L-Aħbarijiet

Il-Papa Franġisku jafda lill-Arċisqof Scicluna b’missjoni fil-Perù

L‑Arċisqof Charles Scicluna jinsab fil‑Perù biex iwettaq missjoni fdata lilu mill‑Papa Franġisku.

Matul iż‑żjara tiegħu, l‑Arċisqof, li jservi wkoll bħala Segretarju Aġġunt fid‑Dikasteru għad‑Duttrina tal‑Fidi, se jmexxi numru ta’ laqgħat privati. Hu mhuwiex f’pożizzjoni li jikkummenta jew iwieġeb mistoqsijiet relatati ma’ din il‑missjoni.

L‑Arċisqof Scicluna mistenni jirritorna Malta l‑ġimgħa d‑dieħla. Kompli aqra »

Tberik tal-kuċċiera u ż-żwiemel bil-karozzini fl-Imdina

  L-Imdina

Nhar is-Sibt 22 ta’ Lulju sar it-tberik taż-żwiemel bil-karozzini fil-pjazza ta’ quddiem il-Katidral tal-Imdina fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu.

Il-patrijiet Karmelitani akkumpanjaw lill-Arċisqof Charles Scicluna waqt it-tberik. Wara l-kuċċiera ngħataw labtu tal-Madonna tal-Karmnu b’tifkira.

Aktar ritratti Kompli aqra »

Pittura ta’ Santa Gianna Beretta Molla għall-Knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt

Bl-għan li l-Knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt Valletta tibda sservi bħala ‘santwarju’ ta’ Santa Gianna Beretta Molla f’Malta, se tiġi inawgurata pittura li tirraffigura proprju lil din it-tabiba qaddisa Taljana li 61 sena ilu għażlet li tmut hi biex issalva t-tarbija tagħha.

F’kunċert ta’ mużika sagra li se jinżamm f’din il-knisja fil-25 ta’ Lulju li ġej, bejn it-8pm u d-9pm, u li se jinkludi fost l-oħrajn il-premier dinji ta’ A prayer of Saint Gianna tal-kompożitur Kattoliku Ingliż Matthew Ward, Dr Mark Agius M.D., Rettur tal-Konfraternità tal-Karmelu tal-Belt, se jagħti din il-pittura biex titqiegħed għall-qima fil-Knisja tal-Ġiżwiti… Kompli aqra »

Nitolbu għall-miżżewġin biex fi mħabbithom isibu l-mistrieħ għal ruħhom – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din hi silta qasira ħafna tal-Mulej Ġesù li jistedinna nersqu lejh: “Ejjew għandi” (Mt 11:28), waħda forsi mis-siltiet l-iżjed għeżież u l-istediniet l-iżjed kommoventi ta’ Ġesù.

L-istedina li nersqu lejh tfisser ukoll li nkunu intimi miegħu. “Ejjew għandi u jiena nserraħkom” (Mt 11:28). Hi, biex ngħidu hekk, wegħda sabiħa dik li jagħtina Ġesù li meta nkunu tassew ħbieb tiegħu u ħbieb tal-Evanġelju l-qalb tagħna tistrieħ fil-kwiet, fil-paċi anke meta l-ħajja ma tkunx faċli… Kompli aqra »

Ejja Imxi Miegħi – attività ta’ Missio Malta

Missio Malta ser tkun qed ittella’ l-ewwel edizzjoni ta’ Ejja Imxi Miegħi, bil-għan li tqajjem kuxjenza dwar id-distanzi twal li nies f’pajjiżi li qed jiżviluppaw jimxu kuljum biex iġibu ilma għax-xorb. L-inizjattiva, li ser isseħħ bejn id-19 u l-25 ta’ Lulju fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, ser tagħmel użu minn teknoloġija tar-realtà virtwali u treadmills, sabiex tgħin lill-parteċipanti jesperjenzaw l-illużjoni li qed jimxu distanzi twal fl-Afrika.  … Kompli aqra »

