L-Aħbarijiet

Il-Papa lill-Ordni ta’ Malta: wara d-diviżjoni, wasal iż-żmien għall-ftehim

The Sovereign Military Order of Malta is holding an extraordinary Chapter General with 111 members called to elect – under the chairmanship of the Lieutenant Grand Master Fra’ John Dunlap and Cardinal Silvano Maria Tomasi, the Pope’s special delegate – the Grand Commander, the Grand Chancellor and the other top positions, on the basis of the new Constitutional Charter and the new Codex Melitense.

Challenge to the worldly mentality

Marking the event, Pope Francis sent a message to the order… Kompli aqra »

Seminar dwar l-ideoloġija tal-ġeneru u l-antropoloġija Nisranija

Ritratt: Magda Ehlers

Illum aktar minn qatt qabel it-tifsiriet ta’ x’inhu raġel u x’inhi mara qed jiġu diskussi b’modi differenti. Dan hekk kif hawn min jgħid li jekk inti tħoss li tappartjeni għal ġeneru partikolari, dan jista’ jkun int fil-verità. Imma dan veru? 

X’inhi id-differenza bejn is-sess u l-ġeneru? Xi jfissru l-identità tal-ġeneru u l-orjentazzjoni sesswali?  

Dan kollu se jiġi diskuss minn perspettiva Nisranija waqt seminar organizzat minn Cana Foundation Therapeutic & Support Services, nhar l-4 ta’ Frar bejn id-9am u s-1pm, l-Istitut Kattoliku, il-Furjana… Kompli aqra »

Ftehim għat-tmexxija ta’ 2 idjar għal żgħażagħ li qed jitgħallmu jgħixu b’mod indipendenti

Ritratt: Rogério Martins

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u s-Salesjani ta’ Don Bosco ffirmaw ftehim li qed jiggarantixxi s-servizz f’Dar Alberto Mavelli f’Raħal Ġdid u fir-Residenza Carlo Gastini fil-Belt Valletta.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali Michael Falzon attenda għall-iffirmar tal-ftehim bejn il-Ministeru u s-Salesjani ta’ Don Bosco li jinkludi investiment li jkopri tliet snin u jammonta għal €176,000.

Dawn id-djar joffru għajnuna lil żgħażagħ li fil-passat għexu f’residenza tat-tfal jew ambjent alternattiv u issa qed jiġi megħjuna biex jgħixu b’mod indipendenti… Kompli aqra »

Life Network Foundation tniedi Central Distribution Hub ġdid għal ommijiet u trabi fil-bżonn

Life Network Foundation qed tniedi l-ftuh ta’ Central Distribution Hub ġdid għal ommijiet u trabi fil-bżonn. Il-Hub se jkun post fejn l-ommijiet jistgħu jiġu biex jirċievu għajnuna bhal provvisti ta’ ikel għat-trabi, ħrieqi, ħwejjeġ tat-trabi, u ħtiġijiet oħra li forsi ma jkunux jifilħu għalihom jew li ma jkollhomx aċċess għalihom. Il-Hub ser iservi ukoll bħala post fejn jintlaqgħu, jigu organizzati, u mqassma donazzjonijiet li nircievu mill-komunità. 

Fl-2022, LifeLine Malta pprovda numru rekord ta’ servizzi ta’ għajnuna u provvisti… Kompli aqra »

Il-Live-in tal-Kappillani 2023: Il-ferħ li tkun saċerdot’

Il-kappillani tal-Arċidjoċesi ta’ Malta rriflettew fuq it-tema ‘Il-ferħ li tkun saċerdot’ waqt il-live-in annwali. Din is-sena l-live-in, li sar il-Mellieħa, kien iktar ibbażat fuq stil ta’ diskussjoni bit-tir li l-kappillani jkomplu jsaħħu r-relazzjoni bejniethom. Fil-fatt din is-sena l-parteċipanti kienu bilqiegħda madwar mejda u għalhekk kellhom iktar ċans jiddiskutu l-punti li tqajmu bejniethom kif ukoll kuljum ħadu sehem f’sessjonijiet ta’ team building. 

Matul dawn it-tlitt ijiem ta’ riflessjoni u diskussjoni, diversi kelliema u esperti għenu lill-kappillani jifhmu kif jistgħu jieħdu ħsieb dak li jagħmilhom kuntenti bħala saċerdoti kif ukoll jittrasmettu dan il-ferħ, kif jieħdu ħsieb tagħhom infushom u ta’ kappillani oħra billi jżommu kuntatt magħhom, kif ukoll jieħdu ħsieb tas-saċerdoti li jaħdmu fil-parroċċi tagħhom… Kompli aqra »

Life Network Foundation tħabbar 7 appartamenti residenzjali ġodda għan-nisa u t-tfal

Photo by PhotoMIX Company

Life Network Foundation, l-entità impenjata għall-protezzjoni u t-tisħiħ tan-nisa u t-tfal, ħabbret il-kisba ta’ seba’ appartamenti residenzjali ġodda matul il-Life Week 2023. Dawn l-appartamenti ġew imfassla biex jgħinu u jsaħħu lill-ommijiet u wliedhom li jkunu qattgħu żmien jgħixu f’Dar Tgħanniqa ta’ Omm mat-trabi tat-twelid tagħhom, u li issa huma lesti biex jagħmlu l-ewwel pass lejn ħajja indipendenti.

