L-Aħbarijiet

260 adolexxent jirċievu l-Griżma tal-Isqof fi tmiem il-ġimgħa

  • Bejn il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju u l-Ħadd 9 ta’ Ġunju 2019, l-Arċisqof Charles J. Scicluna amministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lil 260 adolexxent minn diversi parroċċi f’Malta. 

    Il-Ġimgħa filgħaxija, 57 adolexxent mill-parroċċa ta’ San Ġwann irċevew id-don tal-Ispirtu s-Santu; is-Sibt kien hemm 75 adolexxent, 49 mill-parroċċa tal-Ibraġ u 26 mill-parroċċa tal-Iklin; il-Ħadd filgħodu fil-Konkatidral ta’ San Ġwann għamlu l-Griżma tal-Isqof 60 adolexxent  mill-parroċċi tal-Belt Valletta, filwaqt li filgħaxija l-Arċisqof Scicluna ammnistra dan is-sagrament lil 68 adolexxent oħra fis-Santwarju tal-Ħniena Divina fin-Naxxar…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jixtieq iżur l-Iraq fl-2020

  • Pope Francis said on Monday he “thinks constantly of Iraq”, where he wishes to travel in the coming year.

    He was addressing representatives of ROACO, the ‘Reunion of Aid Agencies for the Oriental Churches.’

    As he listed countries that fall within the Reunion’s reach and where the faithful continue to suffer, – including Syria, Ukraine and the Holy Land – the Pope focused on Iraq…

  • Kompli aqra »

Akkumpanjament pastorali tal-anzjani fl-aħħar fażi tal-ħajja

  • Patri Arnaldo Pangrazzi kien il-mistieden tal-Ordni tal-Kamilljani biex jindirizza lis-saċerdoti li qed jagħtu kontribut essenzjali fl-akkumpanjament pastorali ta’ persuni anzjani.

    Għal din il-laqgħa attendew saċerdoti li jagħmlu żjaratr fid-djar tan-nies u jqarbnu l-morda u oħrajn li jagħtu servizz pastorali fi djar tal-anzjani (tal-Knisja, privati, jew tal-Istat) permezz ta’ quddies, qrar u servizzi pastorali oħra. Attendew saċerdoti li għandhom ir-responsabbiltà diretta tal-pastorali mal-anzjani u dawk li qegħdin fl-aħħar fażi tal-ħajja tagħhom…

  • Kompli aqra »

Mgħammda u Mibgħuta: Il-Knisja ta’ Kristu b’missjoni fid-dinja

Messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Jum Dinji Missjunarju 2019

  • World Mission Sunday in 2019 falls on the 20th October. Instituted by Pope Pius XI in 1926, the annual day encourages prayers, cooperation and help for missions as well as reminding Christians about the fundamental missionary character of the Church and of every baptized person.

    The theme of this year’s observance is “Baptized and Sent: The Church of Christ on Mission in the World…

  • Kompli aqra »

Il-Papa fl-Għid il-Ħamsin: L-Ispirtu s-Santu jġib paċi fina u madwarna

  • Celebrating Mass on the solemnity of Pentecost in St. Peter’s Square, Pope Francis urged the faithful to implore the gift of the Spirit that makes us artisans of concord, sowers of goodness, apostles of hope.

    Reflecting on the liturgy of the day, the Pope explained that thanks to the Holy Spirit, the disciples’ worries disappeared.

    Rejuvenated by the Spirit, he said, their lives were changed, and he pointed out that “far from being an abstract reality: he is the Person who is most concrete and close, the one who changes our lives”…

  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa f’Għid il-Ħamsin 2019

  • Il‑Ħadd 9 ta’ Ġunju, fid‑9:15 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Għid il‑Ħamsin fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Matulha jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti tal‑parroċċi tal‑Belt u l‑parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu ta’ Tas‑Sliema.

     

  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa b’suffraġju għall-vittmi tas-Sette Giugno

  • Il-Ġimgħa, 7 ta’ Ġunju 2019, l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju għall-vittmi tas-Sette Giugno 1919, Carmelo Abela, Manuel Attard, Ġużè Bajada u Wenzu Dyer, fl-10am fil-Knisja taċ-Ċimiterju ta’ Sidtna Marija Addolorata f’Raħal Ġdid.

  • 

     

  • Kompli aqra »

L-identità Kattolika hija l-imħabba – Nirreżistu politika ta’ mibegħda u esklużjoni: Kontronarrativa Kattolika

Stqarrija mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

  • Il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, wara li rat żieda fl‑appoġġ lejn movimenti tal‑lemin estrem, li wħud minnhom jibbażaw l‑argumenti tagħhom fuq il‑ħtieġa li tiġi protetta ‘l‑identità Kattolika tagħna’ kif ukoll stqarrijiet riċenti mill‑Gwardjan għall‑Ġenerazzjonijiet Futuri, li ġġustifikaw is‑sejħa tiegħu li jiġu esklużi b’mod partikulari immigranti u Musulmani meta wera x‑xewqa tiegħu li jgħix u jmut f’pajjiż Kattoliku,[1] tħoss il‑bżonn li titkellem dwar id‑dmir tagħna bħala Kattoliċi li nirreżistu politika ta’ mibegħda u esklużjoni…

  • Kompli aqra »

Ritratti: Il-Viżta Pastorali tal-Isqof Awżiljarju fil-Parroċċa ta’ Ħal Għargħur

  • Bejn it-30 ta’ Mejju u u t-2 ta’ Ġunju 2019, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi għamel Viżta Pastorali fil-Parroċċa ta’ San Bartilmew f’Ħal Għargħur.

    Waqt il-Viżta Pastorali l-Isqof Galea-Curmi ltaqa’ mar-residenti ta’ Ħal Għargħur u bierek għadd ta’ familji fid-djar tagħhom bħala parti mill-programm tal-parroċċa għat-tberik tal-Għid. Matul il-Viżta l-Isqof iċċelebra Quddiesa fil-knisja parrokkjali u matulha amministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lil 29 adolexxent…

  • Kompli aqra »

Il-President Vella jgħid li l-qtil ta’ Lassana Cisse huwa tebgħa fuq il-kuxjenza tal-Maltin

  • Il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ mal-Kummissjoni Emiganti, bi żjara f’Dar l-Emigrant fil-Belt u s-Sorijiet tal-Bon Pastur f’Ħal Balzan, li joffru diversi servizzi b’xejn lill-immigranti li jiġu Malta jfittxu ħajja aħjar minn art twelidhom minħabba gwerra jew faqar.

    Il-President Vella ngħata merħba minn Monsinjur Alfred Vella u Monsinjur Philip Calleja mal-wasla tiegħu f’Dar l-Emigrant fil-Belt Valletta. Hawnhekk iltaqa’ mal-immigranti li jibbenefikaw mis-servizzi ta’ din l-għaqda mhux governattiva, filwaqt li tkellem mal-voluntiera li jaħdmu f’dan il-qasam…

  • Kompli aqra »