L-Aħbarijiet

Djalogu pubbliku f’Ġunju ispirat miż-żjara tal-Papa Franġisku

Wara s-suċċess li kisbu s-sensiela ta’ podcasts “Rethink”, ispirati miż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta, se ssir diskussjoni pubblika nhar il-Ħamis l-1 ta’ Ġunju fil-Belt Valletta.

Din is-sensiela ta’ podcasts imtellgħa minn Mark Cachia mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, li xxandru wkoll fuq 103 Malta’s Heart, kellha għadd ta’ mistiedna fosthom attivisti, akkademiċi, politiċi u membri tal-kleru li jiddiskutu r-realtà Maltija.

Din id-diskussjoni se titratta diversi temi fosthom l-immigrazzjoni, l-iżvilupp sostenibbli, il-wirt kulturali, il-governanza, is-sistemi ekonomiċi, u l-Knisja f’Malta… Kompli aqra »

Live: Konsagrazzjoni tal‑knisja fil‑kumpless residenzjali Rużar Briffa

  Il-Kumpless residenzjali Rużar Briffa

Is‑Sibt 27 ta’ Mejju, fil‑5:30pm, l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jikkonsagra l‑Knisja Madonna Għajnuna tal‑Insara u San Bartilmew Appostlu fil‑kumpless residenzjali Rużar Briffa fir-Residenza San Vinċenz de Paule.

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd… Kompli aqra »

L-Ispirtu s-Santu jwasslek għall-armonija, għall-għaqda – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kif indunajtu f’dawn il-jiem qegħdin naqraw siltiet mid-diskors ta’ Ġesù fl-aħħar ċena li nsibu fl-Evanġelju skont San Ġwann. Illum għandna dan il-kliem u din is-silta mill-kapitlu 17. Innutaw li f’din is-silta, għax f’siltiet oħra jissemma b’ismu, l-Ispirtu s-Santu ma jissemiex b’ismu imma nixtieq li nagħrfu l-ismijiet differenti tal-Ispirtu s-Santu f’din is-silta.

Ħin minnhom Ġesù jitkellem dwar il-glorja; il-glorja hi isem ieħor tal-Ispirtu s-Santu… Kompli aqra »

Id-diversità tgħaqqadna!

Missio Malta iċċelebrat il-Jum Dinji għad-Diversità flimkien ma’ tfal mill-iskola primarja tal-Mellieħa nhar it-Tnejn 15 ta’ Mejju. L-attività saret sabiex timmarka l-Jum Dinji għad-Diversità tal-Kulturi, Djalogu u Żvilupp organizzat mill-UNESCO, bil-għan li jiġu apprezzati l-kulturi differenti, filwaqt li tippromwovi l-paċi permezz tad-djalogu.

“Bħal f’qawsalla, magħmula minn ħafna kuluri sbieħ, aħna nħobbu naraw is-soċjetà tagħna bil-kuluri kollha tagħha, bħala l-elementi li jagħmluna speċjali u iktar b’saħħitna flimkien… Kompli aqra »

Filmat: Jitnieda ‘L-Għanja ta’ Ħabib’, ktieb ta’ poeżiji mill-Arċisqof

  Il-Palazz tal-Arċisqof, l-Imdina

Ftit tal-jiem ilu saret it-tnedija tal-ktieb il-ġdid tal-Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-Palazz tal-Arċisqof, l-Imdina. ‘L-Għanja ta’ Ħabib’ hu ġabra ta’ aktar minn 120 poeżija, b’analiżi ta’ Prof. Charles Briffa u ritratti ta’ Daniel Cilia.

Il-poeżiji jitfgħu raġġ dawl fuq il-ħajja tal-Arċisqof bl-ewwel poeżija tmur lura għall-1975 filwaqt li l-iktar poeżija reċenti nkitbet fl-2022. Kif jispjega l-Arċisqof stess fid-daħla tiegħu għall-ktieb, fil-poeżiji hu qed jaqsam mal-qarrejja l-lehma ta’ żgħożitu, il-ħolm, ix-xewqat, it-turufnament u l-faraġ tal-adolexxenza… Kompli aqra »

Manuskritti oriġinali tat-traduzzjoni tal-Kotba Mqaddsa esebiti f’Għawdex

Is-sotterran uniku tal-Kurja tal-Isqof ta’ Għawdex, fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat Għawdex, jinsab miftuħ minħabba l-esebizzjoni bl-isem Shemà: Il-Wirja, organizzata mid-Djoċesi ta’ Għawdex.

Barra esebiti prestiġjużi bħalma huma l-manuskritti oriġinali tat-traduzzjoni tal-Kotba Mqaddsa għall-Malti minn Pietru Pawl Saydon u Patri Eġidju Mizzi ofm conv. (b’dawn tal-aħħar qed jidhru fil-pubbliku għall-ewwel darba), kif ukoll pubblikazzjonijiet tal-aktar verżjonijiet bikrija tal-Kelma ta’ Alla miġjuba bil-Malti, il-wirja toffri itinerarju esperjenzali interattiv u awdjoviż li jgħin lil min iżurha jidħol iktar fil-fond tal-importanza tal-Kelma ta’ Alla fil-ħajja tan-Nisrani, tal-Knisja u tas-soċjetà… Kompli aqra »