L-Aħbarijiet

Il-proċess t’applikazzjoni għad-dħul fis-Sixth Forms tal-Knisja 2020/21

Id‑dħul fis‑Sixth Forms tal‑Knisja għas‑sena skolastika li ġejja 2020/21 se jinżamm bl‑istess prinċipji użati fis‑snin imgħoddija minkejja d‑diffikultajiet li nħolqu bl‑effett tal‑pandemija tal‑covid‑19.

Is‑Sixth Forms tal‑Kulleġġ De La Salle u l-Kulleġġ San Alwiġi ħadmu mill‑qrib, flimkien mas‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Kattolika, sabiex ikun żgurat li l‑istess kriterju bażiku jibqa’ jintuża għad‑dħul biex jimtela n‑numru limitat ta’ postijiet għad‑dispożizzjoni. Għaldaqstant, il‑proċess tal‑għażla għad‑dħul fis‑Sixth Forms tal‑Knisja se jibqa’ bbażat fuq il‑mertu akkademiku bħas‑snin ta’ qabel… Kompli aqra »

L-abbozz tal-Liġi tal-Ugwaljanza joħnoq id-dritt għat-twemmin reliġjuż u l-libertà tal-għażla tal-ġenituri

L‑Assoċjazzjoni tal‑Iskejjel tal‑Knisja, is‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija, il‑Kunsill tas‑Superjuri Maġġuri Reliġjużi, kif ukoll rappreżentanti tal‑assoċjazzjonijiet tal‑ġenituri li għandhom uliedhom fl‑iskejjel tal‑Knisja, esprimew tħassib serju dwar l‑abbozz tal-Liġi 96 dwar l‑Ugwaljanza li qed jiġi diskuss fil‑Parlament. L‑abbozz, li l‑għan tiegħu kellu jkun li jippromwovi r‑rispett lejn id‑diversità, fil‑fatt qed joħnoq id‑dritt tal‑libertà tat‑twemmin b’konsegwenzi serji fuq l‑espressjoni tal‑etos Nisrani tal‑iskejjel tal‑Knisja. Dan iwassal għall‑konsegwenza li l‑ġenituri jiġu mċaħħda mid‑dritt li jagħżlu skejjel b’etos partikolari għal uliedhom… Kompli aqra »

II-miżuri ta’ prevenzjoni waqt il-Quddies fil-knejjes

Il‑Knisja f’Malta qed taġġorna d‑direttivi rigward il‑Quddies u ċelebrazzjonijiet liturġiċi oħra fil‑preżenza tal‑pubbliku, li permezz tagħhom numru ta’ miżuri ta’ prevenzjoni kontra l‑imxija tal‑covid‑19 ser jibqgħu fis‑seħħ u oħrajn aktar restrittivi jitnaqqsu. Dawn id‑direttivi jidħlu fis‑seħħ mil‑lum l‑1 ta’ Lulju 2020, u jibqgħu fis‑seħħ sakemm jinħarġu direttivi oħra mill‑Awtoritajiet Ekkleżjastiċi. Id‑direttivi aġġornati huma aċċessibbli hawnhekk.

Il‑miżuri obbligatorji li ser jinżammu jinkludu:

  1. Id‑distanza soċjali ġol‑knisja ħlief għall‑membri tal‑familja li jgħixu fl-istess dar
  2. Sanitiser fil‑bieb għall‑użu tal‑pubbliku
  3. It‑Tqarbin ser jibqa’ jsir fl‑idejn u fil‑post
  4. Ħasil regolari u ventilazzjoni tal‑knejjes
  5. Il‑fonti tal‑ilma mbierek jitħallew vojta
  6. Persuni b’sintomi respiratorji jew ta’ influwenza ma jitħallewx jidħlu

Id‑deċiżjoni tal‑Isqfijiet tat‑12 ta’ Marzu li għadda, li permezz tagħha l‑Insara ngħataw dispensa mill‑obbligu tal‑Quddies ta’ nhar ta’ Ħadd, għalissa ser tibqa’ fis‑seħħ… Kompli aqra »

Ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Kurja u t-Tribunali

Il-ħaddiema jgawdu minn miżuri favur il-familja u benefiċċji oħra

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

(xellug) Is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, Michael Pace Ross, mal‑Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, Josef Vella

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u l‑UĦM Voice of the Workers iffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall‑ħaddiema tal‑Kurja tal‑Arċisqof u tat‑Tribunali Ekkleżjastiċi wara li dan ġie approvat mill‑Kunsill Rappreżentattiv Djoċesan ippresedut mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna.