L-indifensibbiltà etika tad-dritt fundamentali għall-abort fl-UE

In the context of the public debate on including a supposed right to abortion in the EU Charter of Fundamental Rights, COMECE published a statement called ‘The Ethical Indefensibility of an EU Fundamental Right to Abortion’ elaborated by its Commission on Ethics. The statement goes as follows:

Regarding the ethical indefensibility of an EU fundamental right to abortion the Commission on Ethics of COMECE considers that:

  1. Human dignity is an overarching value in the EU Treaties and Charter…
  2. Kompli aqra »

Kors ġdid fl-Istudji tal-Iskrittura

Boroż ta' studju ta' €2,000 fit-Teoloġija, l-Etika u l-Pastorali

Għas-sena akkademika 2023-2024, il-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta qed toffri 10 boroż ta’ studju għal min jixtieq ikompli l‑istudji tat‑teoloġija, l-etika u l-pastorali fil‑Fakultà tat‑Teoloġija.

Se jitqassmu boroż skont dawn il-kriterji:

Taqtax qalbek, m’intix waħdek – L-Isqof Galea-Curmi lir-residenti tal-Isptar Monte Karmeli

Quddiesa fil-festa tal-Madonna tal-Karmelu

  L-Isptar Monte Karmeli, Ħ'Attard

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Omm ta’ Ġesù, ħu ħsiebi int, kun ommi tul is-snin”. Dan hu l-kliem li għadna kif kantajna fl-innu tad-dħul għall-quddiesa, u hu l-kliem li jfisser b’mod sabiħ ħafna l-festa li qed niċċelebraw illum tal-Madonna tal-Karmnu, patruna ta’ dan il-post.

Rigal kbir fil-mument tal-akbar tbatija

Għadna kif rajna fl-Evanġelju skont San Ġwann, lil Ġesù fuq is-salib, fl-aktar mumenti diffiċli ta’ tbatija għall-ħajja tiegħu… Kompli aqra »

L-Isqof Awżiljarju jmexxi pellegrinaġġ f’Lourdes

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi llejla filgħaxija se jħalli Malta biex imexxi l-pellegrinaġġ annwali djoċesan għall-morda f’Lourdes, organizzat mill-Għaqda Maltija għat-Trasport tal-Morda f’Lourdes (UMTAL). L-Isqof se jkun akkumpanjat minn Dun Joseph Mizzi, id‑direttur spiritwali tal‑UMTAL, u Patri Wistin Attard OFM Cap.

Għal dan il-pellegrinaġġ se jattendu 180 persuna: 48 pazjent, 64 pellegrin u 68 voluntier li jinkludu 5 tobba, 6 infermiera, 3 spiżjara u 7 studenti infermiera… Kompli aqra »

Inawgurat ir-restawr tal-faċċata tal-Knisja Parrokkjali tal-Qrendi

Tlesta l‑proġett ta’ restawr fuq il‑faċċata, u fuq il‑ġenb tal‑kampnar tax‑xellug tal‑knisja parrokkjali tal‑Qrendi, proġett li sar b’investiment ta’ €84,000 li 80% minnhom kienu kofinanzjati minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Il‑proġett ġie inawgurat mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Chris Bonett u mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi. Preżenti għall‑inawgurazzjoni kien hemm ukoll is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross, l‑Amministratur Parrokkjali Dun Mario Said.

Permezz ta’ dan ix‑xogħol ta’ restawr, li għalih ikkontribwixxew ukoll il‑parruċċani tal‑Qrendi, tnaddfet il‑ġebla tal‑faċċata u tal‑kampnar, u xi wħud mill‑ġebel kellu jinbidel minħabba deterjorazzjoni tal‑ġebla kawża tal‑espożizzjoni għall‑elementi naturali u t‑tniġġis tal‑arja. 

Waqt l‑inawgurazzjoni ta’ dan il‑proġett, l‑Isqof Joseph Galea‑Curmi rringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom f’din il‑ħidma flimkien ta’ restawr tal‑knisja tal‑Qrendi… Kompli aqra »