L-Aħbarijiet

Kap ġdid għall-Uffiċċju Żwiġijiet

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Mons. Alfred Vella bħala l‑Kap tal‑Uffiċċju tar‑Reġistrazzjoni taż‑Żwiġijiet tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Huwa ħa post Dun Mario Tong li ssostitwixxa lil Mons. Tarcisio Delicata li kien ilu jservi f’din il‑kariga għal sbatax‑il sena.

Mons. Alfred Vella ġie ordnat saċerdot fl‑1984 u serva f’diversi parroċċi fosthom fil‑parroċċa ta’ San Pawl fir‑Rabat, Ħal Luqa, iż‑Żejtun u Ħ’Attard. Għal sbatax‑il sena kien id‑Direttur tal‑Kummissjoni Emigranti, illum Kummissjoni Migranti… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Nilaqgħu mal-Mulej fit-talb, fl-‘illum’ li ngħixu

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-katekeżi tal-aħħar darba rajna kif it-talb Nisrani hu “ankrat” fil-Liturġija. Illum se naraw kif mil-Liturġija dan jirritorna dejjem għall-ħajja ta’ kuljum: fit-toroq, fl-uffiċċji, fuq il-mezzi tat-trasport… U hemm jissokta d-djalogu ma’ Alla: min jitlob hu bħal namrat, li dejjem iġorr f’qalbu l-persuna li jħobb, kull fejn ikun.

Fil-verità, kollox jidħol f’dan id-djalogu ma’ Alla: kull ferħ isir raġuni ta’ tifħir, kull tiġrib hu okkażjoni ta’ talba għall-għajnuna… Kompli aqra »

Il-pellegrinaġġi u l-purċissjonijiet fiż-żmien ta’ pandemija

Ir-Randan u l-Ġimgħa l-Kbira 2021

B’responsabbiltà lejn is‑saħħa tal‑poplu Malti fiż‑żmien ta’ pandemija, il‑Knisja f’Malta u Għawdex mhix ser torganizza pellegrinaġġi, purċissjonijiet u manifestazzjonijiet matul ir‑Randan u l‑Ġimgħa Mqaddsa ta’ din is‑sena.  

Il‑Knisja tħeġġeġ lill‑poplu Nisrani biex matul ir‑Randan jisma’ l‑Kelma ta’ Alla, jinġabar fit‑talb u jagħmel karità. Il‑Knisja timpenja ruħha biex permezz tad‑diversi entitajiet tagħha tipprovdi opportunitajiet biex il‑poplu Nisrani jkun jista’ jagħmel dan.

Il‑Knisja se tibqa’ tevalwa s‑sitwazzjoni tas‑saħħa pubblika u aktar ’il quddiem toħroġ direttivi dwar kif għandha tiġi ċċelebrata l‑liturġija tat‑Tridu tal‑Għid… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: Li tieħu ħsieb lill-marid mhijiex għażla

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Mill-ġdid fil-pjazza!  L-Evanġelju tal-lum (Mark 1,29-39) jippreżentalna l-fejqan, minn Ġesù, ta’ omm il-mara ta’ Pietru u mbagħad ta’ tant morda u batuti oħrajn li resqu lejh.  Dak ta’ omm il-mara ta’ Pietru hu l-ewwel fejqan fiżiku li jirrakkuntalna Marku: il-mara kienet fis-sodda bid-deni; l-atteġġjament u l-ġest ta’ Ġesù magħha huma emblematiċi: “Resaq lejha, qabadha minn idha u qajjimha” (v… Kompli aqra »

Il-Papa jaħtar l-ewwel sotto-segretarja mara fis-Sinodu tal-Isqfijiet

Fr Luis Marin and Sr Nathalie Becquart 

Pope Francis has appointed Sr Nathalie Becquart and Fr Luis Marín de San Martín to be the Under-Secretaries of the Synod of Bishops.

Currently headed by Cardinal Mario Grech, the Synod of Bishops is a permanent institution established by Pope Paul VI in 1965, in response to the desire of the Fathers of the Second Vatican Council to keep alive the spirit of collegiality engendered by the conciliar experience… Kompli aqra »

Caritas Malta tniedi l-istudju A Minimun Essential Budget For A Decent Living 2020

Caritas Malta tħeġġeġ sabiex il-pajjiż jistabilixxi benchmark li huwa l-ammont minimu tad-dħul neċessarju u adekwat biex tipi differenti ta’ familji jkunu jistgħu jgħixu ħajja sempliċi u dinjituża.

The Minimum Essential Budget for a Decent Living (MEBDL) 2020 huwa t-tielet fis-sensiela ta’ studji maħruġa minn Caritas Malta. Fl-2012, Caritas Malta bdiet inizjattiva biex tkompli twettaq il-viżjoni tagħha li ttaffi l-faqar u tippromwovi l-iżvilupp uman u l-ġustizzja soċjali… Kompli aqra »

Il-Papa fil-Jum tal-Fraternità Umana: Aħna lkoll imwielda mill-istess Missier

Pope Francis and the Grand Imam of Al-Azhar

Pope Francis marked the first-ever International Day of Human Fraternity on Thursday, in a virtual event hosted by Sheikh Mohammed bin Zayed in Abu Dhabi, with the participation of the Grand Imam of Al-Azhar, Ahmad Al-Tayyeb, UN Secretary-General António Guterres, and other personalities.

During the occasion, the Holy Father, in words prepared for the occasion, expressed his gratitude to those who had contributed to the promotion of fraternity in spite of the challenges… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Udjenza: Il-liturġija u t-talb iwaħħduna ma’ Ġesù Kristu

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Kemm-il darba dehret, fl-istorja tal-Knisja, it-tentazzjoni li nipprattikaw Kristjaneżmu privat, li ma jagħrafx l-importanza spiritwali tar-riti liturġiċi pubbliċi. Spiss din it-tendenza kienu jippruvaw jiġġustifikawha billi jgħidu li hi iktar pura reliġjożità li ma tiddependix miċ-ċerimonji esterni, li kienu meqjusin bħala piż bla siwi jew li jagħmel ħsara. Fiċ-ċentru tal-kritika kien ikun hemm mhux xi forma ritwali partikulari, jew mod determinat ta’ kif wieħed jiċċelebra, imma l-istess liturġija, il-forma liturġika tat-talb… Kompli aqra »

L-Ewwel Jum Internazzjonali tal-Fraternità Umana

Pope Francis will celebrate the International Day of Human Fraternity on Thursday, 4 February, in a virtual event hosted by Sheikh Mohammed bin Zayed in Abu Dhabi, capital of the United Arab Emirates, with the participation of the Grand Imam of Al Azhar, Ahmad Al-Tayyeb; Secretary-General António Guterres of the United Nations; and other personalities.

On the same occasion, the Zayed Award for Human Fraternity, which is inspired by the Human Fraternity Document, will be awarded… Kompli aqra »