L-Aħbarijiet

L-arti tas-smigħ fil-ħajja u l-ħidma tal-kappillan

Live-in tal-Kappillani 2020

  Is-Seminarju, Tal-Virtù

Patri Martin Micallef OFM Cap – wiehed mill-kelliema waqt il-live-in

Fit-tlett ijiem ta’ formazzjoni ta’ din is-sena, il-kappillani tas-70 parroċċa f’Malta għażlu li jitħarrġu fl-arti tas-smigħ. Dan sar waqt il-live-in annwali li ntemm il-Ħamis 9 ta’ Jannar, fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù. L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi attendew għal-live-in u mexxew iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddies flimkien mal-kappillani.

Matul dawn il-ġranet, il-kappillani ħadmu fuq numru ta’ attitudnijiet u ħiliet marbuta ma’ tliet aspetti essenzjali tas-smigħ: is-smigħ ta’ Alla, is-smigħ ta’ xulxin, u s-smigħ tar-realtà ta’ madwarna… Kompli aqra »

Il-poplu jsellem lill‑Kardinal Prospero Grech fir-Rabat

Jum ta' luttu nazzjonali

  Il-Kunvent ta' San Mark, ir-Rabat Malta

Illum 9 ta’ Jannar 2020, il-kappella tal-Kunvent ta’ San Mark, fir-Rabat miftuħa għall-pubbliku sa nofsinhar għal min jixtieq jagħti l-aħħar tislima lill-Kardinal Prospero Grech. Hemmhekk wieħed jista’ jiffirma l-ktieb tal-kondoljanzi.

F’nofsinhar tindaqq mota funebri fil-knejjes kollha f’Malta u Għawdex.

Fis-1:40pm, it-tebut jittieħed fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl, l-Imdina, u fis-2pm issir quddiesa praesente cadavere b’suffraġju tal-Kardinal, ippreseduta mill-Arċisqof Charles J… Kompli aqra »

Il-Birgu jsellem lill-Kardinal Prospero Grech

  Il-Knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz, il-Birgu

L-Erbgħa 8 ta’ Jannar 2020, waslu Malta minn Ruma l-fdalijiet tal-Kardinal Prospero Grech. Fl-4:30pm il-korteo funebri wasal il-Birgu, fejn twieled u tgħammed il-Kardinal, fejn sar mument ta’ talb fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz.

Wara, l-korteo telaq mill-Birgu lejn il-kunvent tal-Agostinjani ta’ San Mark, ir-Rabat, sabiex għada, il-Ħamis 9 ta’ Jannar, bejn id-9am u nofsinhar, il-fdalijiet tal-Kardinal Grech jitqiegħdu fil-kappella tal-kunvent għall-qima tal-pubbliku… Kompli aqra »

Filmat: Il-prova tan-nawfraġju – bejn is-salvazzjoni ta’ Alla u l-ospitalità tal-Maltin – Il-Papa Franġisku waqt l-Udjenza Ġenerali

Katekeżi fuq l-Atti tal-Appostli

  Awla Pawlu VI, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-Ktieb tal-Atti tal-Appostli, fl-aħħar parti tiegħu, jirrakkonta li l-Evanġelju jkompli bil-mixja ħafifa tiegħu mhux biss fuq l-art imma wkoll fuq il-baħar, fuq ġifen li jwassal lil Pawlu priġunier minn Ċesarija lejn Ruma (ara Atti 27:1-28:16), fil-qalba tal-Imperu, biex isseħħ il-kelma tal-Irxoxt: “Tkunu xhieda tiegħi […] sa truf l-art” (Atti 1:8). Aqraw il-Ktieb tal-Atti tal-Appostli u taraw kif l-Evanġelju, bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, jasal għand il-ġnus kollha, isir universali… Kompli aqra »