“L-esperjenza tagħna wriet li pass ċkejken lejn għixien kompletament indipendenti jagħti lill-ommijiet u lil uliedhom l-aħjar opportunità ta’ futur b’saħħtu u indipendenti,” qalet Christie Zammit, l-Uffiċjal Amministrattiv ta’ Dar Tgħanniqa ta’ Omm… Kompli aqra »

Tħejjija għal-laqgħa kontinentali Ewropea – Sinodu fuq is-Sinodalità

Il-Knisja ta’ Alla bħalissa għaddejja minn proċess ta’ sinodu bit-tema ‘Lejn Knisja sinodali: komunjoni, parteċipazzjoni u missjoni’. B’din is-sejħa, il-Papa Franġisku jistieden lill-Knisja kollha biex tirrifletti fuq tema deċiżiva għall-ħajja u l-missjoni tagħha.

Il-proċess ta’ dan is-Sinodu issa wasal fl-istadju kontinentali, li jikkonsisti fi żmien ta’ smigħ u dixxerniment tal-Poplu ta’ Alla kollu u tal-Knejjes lokali kollha fuq bażi kontinentali, li jwassal għal sensiela ta’ assemblej kontinentali… Kompli aqra »

L-Arċisqof jisħaq dwar id-drittijiet tal-vittmi ta’ abbuż mill-kleru

L-Arċisqof Charles Scicluna, meqjus bħala l-investigatur ewlieni tal-Papa Franġisku dwar abbużi mill-kleru, irrikonoxxa l-frustrazzjonijiet ta’ vittmi ta’ abbużi minħabba l-kultura stretta ta’ segretezza li għandu l-Vatikan fejn jidħlu isqfijiet Kattoliċi akkużati b’imġieba ħażina jew li ħbew dawn il-każijiet.

F’intervista man-National Catholic Reporter, ġurnal Kattoliku meqjus wieħed mill-iżjed progressivi fl-Istati Uniti tal-Amerika, Mons. Scicluna stqarr li l-Vatikan għadu ma wasalx f’dak li hu sejjaħlu “l-aħjar punt” fil-mod kif isegwi l-vittmi tal-abbużi, u sejjaħ il-materja “xi ħaġa li għad trid tkompli tiġi żviluppata”… Kompli aqra »

Ftehim kollettiv ġdid għall-impjegati tal-Kurja tal-Arċisqof

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Il-Kurja tal-Arċisqof u l-Union Ħaddiema Magħqudin innegozjaw u kkonkludew ftehim kollettiv ġdid għall-impjegati tal-Kurja u t-Tribunal Ekkleżjastiku li jkopri s-snin 2023-2025. Dan il-ftehim ġie ffirmat nhar it-12 ta’ Jannar mis-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, is-Sur Michael Pace Ross u l-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers, is-Sur Josef Vella. Dan il-ftehim jirrikonoxxi l-kompetenza, l-esperjenza u fuq kollox il-lealtà tal-impjegati eżistenti, filwaqt li għandu l-iskop li jattira talent ġdid… Kompli aqra »

It-Tribunali jfakkru li l-Knisja trid tkun qrib dawk uliedha li jħossuhom imbegħdin minnha – L-Isqof Galea-Curmi

Diskors ta' merħba fil-ftuħ tas-Sena Ġudizzjali tat-Tribunali tal-Provinċja Ekkleżjastika Maltija

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

#kt-adv-heading_3c66e0-79, #kt-adv-heading_3c66e0-79 .wp-block-kadence-advancedheading {font-size:24px;} Il-messaġġ tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Eċċellenzi Reverendissimi,
Membri tat-Tribunali Ekkleżjastiċi,
Mistiendna distinti,

Hu ta’ pjaċir kbir għalija li nilqagħkom f’isem l-Arċisqof Scicluna għal dan il-ftuħ uffiċjali tas-Sena Ġudizzjali tat-Tribunali tal-Provinċja Ekkleżjastika Maltija. L-Arċisqof jinsab indispost illejla u allura din is-sena dan l-unur li niftaħ s-sena forensi mess lili.

Din hi l-ħames inawgurazzjoni minn meta bdiet issir; inqabżet sena waħda biss minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija, u għalhekk qed nieħu gost li għal darb’oħra t-tliet tribunali laqgħu bil-qalb l-istedina tal-Papa Franġisku sabiex ikunu dejjem iktar miftuħa għal dawk il-membri tal-Knisja li jixtiequ jdawlu l-kuxjenza tagħhom imma spiss jinżammu lura mill-istrutturi ġudizzjali tal-Knisja għal raġuni jew oħra… Kompli aqra »