L-Aħbarijiet

Il-Knisja tappoġġja bis-sħiħ monument ta’ tifkira

Fit-2 ta’ Novembru 2019, l-Arċisqof bierek il-qabar ta’ Ġużè Ellul Mercer fil-parti taċ-Ċimiterju tal-Addolorata li fl-imgħoddi ma kinitx imbierka

L-Arċidjoċesi ta’ Malta hi diżappuntata li llum It-Torċa ppubblikat storja fil-faċċata tagħha mimlija ineżattezzi dwar proposta li saret fl-2020 biex isir monument li jonora lil dawk affettwati mill-interdett maħruġ mill-Knisja fis-sittinijiet.

Il-gazzetta – li qagħdet biss fuq it-tagħrif ipprovdut miċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Jason Micallef – qalet li l-Knisja ma weġbitx għat-talba li għamel l-eks Ministru José Herrera biex jitpoġġa monument fil-ġnien tal-Palazz tal-Arċisqof fil-Belt Valletta, li mbagħad jinfetaħ għall-pubbliku… Kompli aqra »

Diskussjoni dwar kif in-newtralità ta’ Malta tista’ sservi l-kawża tal-paċi

To celebrate the 60th anniversary of the papal encyclical Pacem in Terris, on the 25th of April at 19:00 at the Archbishop’s Curia, the Justice & Peace Commission is organising an expert-panel discussion on how Malta’s neutrality can serve the cause of peace.

Malta’s Constitution defines Malta as a “neutral state actively pursuing peace, security and social progress among all nations by adhering to a policy of non-alignment and refusing to participate in any military alliance.” This neutrality clause was introduced in 1987… Kompli aqra »

Riflessjoni tal-Għid: Is-Salib

Min ma jerfax salibu u jimxi warajja ma jistax ikun dixxiplu tiegħi 

Is-salib nassoċjawh mal-Għid minħabba r-rebħa ta’ Ġesù fuq il-mewt permezz tal-qawmien tiegħu iżda mhux minn dejjem kien simbolu tal-fidi Nisranija. Is-simboli li kienu jużaw l-ewwel Insara biex jidentifikaw lilhom infushom ma’ Kristu kienu l-ħaruf, l-ankra u anki l-ħuta. Imbagħad kien fi żmien l-Imperatur Kostantinu li s-salib beda jintuża bħala simbolu tal-fidi Nisranija, wara li kellu viżjoni ta’ salib bil-kliem: “B’dan is-sinjal inti tirbaħ”… Kompli aqra »

Ir-Riflessjonijiet tar-Randan: Il-Ħobż u l-Inbid

Min jiekol ġismi u jixrob demmi jibqa’ fija u jiena fih. (Ġw:6:56)

L-aħħar ġranet tar-Randan jissejħu t-Tridu tal-Għid u jibdew minn Ħamis ix-Xirka filgħaxija sa Ħadd il-Għid. Il-kelma Tridu ġejja mil-Latin Triduum u tfisser ‘tlett ijiem’, u dawn huma l-aktar ġranet importanti fis-sena liturġika. Il-bidu u t-tmiem ta’ dawn il-jiem huma ċċelebrati b’quddiesa, li hija ikla li nipparteċipaw fiha flimkien u li ttina l-opportunità li ngħaddu mill-mewt għall-ħajja ġdida aħna wkoll… Kompli aqra »

Live: Il-Quddiesa taż-Żjut f’Ħamis ix-Xirka – 6 ta’ April 2023, 9:30am

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Arazzi esebiti fil-Konkatidral ta’ San Ġwann wara li tlesta r-restawr

 Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann bi pjaċir tħabbar li s-Sett ta’ Arazzi se jkun esebit fil-Konkatidral ta’ San Ġwann wara proċess estensiv ta’ restawr li dam għaddej 16-il sena fil-Laboratorji De Wit fil-Belġju. L-aħħar darba li ġew esebiti kien waqt iż-żjara tal-Papa San Ġwanni Pawlu II f’Malta fl-1990. 

Is-sett ta’ arazzi kien ikkummissjonat mill-Gran Mastru Ramon y Perellos mal-elezzjoni tiegħu fl-1697. Is-sett jikkonsisti f’29 biċċa li juru t-Trijonf tal-Knisja Kattolika Rumana, xeni mill-ħajja ta’ Kristu u t-tnax-il appostlu… Kompli aqra »