Live: Quddiesa b’suffraġju għall-Kardinal Prospero Grech

Nhar il-Ħamis 9 ta’ Jannar ser issir quddiesa praesente cadavere b’suffraġju għall-Kardinal Prospero Grech, ippreseduta mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Flimkien mal‑Arċisqof ser jikkonċelebraw l‑Arċisqof Alessandro D’Errico, Nunzju Appostoliku għal Malta; l‑Isqof Mario Grech, Amministratur Appostoliku tad‑Djoċesi ta’ Għawdex; l‑Isqof Joseph Galea‑Curmi; u l‑Isqof Pawlu Darmanin, Isqof Emeritu tad‑Djoċesi ta’ Garissa, il-Kenja. Il-quddiesa se ssir fis‑2pm. Kompli aqra »

L-aħħar tislima f’Malta lill-Kardinal Prospero Grech OSA

Stqarrija mill-Provinċja Agostinjana Maltija u mill-Arċidjoċesi ta’ Malta

Il-Provinċja Agostinjana Maltija, flimkien mal-Arċidjoċesi ta’ Malta, għaddejja bit-tħejjijiet għall-aħħar tislima f’Malta lill-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Prospero Grech.

Il-fdalijiet tal-Kardinal Grech jaslu Malta nhar l-Erbgħa 8 ta’ Jannar 2020. Fl-4:30 pm, il-korteo funebri jasal il-Birgu, fejn twieled u tgħammed, biex isir mument ta’ talb fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz. Fis-6pm, il-korteo jitlaq mill-Birgu lejn il-kunvent tal-Agostinjani ta’ San Mark, ir-Rabat. Dak il-ħin il-kunvent ma jkunx miftuħ għall-pubbliku… Kompli aqra »

Il-Maġi qatt ma ħarsu lura – L-Isqof Awżiljarju

Professjoni Perpetwa ta’ Sr Rachel Camilleri fl-Ordni Agostinjan

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Għażiża Sr Rachel, fost it-tifkiriet sbieħ ta’ din il-ġurnata speċjali għalik, nixtieq li tiftakar f’ħaġa partikulari li tgħaqqad flimkien din il-festa sabiħa tal-professjoni perpetwa tiegħek u s-solennità tal-Epifanija tal-Mulej li qed niċċelebraw illum mad-dinja kollha: ftakar li l-maġi qatt ma ħarsu lura.

Kellhom vjaġġ twil, kellhom biċċa xogħol biex jaslu sa għand Ġesù, kellhom diversi ostakli u inċertezzi… Kompli aqra »

Il-funeral tal-Kardinal Prospero Grech f’Ruma

  Il-Vatikan, Ruma

Ritratt: Servizio Fotografico Vaticano

L-Isqfijiet Maltin, Mons. Charles J. Scicluna u Mons. Mario Grech ħadu sehem fil-funeral tal-Kardinal Prospero Grech, nhar il-Ħamis 2 . L-Arċisqof Scicluna wasal ħdejn it-tebut fejn kien għadu kif wasal fi Pjazza Santa Marta fil-Vatikan, bierku u akkumpanjah fil-purċissjoni mmexxija mid-Dekan tal-Kapitlu ta’ San Pietru flimkien mal-abbatini Maltin u l-kor tal-kappella Giulia.

Il-purċissjoni telqet mill-Pjazza Santa Marta, għaddiet mill-Bieb tat-Talb tal-Bażilika ta’ San Pietru, minn taħt il-monument ta’ Alessandru VII u waslet quddiem l-artal tal-Qalb ta’ Ġesù… Kompli aqra »

Żewġ kandidati ġodda għas-saċerdozju

Żewġ seminaristi fil‑ħames sena ta’ preparazzjoni fis‑Seminarju tal‑Arċisqof ser jitolbu lill‑Arċisqof Charles J. Scicluna biex jaċċettahom uffiċjalment bħala kandidati għall‑Ordinazzjoni Djakonali u Saċerdotali. Din iċ‑ċelebrazzjoni ser issir għada, il‑Ħadd 5 ta’ Jannar 2020, waqt il‑Quddiesa tal‑Epifanija fil‑Konkatridral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fid‑9:15 a.m.

Sean Abela mill-Parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat, u Jean Claude Attard mill-Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il-Għajn, ser jistqarru pubblikament ir‑rieda tagħhom li joffru lilhom infushom lill‑Knisja biex iservu bħala saċerdoti… Kompli aqra »