Il‑ftehim, li jidħol fis‑seħħ fl‑1 ta’ Jannar 2021 u jkopri perjodu ta’ tliet snin, ġie ffirmat mis‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, Michael Pace Ross, u mill‑Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, Josef Vella… Kompli aqra »

Live: Quddiesa tal-ordinazzjoni presbiterali – 29 ta’ Ġunju, 6:30pm

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal il-Ġdid

Għaxar djakni ser jiġu ordnati saċerdoti mill-Arċisqof Charles Scicluna nhar it-Tnejn 29 ta’ Ġunju 2020, Solennità ta’ San Pietru u San Pawl, fis-6:30pm. Il-Quddiesa se ssir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal il-Ġdid, u tixxandar live fuq TVM2, Newsbook.mt, u l-YouTube Channel u l-paġna ta’ Facebook tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

L-għaxar djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma:

Iċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju qed jistieden lill-pubbliku, b’mod speċjali liż-żgħażagħ, biex isiru jafu aktar lis-saċerdoti l-ġodda… Kompli aqra »

Live: Quddiesa tat-tberik taż-żjut – 28 ta’ Ġunju, 6:30pm

Quddiesa tat‑tberik taż‑żjut bit‑tiġdid tal‑wegħdiet saċerdotali

  Il‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina

Il‑Quddiesa tat‑tberik taż‑żjut bit‑tiġdid tal‑wegħdiet saċerdotali, li normalment hi l-unika waħda li tiġi ċċelebrata f’Ħamis ix‑Xirka, se ssir għada l-Ħadd 28 ta’ Ġunju fis-6:30pm mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna flimkien mas‑saċerdoti tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina. Il-Quddiesa tmexxiet għal għada minħabba l-pandemija tal-covid-19.

L‑enfasi ta’ din il-Quddiesa huwa fuq l‑għaqda li Ġesù xtaq li jkun hemm bejn dawk li jemmnu fih, b’mod speċjali dawk li ġew fdati biex ikomplu l‑ħidma tiegħu… Kompli aqra »

Quddiesa għaż-Żgħażagħ – 27 ta’ Ġunju, 7pm

It-13-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Qari u kant tal-Quddiesa

Ċelebrant: Fr Brendan Gatt
Animazzjoni: The New Victorians

♫ Ftuħ: Highest Praise (Phil Whickham) ♫

I lift my voice to sing of Your goodness
I lift my voice to sing of Your Love
I lift my voice to sing hallelujah
Jesus our Savior
You’re worthy of it all

I lift my voice to sing of Your goodness
I lift my voice to sing of Your Love
I lift my voice to sing hallelujah
Jesus our Savior
You’re worthy of it all

We give You the highest praise
We give You the highest praise
We give You the highest praise
Jesus our Savior
You’re worthy of it all

I lift my hands because I’m forgiven
I lift my hands because I’m set free
I lift my hands a sign of surrender
Jesus our Savior
You’re worthy of it all

We give You the highest praise
We give You the highest praise
We give You the highest praise
Jesus our Savior
You’re worthy of it all

We give You the highest praise
We give You the highest praise
We give You the highest praise
Jesus our Savior
You’re worthy of it all

You’re worthy of it all

Qari I

Dan hu raġel qaddis ta’ Alla… Kompli aqra »

Direttorju ġdid għal Katekeżi hu “avveniment ferrieħi fil-ħajja tal-Knisja”

Archbishop Rino Fisichella presenting the new Directory for Catechesis during the press conference (Photo: Vatican News)

The Pontifical Council for Promotion of the New Evangelization presents the new Directory for Catechesis during a press conference held in the Vatican on Thursday.

“The publication of a Directory for Catechesis is a joyful event in the life of the Church.” These were the opening words of Archbishop Rino Fisichella, president of the Pontifical Council for Promotion of the New Evangelization, during a press conference in the Vatican organized on the occasion of the release of a new Directory for Catechesis on Thursday… Kompli aqra »