L-Aħbarijiet

Ġie fostna biex jagħmlilna kuraġġ – L-Arċisqof dwar il-Papa Emeritu Benedittu XVI

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Scicluna dwar il-Papa Emeritu Benedittu XVI

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

B’sens ta’ gratitudni kbira nsellmu l-memorja tal-Papa Emeritu Benedittu XVI. Aħna l-Maltin, nixtiequ nfakkru mhux biss l-imħabba qawwija li l-Papa Benedittu kellu għal pajjiżna; imma wkoll żewġ avvenimenti li kellu importanti, li huma parti mill-istorja ta’ pajjiżna. Fl-2007 Benedittu XVI, kellu l-grazzja li jikkanonizza lil San Ġorġ Preca, saċerdot Malti, benefattur kbir tal-poplu Malti. Taħt xita qliel fi Pjazza San Pietru, ilkoll niftakru lill-Papa Benedittu jgħid bil-Malti: ‘San Ġorġ Preca, itlob għalina’… Kompli aqra »

Tislima lil Benedittu XVI: ‘Ħaddiem umli fl-għalqa tad-dwieli tal-Mulej’

Pope Emeritus Benedict XVI has returned to the Father’s House.

The Holy See Press Office announced that the Pope Emeritus died at 9:34 AM on Saturday morning in his residence at the Mater Ecclesiae Monastery, which the 95-year-old Pope emeritus had chosen as his residence after resigning from the Petrine ministry in 2013.

“With sorrow, I inform you that the Pope Emeritus, Benedict XVI, passed away today at 9:34 AM in the Mater Ecclesiae Monastery in the Vatican. Further information will be provided as soon as possible.  As of Monday morning, 2 January 2023, the body of the Pope Emeritus will be in Saint Peter’s Basilica so the faithful can bid farewell.”

News of worsening health condition

Already for several days, the health conditions of Pope Emeritus had worsened due to advancing age, as the Press Office had reported in its updates on the evolving situation… Kompli aqra »

Kartolina liċ-ċittadini ta’ pajjiżna mill-Kummissjoni Ambjent

F’dawn il-ġranet li fihom kulħadd jinsa d-differenzi u jagħti l-awguri tal-Milied u s-Sena t-Tajba, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tixtieq tieħu l-okkażjoni sabiex tibgħat kartolina ta’ awguri miftuħa liċ-ċittadini ta’ pajjiżna. Dawn l-awguri huma ispirati mill-pariri li ta l-Papa Franġisku fl-Enċiklika tiegħu Laudato Si` … sabiex b’hekk iż-żjara tiegħu li għamel fostna tibqa’ tkun sors ta’ motivazzjoni biex nimpenjaw ruħna għall-ġid veru ta’ ħutna u tad-dar komuni li ngħixu fiha… Kompli aqra »

Biex kulħadd ikun jista’ jagħraf il-miġja tal-Mulej fostna fil-ħidma tad-djakonija

Attivitajiet f'Jum il-Milied

Illum, f’Jum il-Milied, id-Djakonija Parroċċi wasslet ikliet, ħelu u ġugarelli lil nies li jgħinu fil-parroċċi Maltin. Dan sar grazzi għal 85 voluntier permezz ta’ 50 karozza. L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi żar u tkellem mal-voluntiera waqt il-ħidma tagħhom miċ-Ċentru Parrokkjali tal-Iklin.

“Minkejja li r-restrizzjonijiet tal-pandemija naqsu sew, għad għandna nies li għal xi raġuni jew oħra jkunu marbutin f’darhom u ma jistgħux joħorġu jiċċelebraw mal-qraba u l-ħbieb,” spjega Albert Debono, il-Kap tat-Taqsima tad-Djakonija… Kompli aqra »

Jalla f’dan il-Milied lkoll ikollna ċans nerġgħu nersqu lejn il-Mulej – L-Arċisqof

Eċċellenza, President tar-Repubblika, Sinjura Vella; Onorevoli Prim Ministru u Sinjura Abela; għażiża Georgia Mae; Dr Bernard Grech u Sinjura Grech. Ma nixtieqx ninsa lill-Ispeaker Dr Anglu Farrugia. Ningħaqad magħhom ilkoll biex inwassal tislijiet ta’ Milied hieni u Sena Ġdida mimlija risq lill-poplu Malti u Għawdxi, lill-poplu għażiż tagħna. Nixtieq nirringrazzja wkoll lil min poġġiena f’dan l-ambjent straordinarju sabiħ ta’ dwal, ta’ festa, ta’ ferħ. U l-poplu li nġabar hawnhekk f’dan it-temp sabiħ, li ppermetta li aħna ngawdu dan iż-żmien ta’ preparazzjoni għall-Milied. 

