L-Aħbarijiet

Il-Papa waqt l-Udjenza: L-imħabba hija l-għerq mistiku fil-ħajja tal-persuni li jemmnu

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

L-ewwel passi tal-Knisja fid-dinja seħħu fit-talb. Il-kitbiet appostoliċi u r-rakkonti kbar tal-Atti tal-Appostli jgħaddulna x-xbieha ta’ Knisja li timxi, Knisja ħabrieka, li imma ssib fil-laqgħat tat-talb il-bażi u l-enerġija għall-azzjoni missjunarja. Ix-xbieha tal-Komunità ewlenija ta’ Ġerusalemm hija punt ta’ riferiment għal kull esperjenza Nisranija oħra. Jikteb Luqa fil-Ktieb tal-Atti: “U kienu jżommu sħiħ fit-tagħlim tal-Appostli u fl-għaqda ta’ bejniethom, fil-qsim tal-ħobż u fit-talb” (2:42)… Kompli aqra »

‘Terz tan-nisa jgħixu fil-biża’ tal-vjolenza’

People hold candles and photos during a vigil in memory of women who were murdered, ahead of the International Day for the Elimination of Violence against Women at Constitution Square in Guatemala City, Guatemala. According to the Guatemalan Women’s Group, to date, 444 women have been murdered in 2020.

Wednesday, 25 November, marks the International Day for the Elimination of Violence against Women, which seeks to raise awareness of what the UN calls a “shadow pandemic”… Kompli aqra »

Il-Papa jawtorizza 8 digrieti dwar kandidati għall-qdusija

Pope Francis has authorized the Vatican Congregation for the Causes of Saints to promulgate 8 decrees, including a decree on the martyrdom of 127 Spaniards.  Bishop Marcello Semeraro, the Prefect of the Congregation, on Monday presented the causes to the Pope, who approved them. 

Miracle

Among them is a decree on a miracle attributed to the intercession of Italian Venerable Servant of God Mario Ciceri, a diocesan priest of Milan Archdiocese.  He was born on September 8, 1900 in Veduggio (Italy) and died on April 4, 1945 in Brentana di Sulbiate (Italy).  This clears him for beatification with the title Blessed… Kompli aqra »

Il-Papa lill-ekonomisti ż-żgħar: jew tieħu sehem jew inkella l-istorja se tgħaddi minn fuqkom

Pope Francis opened his video message by congratulating the young people attending virtually for their commitment and determination in the period leading up to and during the event. “You have not left out anything that gives you joy, worries you, outrages you, and pushes you to change”, he said.

Addressing the participants of the meeting “the Economy of Francis” in Assisi from 19 – 21 November, Pope Francis recalls that the “original” idea was to meet in Assisi to be inspired on the footsteps of St Francis… Kompli aqra »

Live: Iċ-ċelebrazzjoni djoċesana fil-festa ta’ Kristu Re 2020

  Il-Bażilika Minuri ta' Kristu Re, Raħal Ġdid

Illum fil-5pm, fil-festa liturġika ta’ Kristu Re, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna flimkien mal‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi se jieħu sehem fiċ‑ċelebrazzjoni djoċesana li se ssir fil-Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.

Matul iċ-ċelebrazzjoni se tingħad it‑talba ta’ filgħaxija (l‑għasar) u wara, l‑Arċisqof iwassal il‑messaġġ tiegħu f’din il‑festa importanti għall‑Insara u jagħti l‑barka sagramentali. Qabel iċ‑ċelebrazzjoni ser ikun hemm servizz ta’ qrar u wara jkun hemm quddiesa… Kompli aqra »

Fondi Ewropej għar-restawr tal-kappella Santa Marija tal-Ħlas fiż-Żejtun

  Il-Kappella ta' Santa Marija tal-Ħlas, iż-Żejtun

Fil-ġimgħat li ġejjin se jibda r-restawr tal-kappella ta’ Santa Marija tal-Ħlas b’investiment ta’ madwar €130,000, ko-finanzjati b’fondi Ewropej. Id-dettalji dwar il-proġett tħabbru mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, mis-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross, u mill-Arċipriet taż-Żejtun Dun Nicholas Pace.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat li l-istruttura tal-kappella ddeterjorat ħafna minħabba dħul ta’ ilma mis-saqaf u l-umdità. B’dan l-investiment se jinbnew ħames strutturi fuq in-naħa tan-Nofsinhar tal-kappella biex jissaħħaħ il-ħajt u b’hekk jissaħħu l-ħnejjiet tas-saqaf tal-kappella… Kompli aqra »

