L-Aħbarijiet

12-il persuna jiggradwaw mill-programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga tal-Caritas

12-il persuna, 11-il raġel u mara, huma l-gradwati ta’ din is-sena ta’ Caritas Malta li temmu l-programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga. Fosthom hemm żewġ persuni mill-Prison Inmates Programme.

Iċ-ċerimonja saret fil-knisja tal-Bon Konsill f’Paceville, b’quddiesa mmexxija minn Mons. Victor Grech flimkien ma’ Mons. Charles Cordina u Fr Hilary Tagliaferro. Monsinjur Grech esprima li l-gradwazzjoni u l-għoti taċ-ċertifikati ma jbiddlu xejn fil-persuna li għamlet dan il-vjaġġ: “Importanti li nifhmu li rridu nibqgħu ninbidlu kuljum u nkunu kapaċi nagħmlu dan billi ngħarfu li aħna dgħajfa”… Kompli aqra »

Rapport Finanzjarju 2019: Surplus li għamel tajjeb għall-impatt negattiv tal-pandemija

Fl‑2019 l‑Arċidjoċesi ta’ Malta, li tiġbor fiha aktar minn 100 entità u timpjega aktar minn 1,300 persuna, irreġistrat surplus ta’ €3.5 miljun, imqabbel ma’ żbilanċ ta’ €137,000 is‑sena ta’ qabel. Dan ir‑riżultat huwa dovut l‑aktar għal dħul ta’ darba ta’ €2.4 miljun f’ishma li rċevew b’donazzjoni d‑Dar tal‑Providenza u Caritas Malta. 

Dan tħabbar mis‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi Michael Pace Ross waqt konferenza tal‑aħbarijiet fil‑Kurja tal‑Arċisqof, li qal li s‑surplus tas‑sena l‑oħra ma kienx biżżejjed biex jagħmel tajjeb għall‑isfidi finanzjarji kbar li ġabet magħha l‑pandemija tal‑COVID‑19 fuq l‑operat tal‑Knisja f’Malta, u għalhekk l‑Arċidjoċesi kellha tirrikorri għall‑flus imġemmgħin fil‑passat.  

Ir‑riżultati finanzjarji għall‑2019 juru li l‑Arċidjoċesi rreġistrat żieda fid‑dħul ta’ kważi €6 miljuni dovuti l‑iktar għal żieda fil‑qligħ kapitali fuq l‑investimenti u żieda fid‑dividend mill‑APS Bank… Kompli aqra »

Il-Papa jniedi serje ġdida ta’ katekeżi dwar it-tagħlim soċjali tal-Knisja

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-pandemija qed tkompli tikkawża ġrieħi qawwija u tikxef il-vulnerabbiltajiet tagħna. Ħafna huma l-mejta, ħafna ħafna l-morda, fil-kontinenti kollha. Tant persuni u tant familji għaddejjin minn żmien ta’ inċertezza, minħabba fil-problemi soċjo-ekonomiċi, li jolqtu b’mod speċjali lill-foqra.

Għalhekk irridu nżommu ħarsitna mwaqqfa tajjeb fuq Ġesù (ara Lhud 12:2) u b’din il-fidi nħaddnu t-tama tas-Saltna ta’ Alla li Ġesù nnifsu jġibilna (ara Mk 1:5; Mt 4:17; KKK, 2816)… Kompli aqra »

Uffiċċju temporanju ġdid għal Caritas Malta

Caritas Malta tħabbar li l-uffiċċju ċentrali u amministrattiv tagħha, kif ukoll is-servizzi ġeneriċi ta’ assistenza soċjali (mhux residenzjali), imxew mill-binja tal-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana għall-uffiċċju temporanju f’Santa Venera.

Dan l-uffiċċju ċentrali u amministrattiv se jservi sakemm is-sena d-dieħla, Caritas Malta tkun qed tiftaħ iċ-ċentru l-ġdid tal-komunità fil-Blata l-Bajda.