Qed nieħu pjaċir ukoll, li qrib tagħna għandna x-xbihat għeżież tal-Madonna bil-Bambin, u ta’ San Ġużepp… Kompli aqra »

Quddiesa ta’ Nofsillejl – 24 ta’ Diċembru 2022

  Katidral Metropolitan, L-Imdina

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Tirritorna d-dimostrazzjoni bil-Bambin

Id-dimostrazzjoni bil-Bambin lejlet il-Milied għandha l-għeruq tagħha fis-Soċjetà tal-MUSEUM għaliex kien San Ġorġ Preca li madwar 100 sena ilu wera din ix-xewqa, is-soċji kien irnexxielhom jakkwistaw Bambin u daru t-toroq tal-Ħamrun bix-xbieha ta’ Ġesù Bambin. Minn hemm it-tradizzjoni tad-dimostrazzjoni nxterdet mal-irħula kollha.

Newsbook.com.mt tkellmet mas-Superjer tal-MUSEUM ta’ Ħaż-Żabbar Brian Psaila li stqarr li hu bħala persuna jgħix għal Milied. Mistoqsi x’inhi r-rabta tas-Soċjetà mal-Milied, huwa beda billi semma’ d-distintiv “il-Verbum Dei Caro Factum Est’- L-Iben t’Alla Sar Bniedem , id-domna li jinkoraġixxu li tintlibes kuljum biex tfakkar it-twelid ta’ Ġesù… Kompli aqra »

Avviż

Minn għada, is-Sibt 24 ta’ Diċembru 2022 sat-Tlieta 3 ta’ Jannar 2023, il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet; u t-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa għal żmien il-Milied.

Il-Kurja, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet u t-Tribunal Ekkleżjastiku, terġa’ tiftaħ l-Erbgħa, 4 ta’ Jannar 2023. Kompli aqra »

70% kontra l-abort jekk il-ħajja tal-omm mhix f’riskju

Kważi 70 fil‑mija ta’ dawk li wieġbu għall‑istħarriġ li sar minn Misco qalu li huma kontra l‑abort jekk it‑tqala ma tpoġġix il‑ħajja tal‑omm f’riskju.

L‑istħarriġ, ikkummissjonat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta, sar lejn l‑aħħar ta’ Novembru u twieġeb minn 800 persuna.

Madankollu, kważi 80 fil‑mija jiffavorixxu intervent mediku li jirriżulta f’terminazzjoni tat‑tqala f’ċirkostanzi fejn ħajjet il‑mara tkun f’riskju.

Barra minn hekk, wieħed minn kull ħamsa li wieġbu, 21 fil‑mija, jaqblu li l‑abort jista’ jintuża bħala mezz biex jillimita d‑daqs ta’ familja irrispettivament jekk is‑saħħa jew il‑ħajja tal‑omm hijiex f’riskju… Kompli aqra »

F’dan l-Avvent nitolbu lil San Ġorġ Preca biex Alla jsalvana – L-Arċisqof

Quddiesa fir-raba' Ħadd tal-Avvent

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Santa Venera, Santa Venera

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Tibżax tieħu għandek lil Marija” (Mt 1:20). Din hija l-istedina li l-anġlu tal-Mulej jagħmel lil Ġużeppi ta’ Nazaret. Hija stedina biex jagħmel kuraġġ f’sitwazzjoni ta’ diffikultà kbira. L-għarusa tiegħu Marija ħarġet tqila u hu jaf li mhuwiex il-missier. X’se jagħmel? Bl-għerusija, skont il-liġi Lhudija, kienet diġà marbuta miegħu, marbuta miegħu bil-wegħda tal-fedeltà. Il-fatt li għandha wild ta’ ħaddieħor ipoġġi quddiem dan ir-raġel ġust problema, dilemma kbira: x’se nagħmel? … Kompli aqra »