L-Aħbarijiet

Sinodu: Lajċi rġiel u nisa eliġibbli jivvutaw fl-Assemblea Ġenerali

Neither the nature nor the name is changing—which remains the Synod of Bishops—but the composition of the participants in the October 2023 General Assembly in the Vatican on the theme of synodality is set to change, since a sizeable group of “non-bishop” members will also take part.

These 70 individuals will include lay people appointed directly by the Pope, 50 percent of whom shall be women and among whom shall be included several young people… Kompli aqra »

Ingħataw għall-poplu imma sibu ħin ukoll għalikom – L-Arċisqof lid-djakni ġodda

Quddiesa tiċċelebra l-ordinazzjoni djakonali

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ma nsejħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x’jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb” (Ġw 15:15). Int u tisma’ din il-Kelma proprju bħal-lum fid-djakonat, tgħid imma Ġesù jaf eżattament x’inhu jgħid. Meta aħna għadna kemm ikkonfermajna l-għażla tal-Knisja, biex lil dawn iż-żewġt irġiel żgħażagħ insejħulhom qaddejja, djakni – diákonoi.

“Ma nsejħilkomx aktar qaddejja” (Ġw 15:15); imma ma jsejħilhomx qaddejja għax ma jridhomx qaddejja li ma jafux x’jagħmel sidhom… Kompli aqra »

Live: Quddiesa tal-Ordinazzjoni Djakonali – 22 ta’ April 2023, 9:30am

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Missier u bint b’wirja ta’ kwadri b’risq Caritas Malta

Fl-okkażjoni tal-55 sena ta’ servizz lejn dawk l-aktar fil-bżonn, Caritas Malta se tniedi wirja ta’ kwadri bl-akwarelli mill-artist magħruf John Martin Borg flimkien mat-tifla tiegħu Claire. 

Il-wirja bit-titlu – In the Heart of Spring, minbarra li hija ċelebrazzjoni ta’ dan l-istaġun glorjuż, it-titlu jirrelata wkoll mal-ħidma ta’ Caritas Malta li ġabet rebbiegħa ġdida fil-ħajjiet ta’ ħafna individwi tul dawn l-aħħar 55 sena. 

Għalkemm il-missier u bintu wrew ix-xogħlijiet tagħhom f’diversi wirjiet ta’ arti, din hija l-ewwel darba li se jesebixxu wirja kompluta flimkien bix-xogħlijiet tagħhom.  … Kompli aqra »

In-Nunzju Appostoliku għal Malta iżur id-Dar tal-Providenza għall-ewwel darba

In-Nunzju Appostoliku għal Malta, l-E.T. l- Arċisqof Savio Hon Tai-Fai SDB, għamel l-ewwel żjara uffiċċjali tiegħu fid-Dar tal-Providenza fejn kien milqugħ minn Fr Martin Micallef, Direttur, u mis-Sinjura Nadine Camilleri Cassano, Amministratur tad-Dar.

Huwa kellu l-opportunità jiltaqa ma’ għadd ta’ residenti u support workers tad-Dar. In-Nunzju Appostoliku qal li kien ta’ ferħ kbir għalih li jżur id-Dar tal-Providenza, lin-nies li jgħixu hemm kif ukoll dawk li jaħdmu hemm… Kompli aqra »

Il-ktieb għat-tfal ‘Spazju għal Qalbi – Beloved Space’ jinsab għall-bejgħ

Il‑ktieb għat‑tfal ‘Spazju għal Qalbi – Beloved Space’, maħruġ mit‑taqsima Żvilupp Spiritwali fl‑iskejjel fi ħdan l‑Arċidjoċesi ta’ Malta b’kollaborazzjoni mal‑Aġenzija Nazzjonali tal‑Litteriżmu, issa jinsab għall‑bejgħ. Dan il‑ktieb, li għandu 11‑il storja miktuba minn Silvana Cardona, jikkonsisti fi stejjer qosra ta’ madwar 500 kelma. L‑istejjer huma ambjentati f’Malta u jittrattaw dwar tfal u adulti li jesperjenzaw sitwazzjonijiet differenti f’ħajjithom.

Il‑ktieb hu maħsub għat‑tfal bejn it‑tmien snin u t‑12‑il sena u l‑iskop ewlieni tiegħu hu li qarrejja żgħar fl‑età jkollhom ġabra ta’ stejjer qosra b’temi spiritwali li jistgħu jirrelataw magħhom, u li jħeġġuhom jirriflettu u jitolbu… Kompli aqra »

Nersqu lejn il-qrar u l-ewkaristija li Ġesù waqqaf bħala laqgħat tagħna miegħu – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tieni Ħadd tal-Għid

  Il-Knisja tal-Ħniena Divina, in-Naxxar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’din is-silta li għadna kemm smajna mill-Evanġelju ta’ San Ġwann, smajna r-rakkont ta’ żewġ laqgħat ta’ Ġesù wara l-irxoxt tiegħu. L-ewwel laqgħa hi propju dakinhar tal-irxoxt tiegħu. Fil-fatt l-Evanġelju ta’ San Ġwann jgħidilna: “Dakinhar fil-għaxija fl-ewwel jum tal-ġimgħa” (Ġw 20:19). F’din l-ewwel laqgħa tiegħu wara l-qawmien tiegħu mill-imwiet, il-Mulej jagħti lid-dixxipli tiegħu dak li hu forsi l-frott l-iżjed bnin u qawwi tal-irxoxt tiegħu, tal-qawmien tiegħu mill-mewt, it-tislima tiegħu: “Il-paċi magħkom” (Ġw 20:19)… Kompli aqra »