L-Aħbarijiet

It-tama tat-tfal il-qofol tal-Via Crucis immexxija mill-Papa

Pope Francis presides at the Way of the Cross, in a near-empty St Peter’s Square: a poignant symbol of the solitude and isolation caused by the Covid-19 pandemic imbued by the hope provided by the reflections prepared by children.

The solitude and isolation of men and women across the world, cut off from their families and friends, deprived of their work and livelihoods, living in fear of an uncertain future for themselves and for their children, were poignantly present during the “Way of the Cross” on the second day of the Easter Triduum 2021… Kompli aqra »

Proposta li tinnormalizza l-użu u tista’ tolqot ħażin lis-soċjetà

Reazzjoni ta’ Caritas Malta, Fondazzjoni Oasi u l-Assoċjazzjoni tal-Psikjatrija f’Malta dwar il-White Paper dwar l-użu tal-Cannabis.

L-organizzazzjonijiet imsemmija jesprimu t-tħassib serju tagħhom dwar numru ta’ riformi hekk proposti fil-White Paper dwar ‘l-użu responsabbli tal-Cannabis’. Din il-White Paper tipproponi bidla fundamentali fid-direzzjoni lejn iktar aċċettazzjoni tal-kultura tal-użu tal-Cannabis.

F’soċjetà demokratika nirrispettaw id-djalogu u nifhmu li l-politiku jiġi konfrontat b’vuċijiet u interessi diversi… Kompli aqra »

Avviż

Minn għada l-Ħamis, 1 ta’ April, sa nhar it-Tnejn, 5 ta’ April 2021, il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana kif ukoll it-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Belt Valletta se jkunu magħluqa għall-festi tal-Għid.

L-Uffiċċju Żwiġijiet fi ħdan il-Kurja, se jkun ukoll magħluq fid-dati msemmija hawn fuq. Kompli aqra »

Inkiteb f’KUNTATT: l-e-newsletter tal-Fakultà tat-Teoloġija

Il-Fakultà tat-Teoloġija fi ħdan l-Università ta’ Malta se tibda toħroġ e-newsletter bl-isem ta’ KUNTATT biex iżżomm aġġornati lil dawk li jinkitbu fil-lista bl-aħbarijiet, attivitajiet u servizzi tal-istess Fakultà.

Il-Viċi Dekan Dun Stefan Attard iħeġġeġ lill-alumni u l-ħbieb tal-Fakultà u dawk kollha li huma interessati biex jinkitbu fl-e-newsletter hawnhekk: www.um.edu.mt/theology/newsletter

Dun Stefan jistedinhom ukoll biex jgħaddu l-link lil ħbieb u nies oħra, u jfakkar li l-Fakultà tapprezza kull feedback biex ittejjeb is-servizzi tagħha… Kompli aqra »

Ktieb li jġib it-tama

Nhar il-Ħamis 25 ta’ Marzu, Patri Mario Attard OFM Cap, Patri Franġikan Kapuċċin, ħareġ ktieb ġdid bl-isem Ilħna mill-Onkoloġija.

Bħala wieħed mill-kappillani taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, Patri Mario kuljum jara ħafna tbatija ta’ dawk kollha li għaddejjin mill-vjaġġ iebes tal-marda tal-kanċer. Bħalma nafu din il-marda tolqot mhux biss lill-persuna fid-dimensjonijiet kollha tagħha imma wkoll lill-għeżież familjari tagħha.

Għalhekk, f’dan il-ktieb, Patri Mario jitħaddet mill-esperjenza tad-dinja tal-onkoloġija… Kompli aqra »

Il-Papa f’Ħadd il-Palm: Nitolbu l-grazzja li nkunu kapaċi nistagħġbu

Kull sena din il-Liturġija tqanqal fina atteġġjament ta’ stagħġib: ngħaddu mill-ferħ li bih Ġesù jintlaqa’ huwa u dieħel Ġerusalemm għan-niket li narawh ikkundannat għall-mewt u msallab. Huwa atteġġjament ġewwieni li se jseħibna fil-Ġimgħa Mqaddsa kollha. Ejjew mela nidħlu f’dan is-sens ta’ stagħġib.

Ġesù mill-ewwel jgħaġġibna. Il-poplu tiegħu jilqgħu b’solennità, imma hu jidħol Ġerusalemm fuq felu ġwejjed. Il-poplu tiegħu qed jistenna għall-Għid il-ħellies qawwi, imma Ġesù jiġi biex iwettaq l-Għid bis-sagrifiċċju tiegħu nnifsu… Kompli aqra »

Is-CCEE jiċċelebra l-50 anniversarju

On 25 March 1971, the Council of the European Bishops’ Conferences “was born under the gaze of the Mother of Christ and of the Church, who would subsequently be venerated as Queen of Europe”.

The Council is made up of thirty-nine members, thirty-three of which are national Bishops’ Conferences.

It also includes the Archbishops of Luxembourg, the Principality of Monaco, the Maronite Archbishop of Cyprus and the Bishops of Chişinău (Moldova), the Eparchy of Mukachevo and the Apostolic Administration of Estonia… Kompli aqra »

Xandiriet taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi matul il-Ġimgħa Mqaddsa 2021

Din is‑sena wkoll, minħabba l‑pandemija tal‑COVID‑19, l‑Insara qed jiġu mistiedna jipparteċipaw fiċ‑ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa permezz tal‑mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali. L‑Arċisqof Charles Scicluna ser imexxi dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet li ser jixxandru b’mod dirett fuq TVM2, u online fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Ħadd 28 ta’ Marzu, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof imexxi ċ‑ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il‑Palm, bit‑tberik tal‑friegħi taż‑żebbuġ u l‑palm, u wara jkompli bil‑Passjoni tal‑Mulej fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina… Kompli aqra »