-paċi magħkom!” (v. 36). Iżda huma beżgħu u ħasbu “li qed jaraw xi fantażma”, hekk jgħid l-Evanġelju (v. 37).  Allura Ġesù jurihom il-ġrieħi f’ġismu u jgħid: “Araw idejja u riġlejja – il-pjagi -: jien hu!  Missuni” (v.39).  U biex jikkonvinċihom, jitlobhom l-ikel u jieklu huma u jħarsu lejh mistgħġbin (cfr vv… Kompli aqra »

Jum il-Karità 2021

Għada l‑Ħadd, 18 ta’ April 2021, il‑Knisja f’Malta se tfakkar Jum il‑Karità. L‑għan ta’ dan il‑jum hu li jikber l‑għarfien dwar il‑ħidma li jwettqu fis‑soċjetà l-entitajiet tal‑Knisja mal‑persuni vulnerabbli. Permezz ta’ diversi djar residenzjali u ħidmiet ta’ karità minn professjonisti u voluntiera, il‑Knisja f’Malta tilqa’ u taqdi lil ħutna fil‑bżonn, irrispettivament mir‑razza, kulur tal‑ġilda jew twemmin. Fuq xewqa tal-Arċisqof Charles Scicluna, għada fid-9:30am, il-Quddiesa tal-Ħadd ser tixxandar mill-kappella tas-Sorijiet Missjunarji tal-Karità (magħrufa bħala s-Sorijiet ta’ Madre Tereża) f’Bormla… Kompli aqra »