L-Aħbarijiet

Inawgurati għadd ta’ proġetti ta’ restawr fil-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr

Proġetti mill-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali b'fondi tal-Unjoni Ewropea

Il-mużajk ta’ Marija mtellgħa s-sema li jisab mal-frontispizju tal-knisja parrokkjali tal-Imġarr

Dalgħodu ġew inawgurati diversi proġetti ta’ konservazzjoni u restawr fil‑parroċċi ta’ Ħad‑Dingli u l‑Imġarr, permezz tal‑ħidma li saret mill‑Fondazzjoni għall‑Patrimonju Kulturali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Il‑proġetti saru b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal‑Unjoni Ewropea, b’investiment totali ta’ €217,000. Il‑proġetti ġew inawgurati mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi.

F’Ħad‑Dingli ġew irrestawrati diversi opri tal‑arti: l‑14‑il pittura tal‑Via Sagra, il‑pedestall u n‑niċċa tal‑Madonna tar‑Rużarju, il‑pittura tal‑Adorazzjoni tas‑Slaten Maġi, il‑pittura tal‑Madonna tar‑Rużarju, il‑pittura tal‑artist Portugiż Manuel Pereira li turi t‑tieġ bejn San Ġużepp u l‑Madonna, u l-istatwa tas-seklu sittax ta’ San Ġwann Battista, li hi maħsuba li nġiebet Malta mill-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann… Kompli aqra »

Il-Ftuħ tal-Iskejjel tal-Knisja

Stqarrija mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija

Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, b’konsultazzjoni mal-iskejjel tal-Knisja, jinforma li: 

L-Iskejjel tal-Knisja fil-livell kindergarten u primarju se jiftħu fiżikament nhar it-Tnejn, 12 ta’ April, b’osservanza tal-protokolli tas-saħħa. L-iskejjel li kellhom sistema ta’ attendenza alternata minħabba l-ispazji li huma għandhom se jkomplu b’dik is-sistema. 

L-iskejjel sekondarji se jibdew lezzjonijiet online nhar it-Tnejn, 12 ta’ April, u se jiftħu fiżikament nhar l-Erbgħa, 14 ta’ April… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali: Nitolbu f’komunjoni mal-qaddisin

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum nixtieq nieqaf fuq ir-rabta bejn it-talb u x-xirka tal-qaddisin. Fil-fatt, meta nitolbu, dan qatt ma nagħmluh waħidna: imqar jekk ma naħsbux fuq hekk, aħna mgħaddsin fi xmara maestuża ta’ invokazzjonijiet li kienet hemm qabilna u tibqa’ sejra warajna.

Fit-talbiet li nsibu fil-Bibbja, u li spiss jidwu fil-liturġija, hemm il-ħjiel ta’ stejjer qodma, ta’ ġrajjiet ta’ ħelsien tal-għaġeb, ta’ deportazzjonijiet u eżilji kiebja, ta’ ritorni mqanqla, ta’ tifħir li jgelgel quddiem il-ġmiel tal-ħolqien… U hekk dawn l-ilħna jgħaddu minn ġenerazzjoni għall-oħra, f’nisġa kontinwa bejn l-esperjenza personali u dik tal-poplu u tal-umanità li minnha nagħmlu parti… Kompli aqra »

Aktar minn 500 persuna jinqatlu mill-ġunta militari ta’ Myanmar

More than 500 people have been killed in Myanmar in the Military junta’s ruthless crackdown on protests since the Feb 1 ousting of the elected government and their leader Aung San Suu Kyi, a local non-governmental organization has said.   

As of 29 March, 510 people are now confirmed killed by security forces led by the military junta said the Assistance Association for Political Prisoners (AAPP) on Monday… Kompli aqra »

Is-saħħa mentali taż-żgħażagħ hi prijorità

Is‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija u l‑Assoċjazzjoni tal‑Iskejjel tal‑Knisja (CSA) huma serjament imħassba dwar diversi punti proposti fil‑white paper dwar “l‑użu responsabbli tal‑kannabis”.

Fid‑dawl tal‑proposti mressqa, is‑Segretarjat u s‑CSA jisħqu li għandha tingħata prijorità għall‑konsegwenzi marbuta mas‑saħħa mentali taż‑żgħażagħ kif ukoll dwar tisħiħ ta’ kultura ta’ konsum ta’ droga fost il‑ġenerazzjonijet żagħżugħa ta’ issa u tal‑futur. Għalhekk, qed jappellaw lill‑membri parlamentari sabiex iżommu dejjem l‑ewwel u qabel kollox is‑saħħa mentali taż‑żgħażagħ u mhux l‑interessi tal‑ftit li ser jistgħanew minn fuq dan in‑negozju… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Urbi et Orbi tal-Għid: Kristu Rxoxt hu tama li ma jiddiżappuntax

Throughout the world, the Church proclaims the joyous news that “Jesus, who was crucified, has risen as He said. Alleluia!”, Pope Francis said at the start of his Easter message broadcast live around the world.

He delivered his Urbi et Orbi message inside St. Peter’s Basilica, just like last year, due to coronavirus safety measures.

He had just concluded presiding over the Easter Sunday Mass at the Altar of the Chair with a small congregation participating… Kompli aqra »

Il-Papa fil-Vġili tal-Għid: Kristu hu ħaj illum, dejjem jgħinna biex nibdew mill-ġdid

In the hour of darkness when humanity is grappling with the pandemic and other ills, Christians need to take to heart the Easter message of the angel not to be afraid, assured that in Galilee where the Lord precedes them, their expectations will be fulfilled, their tears will be dried and their fears will be replaced by hope.   Pope Francis made the point in his homily at the Easter Vigil Mass in St… Kompli aqra »