L-indirizz il-ġdid ta’ Caritas Malta huwa: 219, Triq il-Parilja Santa Venera u n-numru ta’ kuntatt huwa 21331000… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: l-Ewkaristija ttina l-qawwa nieħdu ħsieb lil ħaddieħor

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju ta’ dal-Ħadd jippreżentalna l-miraklu tat-tkattir tal-ħobż (cfr Mt 14,13-21).  Ix-xena sseħħ f’post imwarrab fejn Ġesù kien mar flimkien mad-dixxipli tiegħu.  Imma n-nies marru jfittxuh biex jisimugħ u jfejjaqhom: infatti l-ġesti tiegħu jfejqu u jnisslu t-tama.  Mal-għabex il-follol kienu għadhom hemmhekk u d-dixxipli jgħidu lil Ġesù biex jibagħthom ħalli jkunu jistgħu jixtru x’jieklu.  Iżda Hu jweġibhom: “Tuhom intom x’jieklu” (v… Kompli aqra »

Stqarrija mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex dwar il-pellegrinaġġi

Wara li nnutajna u segwejna l-indikazzjonijiet pubbliċi li qed jagħtuna l-awtoritajiet kompetenti tas-saħħa, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qed jiddeċiedu li ma jsirux aktar pellegrinaġġi matul is-sena 2020.

✠ Charles Jude Scicluna
    Arċisqof ta’ Malta
President tal-Konferenza Episkopali Maltija

✠ Mario Grech
    Amministratur Appostoliku ta’ Għawdex

✠ Joseph Galea-Curmi 
    Isqof Awżiljarju ta’ Malta

✠ Anton Teuma
    Isqof-elett ta’ Għawdex Kompli aqra »

Applikazzjonijet għal żewġ postijiet vakanti fl-Ewwel Sena Primarja fi skejjel tal-Knisja

Il‑Bord tad‑Dħul tal‑IskejjeI tal‑Knisja jinforma lill-pubbliku li għandu żewġ postijiet vakanti għas‑subien bi statement ta’ sapport fl‑Ewwel Sena Primarja.

L‑iskola ta’ St Francis f’Bormla għandha post għal tifel li għandu statement ta’ sapport ta’ LSE full-time one‑to‑one. L‑iskola ta’ St Benild f’Tas‑Sliema għandha post għal tifel li għandu statement ta’ sapport ta’ LSE shared. Għal dan il‑post vakanti, l‑iskola ta’
St Benild lesta tikkunsidra wkoll l‑applikazzjoni ta’ tifel bi statement ta’ sapport ta’ LSE fulltime one‑to‑one jekk ħuh ikun diġà rreġistrat fl‑iskola ta’ St Benild… Kompli aqra »

Iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Awwissu 2020

Matul ix‑xahar ta’ Awwissu, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m…
  • Kompli aqra »

President ġdid għall-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann

Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann bi pjacir tħabbar il-ħatra tal-Monsinjur Professur Emmanuel Agius bħala l-President il-ġdid tagħha.

Mons. Prof. Agius kien Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta. Huwa kiseb il-Baċċellerat fis-Sagra Teoloġija (S.Th.B.) u mbagħad il-Liċenzjat fis-Sagra Teoloġija mill-Università ta’ Malta, u wara kompla l-istudju tiegħu fl-Università Kattolika ta’ Leuven, il-Belġju, fejn kiseb M.A. fil-Filosofija u d-Dottorat fit-Teoloġija Sagra (S.Th.D). Hu Professur fit-Teoloġija Morali u Etika Filosofika fl-Università ta’ Malta… Kompli aqra »

Ċirkulari: Miżuri għall-ħarsien tal-ħajja u tas-saħħa

Ċirkulari lill-arċiprieti, kappillani, retturi ta’ knejjes u superjuri reliġjużi

Nixtiequ nirringrazzjaw ħafna lil dawk kollha li tul dawn ix-xhur li għaddew ħadmu bis-sħiħ biex iħarsu l-miżuri li l-Knisja adottat għall-ħarsien tal-ħajja u tas-saħħa tagħna u tal-oħrajn. Nenfasizzaw li aħna għandna r-responsabbiltà li nkomplu nħarsu bir-reqqa l-miżuri, li kienu ppubblikati fil-ġimgħat li għaddew u li għadhom fis-seħħ. Infakkru b’mod partikulari:

  • fid-distanza soċjali ta’ żewġ metri li għandha tinżamm fil-knejjes u f’postijiet oħra;
  • fl-użu regolari tas-sanitizers skont il-ħtieġa, u d-disinfettar tal-oġġetti b’mod regolari;
  • fl-importanza li n-nies jilbsu l-visors jew il-maskri waqt iċ-ċelebrazzjonijiet fil-knisja jew f’attivitajiet oħra;
  • fil-miżuri oħra rigward iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi, per eżempju fuq kif għandu jsir it-tqarbin…
  • Kompli aqra »