Aktar minn 1,500 post vakanti għall-istudenti

Dħul fl-iskejjel tal-Knisja fl-2021

Ir‑Regolamenti għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja għas‑sena skolastika 2021‑2022 ġew ippubblikati hawnhekk. B’kollox ser ikun hemm 1,582 post vakanti għall‑istudenti. Minħabba l‑pandemija COVID‑19 l‑applikazzjonijiet se jsiru kollha online. L‑applikazzjonijiet tal‑ewwel kriterju jintlaqgħu bejn is‑27 ta’ Novembru u s‑7 ta’ Diċembru 2020. L‑applikazzjonijiet ta’ “Applikanti l‑Oħra” jintlaqgħu bejn id‑29 ta’Jannar u t‑12 ta’ Frar 2021.

Il‑proċess tad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja jiddetermina d‑dħul fl‑ewwel u t‑tieni sena kindergarten, fl‑ewwel sena primarja u fl‑ewwel sena sekondarja… Kompli aqra »

Il-Knisja tniedi “Beyond GDP” flimkien ma’ EY, Seed Consultancy u APS Bank

L-ekonomija ta' għada ma titkejjilx fuq it-tkabbir ekonomiku biss imma wkoll fuq il-kwalità tal-ħajja

Il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi kemm‑il darba saħqet dwar bidla fil‑mudell ekonomiku attwali u l‑ħtieġa li t‑tkabbir ekonomiku ma jitkejjilx biss fuq il‑Prodott Domestiku Gross. Dan għaliex il‑mudell ekonomiku preżenti mhux kapaċi jiggarantixxi rispett sħiħ lejn l‑ambjent u l‑kwalità tal‑ħajja taċ‑ċittadini.

Ispirata mil‑laqgħa internazzjonali “L‑Ekonomija ta’ Franġisku” li qed issir bħalissa f’Assisi, il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi qed tniedi l‑inizjattiva Beyond GDP b’ħidma mal‑fergħat Maltin tal‑Moviment tal‑Fokolari u l‑Fondazzjoni Centesimus Annus Pro Pontifice, flimkien mal‑kumpaniji EY u Seed Consultancy bl‑appoġġ ta’ APS Bank… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-MCESD biex jiddiskutu l-effett tal-COVID-19

L-Arċisqof Charles Scicluna laqa’ lill-Ministru Carmelo Abela u lill-membri tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD biex jiddiskutu l-effett tal-pandemija f’Malta.

Il-laqgħa informali, li saret il-Ħamis, 19 ta’ Novembru fil-Kurja tal-Arċisqof il-Furjana, serviet biex l-Arċisqof jisma’ mingħand l-imsieħba soċjali l-isfidi li qed jiltaqgħu magħhom waqt il-pandemija. Filwaqt li rrikonoxxa l-għajnuna li l-Istat qiegħed joffri biex jassisti lill-ħaddiema, Mons. Arċisqof semma d-diffikultajiet li l-familji qed jiltaqgħu magħhom ta’ kuljum f’din il-kriżi… Kompli aqra »

Ippubblikata l-bijografija ta’ Grezzju Pace

F’għeluq it-80 sena minn twelidu, ġiet ippubblikata l-bijografija ta’ Grezzju Pace, li kien membru tas-Soċjetà tal-MUSEUM u għalliem fi skejjel primarji u sekondarji.

F’din il-bijografija ħuh, Joe Pace, jirrakkonta b’mod realistiku kif Grezzju ta sehmu fil-formazzjoni reliġjuża tal-parroċċa tas-Siġġiewi u kien juża kull okkażjoni biex jgħallem u jressaq it-tfal, iż-żgħażagħ lejn Alla.  Grezzju għadda minn diversi esperjenzi f’ħajtu u dejjem fittex x’inhi r-rieda ta’ Alla għalih.  Il-karattru ta’ Grezzju joħroġ mhux biss minn rakkonti ta’ ġrajjiet ta’ dawk li kienu l-aktar qrib tiegħu, imma wkoll mill-kummenti ta’ ħafna li kellhom ix-xorti li jkunu jafuh u jixorbu mit-tagħlim tiegħu… Kompli aqra »