L-Aħbarijiet

Spirtu ta’ djalogu, fil-valuri tal-Evanġelju

Missio Malta tilqa’ l-Konferenza tad-Diretturi Ewropej f’Malta

Ftit tal-jiem ilu ġiet fi tmiemha l-Konferenza tad-Diretturi Ewropej ta’ Missio li din is-sena inżammet f’Malta bejn l-14 u s-16 ta’ Frar, u li laqqgħet id-Diretturi ta’ Missio minn madwar l-Ewropa kollha.

“L-għan prinċipali tal-konferenza huwa li jitkattar l-ispirtu ta’ kollaborazzjoni bejn il-pajjiżi sabiex ikompli jintlaħaq l-għan ta’ Missio li xxerred L-Evanġelju fid-dinja,” qal Fr Anthony Chantry, chairperson tal-Konferenza. “Il-Konferenza kienet ukoll okkażjoni sabiħa ta’ talb flimkien, li jgħaqqadna sabiex inkomplu nwasslu l-messaġġ li x-xogħol tal-missjoni huwa daqstant urġenti u importanti daqs meta Ġesù Kristu mexa fuq l-art, u Evanġelizza kull fejn mar.”

Id-Direttur ta’ Missio Malta, Monsinjur Valent Borg esprima s-sodisfazzjon tiegħu għas-suċċess tal-laqgħa f’Malta, u li l-preparamenti għaliha ħadu bosta xhur… Kompli aqra »

L-Azzjoni Kattolika f’Malta tagħlaq 93 sena

L-Azzjoni Kattolika (Nr tal-VO: 1743) bdiet f’Malta permezz ta’ grupp ta’ studenti żgħir fil-5 t’April 1929, bl-għajnuna ta’ Patri Danjel Callus. Fi Frar tal-1930 l-istatu ġie approvat uffiċjalment mill-Arċisqof ta’ dak iż-żmien. Minn dakinhar, infetħu numru ta’ gruppi taż-żgħażagħ f’Parroċċi differenti. L-għan ta’ dawn il-gruppi kien li jieħdu rwol iktar attiv li jwasslu l-messaġġ tal-Knisja u biex ikunu ta’ servizz lejn l-oħrajn. Din l-inizzjattiva ċkejkna żviluppat f’waħda mill-akbar għaqdiet Kattoliċi li għandna f’Malta llum. 

Matul is-snin, l-Azzjoni Kattolika Maltija kienet il-bidu ta’ numru ta’ proġetti u attivitajiet soċjali u spiritwali f’Malta… Kompli aqra »

Avviż

Għada, l-Ġimgħa, 24 ta’ Frar 2023, il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet; u t-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa l-ġurnata kollha.

Il-Kurja terġa’ tiftaħ is-Sibt, 25 ta’ Frar 2023. Kompli aqra »

Il-Koalizzjoni Inti Tista’ Ssalvani tiltaqa’ mal-Prim Ministru

Illum rappreżentanti tal-Koalizzjoni Inti Tista’ Ssalvani kellhom laqgħa mal-Prim Ministru, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, il-Ministru tal-Ġustizzja u s-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza.

Il-Koalizzjoni kienet irrappreżentata minn Dr Miriam Sciberras u Tonio Fenech mill-Fondazzjoni Life Network, u Dr Konrad Borg, Dr Daniel Farrugia u Dr. Helga Consiglio minn Doctors for Life.

Il-Koalizzjoni ppreżentat it-tħassib tagħha dwar l-Abbozz ippreżentat lill-Parlament u spjegat għaliex fil-forma preżenti tagħha jintroduċi l-abort. Il-koalizzjoni tenniet il-pożizzjoni tagħha kif spjegata fil-websajt www.salvani.euKompli aqra »

Riflessjonijiet tar-Randan: L-Irmied

“Trab kont u trab terġa ssir”

Fl-ewwel jum tar-Randan, imsejjaħ ukoll l-Erbgħa tal-Irmied, il-qassis, jew persuna oħra, iroxx ftit irmied imbierek fuq rasna fiċ-ċelebrazzjoni waqt li jfakkarna fil-bidu u t-tmiem tagħna. 

Għaliex jintuża l-irmied? Minn xiex inhu magħmul? Friegħi taż-żebbuġ li jkunu tbierku u ntużaw fiċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm tas-sena ta’ qabel jinħarqu u l-irmied tagħhom jintuża f’Ras ir-Randan… Kompli aqra »

Il-Kurja tal-Arċisqof terġa’ tingħata l-Marka tal-Ugwaljanza mill-NCPE

The National Commission for the Promotion of Equality (NCPE) has re-certified the Archbishop’s Curia – Archdiocese of Malta with the Equality Mark Certification. The latter was first awarded the equality mark certification in 2020 by the NCPE.

Recertification of the Equality Mark confirms that the Archbishop’s Curia has kept its commitment to promote and foster a workplace culture that values diversity, equality, and respect… Kompli aqra »

Ma’ min qed jikkonsulta l-Gvern?

Ritratt: MART PRODUCTION

Il-Koalizzjoni ‘Int Tista’ Ssalvani’ u l-Grupp ta’ 80 Espert appoġġjati b’mod attiv minn aktar minn 25,000 petizzjonant, qed jiġu injorati.

Skont rapporti fil-midja ta’ kummenti li għamel il-Ministru tas-Saħħa, il-Gvern se jkollu laqgħat dwar l-abbozz ta’ liġi dwar l-abort ma’ “firxa wiesgħa” ta’ stakeholders sal-ġimgħa d-dieħla jew ta’ wara.

Il-Prim Ministru ġie kkwotat jgħid ukoll li l-Gvern se jiltaqa’ ma’ kulħadd biex jifhem it-tħassib u l-biżgħat ewlenin ippreżentati mill-emenda u jifhem kull tħassib dwar kif jista’ jiġi abbużat… Kompli aqra »

Vjaġġ uniku, esperjenza eċċezzjonali

Dinja Mutur jiftaħ tieqa diretta fuq il-pajjiżi li fihom Missio Malta twettaq il-missjoni tagħha

Dinja Mutur jistieden lill-pubbliku jitla’ fuq il-mutur ma’ Stephen Formosa, u jerħilha għal avventura unika, li qed tgħolli s-siparju fuq għadd ta’ pajjiżi meraviljużi fl-Afrika, u l-ħidma li twettaq Missio Malta.

“Flimkien ma’ Stephen Formosa, li huwa l-protagonist ewlieni ta’ dan il-programm, Missio Malta riedet toħroġ b’format innovattiv sabiex tlaqqa’ lill-benefatturi tagħna, kif ukoll il-pubbliku li jsewgiha mid-dar, man-nies li jgħixu f’dawn il-pajjiżi… Kompli aqra »