L-Aħbarijiet

Avviż

Minn nhar il‑Ħamis, 6 ta’ April 2023, il‑Kurja tal‑Arċisqof u l-Uffiċċju Żwiġijiet fil‑Furjana, u t-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Belt Valletta, se jkunu magħluqa għall‑festi tal‑Għid.

Il-Kurja tal-Arċisqof, l‑Uffiċċju Żwiġijiet u t‑Tribunal Ekkleżjastiku jerġgħu jiftħu nhar it-Tlieta, 11 ta’ April 2023.
Kompli aqra »

Riflessjonijiet tar-Randan: Il-Palm

“Jekk l-Iben jeħliskom, tkunu tabilħaqq ħielsa.”  Ġw 8:36

F’Ħadd il-Palm nisimgħu dwar ir-rakkont tal-passjoni ta’ Ġesù, kif ukoll id-daħla tiegħu f’Ġerusalemm waqt il-purċissjoni bil-friegħi, li ssir qabel ma nibdew il-quddies. 

Fl-antik il-friegħi tal-palm kienu simbolu ta’ rebħa. Fit-Testment il-Qadim, insibu li l-palm kien jintuża f’okkażjonijiet ta’ festi, ferħ u vittorja. Infatti s-slaten kienu jiġu milqugħin bi friegħi tal-palm mifruxin quddiemhom… Kompli aqra »

Mijiet jimxu wara l-istatwa tad-Duluri fil-Belt Valletta

Mijiet ta’ persuni mxew wara l-istatwa tad-Duluri fil-Pellegrinaġġ Nazzjonali li mexxa l-Arċisqof Charles Scicluna.

Il-Pellegrinaġġ beda mill-Knisja ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta.

L-Insara kienu mistiedna u mħeġġa jattendu għal dan il-pellegrinaġġ sabiex
flimkien bħala Knisja, ikomplu l-mixja penitenzjali li twassal għall-passjoni, il-mewt u
l-qawmien minn bejn l-imwiet ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Il-pellegrinaġġ ġie organizzat mill-Arċikonfraternità tas-Santissmu Kurċifiss
b’kollaborazzjoni mal-Patrijiet Franġiskani tal-Belt Valletta u l-Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jiddaħħal l-isptar b’infezzjoni respiratorja

Jeħtieġ kura medika li se tingħata tul dawn il-jiem

Il-Papa Franġisku qed ibati minn “infezzjoni respiratorja li teħtieġ xi jiem ta’ kura medika adattata fl-isptar.”

L-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan ħabbar dan illejla fi stqarrija ppublikata fit-8:30pm.

Intqal li minn testijiet li sarulu waranofsinhar fl-isptar Ġemelli ta’ Ruma, ġie eskluż li l-Papa seta’ kellu l-Covid 19.

L-istqarrija tkompli li “l-Papa lmenta minn diffikultajiet fin-nifs tul il-jiem li għaddew u llum wara nofsinhar iddaħħal l-isptar biex isirulu t-testijiet meħtieġa… Kompli aqra »

Live: Quddiesa mill-Parlament ta’ Malta, il-Belt Valletta – 30 ta’ Marzu, 9:30am

  Il-Parlament ta' Malta, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Direttur ġdid għal Missio Malta

Il‑Kongregazzjoni għall‑Evanġelizzazzjoni tal‑Popli tas‑Santa Sede ħatret lil Dun Victor Agius bħala direttur ġdid ta’ MISSIO Malta għall‑ħames snin li ġejjin (2023‑2028).

Il‑MISSIO għandu l‑għan li jgħin lill‑Papa fit‑tixrid tal‑ispirtu missjunarju fost il‑qassisin, reliġjużi, adulti u tfal u jinkoraġġixxi l‑għajnuna lill‑foqra permezz ta’ għajnuna finanzjarja għal proġetti f’pajjiżi tat‑Tielet Dinja. Il‑MISSIO jieħu ħsieb ukoll ix‑xandir tal‑Kelma ta’ Alla f’dawk il‑pajjiżi li qatt ma ġew evanġelizzati… Kompli aqra »

Ipparteċipa fil-ġimgħa ta’ sagrifiċċju organizzata minn SAS

Is-Segretarjat Assistenza Soċjali (SAS) tal-Azzjoni Kattolika Maltija se jorganizza l-Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju, bejn Jum id-Duluri, fil-31 ta’ Marzu u l-Ġimgħa l-Kbira fis-7 ta’ April 2023.  

Għall-kampanja ta’ din is-sena ġiet magħżula t-tema “Iddawwarx Spallejk” li hi meħduda mis-silta mill-Evanġelju ta’ San Mattew; “Agħti lil min jitolbok u ddawwarx spallejk lil min ikun irid jissellef mingħandek (Mt 5:42)”. Ġew magħżulin dawn iż-żewġ kelmiet, għax minkejja li mhumiex wisq kliem, ifissru ħafna… Kompli aqra »

Riflessjonijiet tar-Randan: Iż-Żejt

“L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani.” Luqa 4:18

Fil-ħames Ħadd tar-Randan nisimgħu dwar ir-rakkont tal-qawmien ta’ Lazzru. 

Iż-żejt huwa simbolu tal-fejqan u l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. Fil-kultura Lhudija, iż-żejt kien jintuża biex jippreparaw il-ġisem għad-difna. Insibu wkoll li fit-Testment il-Ġdid, id-dixxipli kienu jużaw iż-żejt biex ifejqu l-morda, li fil-Knisja Kattolika għadna nagħmluha sal-lum bis-sagrament tal-griżma tal-morda għax nemmnu li ż-żejt imqaddes isaħħaħ l-ispirtu u l-ġisem, kif ukoll jaħfer id-dnubiet. 

Naraw ukoll li ż-żejt kien jintuża għal dawk magħżulin minn Alla, bħal meta l-profeta Samwel dilek lil David biex ikun re… Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ Wied il-Għajn

L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Luke Cutajar bħala kappillan tal‑Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il-Għajn.

Dun Luke Cutajar twieled is-Siġġiewi fit-22 ta’ Jannar 1988 u trabba r-Rabat. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja u sekondarja fil-Kulleġġ Stella Maris, il-Gżira, u kompla s-Sixth Form fil-Kulleġġ De La Salle, il-Birgu. Kompla l-istudji terzjarji (Filosofija u Teoloġija) u Liċenzjat fit-Teoloġija Pastorali, fl-Università ta’ Malta.

Dun Luke Cutajar ġie ordnat saċerdot fl‑2014… Kompli aqra »