L-Aħbarijiet

Karatteristiċi ta’ skola Kattolika

Il-messaġġ tal-Isqof Joseph Galea-Curmi lill-edukaturi l-ġodda fl-iskejjel tal-Knisja

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Bi tħejjija għall‑ftuħ tas‑sena skolastika 2020‑2021, l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi ltaqa’ mal‑edukaturi l‑ġodda fl‑iskejjel tal‑Knisja waqt seminar online organizzat mis‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija. Aktar minn 150 edukatur ġdid bdew jaħdmu fl‑iskejjel tal‑Knisja f’din is‑sena skolastika l‑ġdida.

Fil-messaġġ tiegħu l-Isqof irringrazzja lill-edukaturi talli għażlu li jgħallmu fi skola tal-Knisja u stedinhom biex jieħdu dejjem bis-serjetà l-formazzjoni kontinwa (ongoing education), b’mod partikolari f’dak kollu li jiddistingwi l-iskola Kattolika u l-etos tagħha… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: ‘Xerrdu l-imħabba fid-dawl tal-fidi’

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-ġimgħat li għaddew irriflettejna flimkien, fid-dawl tal-Vanġelu, fuq kif infejqu d-dinja li qed tbati minn ħsara li l-pandemija iktar kixfet u aċċentwat. Il-ħsara hemm kienet: il-pandemija kixfitha iktar, aċċentwatha. Ħarisna lejn it-toroq tad-dinjità, tas-solidarjetà u tas-sussidjarjetà, toroq indispensabbli biex nippromovu d-dinjità umana u l-ġid komuniKompli aqra »

Għaliex l-arkanġli huma aktar minn messaġġiera tal-Mulej

On September 29th, the Church celebrates the archangels Michael, Gabriel, and Raphael. These are the “super angels” — the swiftest of them all. Like all angels, they are sent by God to the people: “Praise the Lord, you his angels, who mightily execute his word and obey his command.”

The archangels are the first of the spiritual creatures who proclaim how incredible God is… Kompli aqra »

Regolamenti tal-2020 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi

  Sottomissjoni tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

Il-kummenti tal‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) bħala parti mill‑proċess ta’ konsultazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex, dwar il-qafas li jippermetti deroga għal riċerka fuq seba’ speċi tal-għasafar tal-għana sabiex tiġi stabbilità l-popolazzjoni ta’ referenza ta’ Malta.

Il‑kunċett wara l‑proposta

Il‑KA taqbel mal‑kunċett li n‑nassaba jkunu direttament involuti fi proġetti xjentifiċi li jkabbru l‑għarfien dwar l‑għasafar u l‑imġiba tagħhom. Jekk ippjanat u maħdum sew, dan jista’ jkun pass fid‑direzzjoni t‑tajba sabiex tinstab soluzzjoni dejjiema u sostenibbli għall‑kwistjoni tal‑insib f’pajjiżna… Kompli aqra »

L-Isqfijiet tar-Renju Unit dwar kwistjonijiet etiċi tal-vaċċin potenzjali tal-Covid-19

Il-Konferenza Episkopali tal-Isqfijiet tal-Ingilterra u Wales b'dikjarazzjoni dwar l-iżvilupp ta' vaċċin kontra COVID-19

Technician taħdem fuq vaċċin kontra l-COVID-19 f’laboratorju

Since the start of the Coronavirus outbreak, thousands of people have either fallen ill or lost their lives to this virulent virus. Medical services have also been stretched to their limits. Hopes are being pinned on the development of a vaccine to protect society from the disease.

Ethical issues

In a statement issued on Thursday, the Department of Social Justice of the Bishops Conference of England and Wales looks at the ethical issues surrounding the development and distribution of a vaccine… Kompli aqra »

Pospost il-ftuħ tal-iskejjel tal-Knisja

Stqarrija mis-Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija

Il‑Ministeru għall‑Edukazzjoni u x-Xogħol illum ħabbar li fl‑iskejjel tal‑istat, l‑edukaturi se jirritornaw fit-28 ta’ Settembru u li l‑istudenti tal‑età obbligatorja, jiġifieri studenti tal‑iskejjel primarji u sekondarji, se jirritornaw mis‑7 sal‑14 ta’ Ottubru. Is‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija rċieva wkoll talba mill‑Malta Union of Teachers biex isegwi l‑istess direzzjoni.

Ġie deċiż li l‑edukaturi tal‑iskejjel tal‑Knisja jirritornaw fl‑iskola tagħhom mid‑data li diġà kienet stabbilixxiet l‑iskola. Fiż‑żmien sakemm l‑istudenti jirritornaw l‑iskola, l‑edukaturi għandhom jiffamiljariżaw ruħħom mal‑protokolli li se jintużaw u jkomplu bil preparazzjoni u t‑taħriġ tagħhom għas‑sena skolastika… Kompli aqra »

Iċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju jiċċelebra għeluq is-sena pastorali

  Iċ-Ċentru Vokazzjonijiet tas-Seminarju, Tal-Virtù, ir-Rabat

F’għeluq is-sena pastorali taċ-Ċentru Vokazzjonijiet tas-Seminarju, is-seminaristi organizzaw attivitajiet differenti għall-adolexxenti u ż-żgħażagħ, li saru fis-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù.

L-attivitajiet intemmu b’laqgħa ta’ diskussjoni mal-Arċisqof Charles Scicluna li matulha ż-żgħażagħ iddiskutew temi attwali li jolqtuhom fil-ħajja ta’ kuljum, fosthom il-fidi llum, il-valur tal-ħajja u kif nagħrfu s-sejħa ta’ Alla.

Wara din id-diskussjoni l-Arċisqof iċċelebra quddiesa fil-ġonna tas-Seminarju li fiha ħadu sehem il-ġenituri taż-żgħażagħ u l-adolexxenti… Kompli aqra »

Inawgurata residenza għal ommijiet refuġjati li qed irabbu weħidhom lil uliedhom

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna inawgura r‑residenza Blessed Gerard li bdiet tilqa’ ommijiet refuġjati li qed irabbu weħidhom lil uliedhom. Il‑proġett twettaq mill‑Maltese Cross Corps u l-Malteser International tal-Ġermanja b’ħidma mal‑Kummissjoni Emigranti.

Ir‑residenza, li tinsab fi Gwardamanġa, tilqa’ fiha tliet familji li għandhom kmamar individwali u faċilitajiet oħra komuni fosthom kamra tal‑ikel, kċina u play area. L‑għan tal‑proġett hu li jipprovdi akkomodazzjoni u ħtiġijiet bażiċi oħra, u jgħinhom jintegraw u jkunu indipendenti… Kompli aqra »