L-Aħbarijiet

Il-Fondazzjoni St Jeanne Antide tippublika ktieb dwar is-Servizz SOAR

Il-Fondazzjoni St Jeanne Antide għadha kemm ippubblikat ktieb li jinkludi fih l-istorja dettaljata tal-mod kif is-Servizz SOAR evolva minn grupp ta’ sapport żgħir għal servizz nazzjonali.

Il-ktieb, li huwa sponsorjat mill-Fondazzjoni RA1SE, ġie mniedi fl-10 anniversarju ta’ SOAR nhar it-23 ta’ Novembru 2022.

Il-ktieb huwa mmirat lejn riċerkaturi, studenti universitarji, fakultajiet universitarji, Għaqdiet Mhux-Governattivi, aġenziji għall-benessri tal-familja, prattikanti, prattikanti legali, uffiċjali tal-pulizija li huma involuti fis-sapport għal nisa vittmi ta’ vjolenza domestika, persuni li jaħdmu f’xelters, care workers, voluntiera u nisa li esperjenzaw vjolenza domestika u vjolenza intima… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof fi żmien il-Milied u l-bidu tas-sena l-ġdida

Wara l-prietka tal-Milied fil-Quddiesa ta’ Nofsillejl tas-sena li għaddiet

Fi żmien il‑Milied l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jmexxi għadd ta’ ċelebrazzjonijiet liturġiċi. Dawn jibdew f’lejlet il‑Milied u huma miftuħin għall‑pubbliku.

Is‑Sibt 24 ta’ Diċembru, Monsinjur Arċisqof imexxi l‑ewwel għasar tal‑Milied u wara jiċċelebra l‑Quddiesa tal‑Vġili f’lejlet il‑Milied, fil‑5:15 p.m. fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

Wara fil‑11:00 p.m. jibda l‑Uffiċċju tal‑Qari u kant ta’ għanjiet tal‑Milied, u ssir l‑prietka tal‑Milied fil‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina… Kompli aqra »

Ħatriet ġodda fil-Kapitlu Metropolitan

L-Arċisqof Charles J. Scicluna dan l-aħħar ħatar lil Mons. Joseph Bajada biex ikun il-President il-ġdid tal-Kapitlu Metropolitan għat-tliet snin li ġejjin, wara li dan ġie elett mill-istess Kapitlu, filwaqt li Mons. Anton Gouder kien ikkonfermat bħala Viċi-President għal tliet snin oħra. L-
uffiċjali l-oħra tal-Kapitlu huma Mons. Hector Scerri li hu l-Kanċillier tal-Kapitlu u Mons. Salvino Micallef, Amministratur. Dawn l-erba’ Monsinjuri huma rispettivament l-Arċidjaknu, id-Dekan, il-Kantur u t-Teżorier tal-Kapitlu… Kompli aqra »

In-Nunzju Appostoliku jippreżenta l-kredenzjali lill-President ta’ Malta

  Il-Palazz ta’ Sant’Anton, Ħ’Attard

Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2022 in-Nunzju Appostoliku għal Malta, l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Savio Hon Tai-Fai, ippreżenta l-kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta, Dr George Vella, fil-Palazz ta’ Sant’Anton, Ħ’Attard.

Wara l-preżentazzjoni tal-kredenzjali, in-Nunzju Appostoliku wassal it-tislijiet f’isem il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku lill-President Vella u lill-poplu Malti u Għawdxi. Enfasizza wkoll ir-relazzjonijiet amikevoli u li ilhom għal żmien twil bejn Malta u l-Vatikan.

Il-President Vella fakkar iż-żjara f’Malta mill-Papa Franġisku u qal li l-poplu Malti, kif ukoll id-diversi komunitajiet barranin preżenti, kienu kuntenti ferm li jilqgħu u, f’għadd ta’ każijiet, jiltaqgħu wkoll personalment mal-Qdusija Tiegħu… Kompli aqra »

Imam Laiq Ahmed Atif iżur iċ-Ċentri Terapewtiċi ta’ Caritas Malta u jqassam ħelu tal-Milied

L-Imam Laiq Ahmed Atif u l-Komunità Musulmana Ahmadiyya għal darboħra wettqu ġest ta’ solidarjetà u mħabba lejn residenti li bħalissa qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni fi ħdan iċ-ċentri terapewtiċi ta’ Caritas Malta.  

Is-Sibt 10 ta’ Diċembru 2022, l-Imam Atif flimkien ma’ rappreżentanti tal-Komunità Musulmana Ahmadiyya, qattgħu nofs ta’ nhar mar-residenti tal-Male Shelter, kif ukoll fil-programm terapewtiku għall-irġiel u għan-nisa f’San Blas. Il-Komunità Musulmana Ahmadiyya qassmu rigali f’dawn il-ġranet ta’ festi lil kull resident… Kompli aqra »

Il-Papa b’ittra lill-President ta’ Malta fost oħrajn

Il-Papa Franġisku kiteb ittra lill-Kapijiet tal-Istati jitlobhom jagħtu l-maħfra lil priġunieri li “huma eleġibbli li jibbenefikaw minn provediment bħal dan”.

Il-Papa talab għal “ġest ta’ klemenza” għall-priġunieri hekk kif qed joqrob il-Milied.

F’ittra indirizzata lill-Kapijiet tal-Istati, hu stedinhom jagħmlu ġest simboliku “ma’ ħutna li huma mċaħħda mil-libertà tagħhom… biex dan iż-żmien immarkat minn tensjonijiet, inġustizzja u kunflitti jista’ jkun miftuħ għall-grazzja li ġejja mill-Mulej”… Kompli aqra »

Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Mons. Mikiel Azzopardi

Fondazzjoni Nazareth u l-Għaqda Persuni Neqsin mis-Smigħ huma ż-żewġ rebbieħa tal-Premju Mons. Mikiel Azzopardi għas-snin 2021 u 2022.

Dan ħabbru Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, waqt il-kunċert Vokali u Strumentali mill-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta taħt il-patroċinju distint tal-Arċisqof Charles Scicluna u t-tmexxija tad-Direttur Mużikali, il-Kaptan Jonathan Borg bi preżentazzjoni ta’ Pio Dalli.

Fi stqarrija ntqal li l-kunċert sar il-Ġimgħa, 2 ta’ Diċembru fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina b’risq id-Dar tal-Providenza fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Diżabiltà li jiġi mfakkar fit-3 ta’ Diċembru… Kompli aqra »

Festa ta’ Ġenerożità lura fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza fl-Ewwel ta’ Jannar

Il-Festa ta’ Ġenerożità tal-ewwel tas-sena organizzata mid-Dar tal-Providenza se ssir mill-ġdid taħt it-tinda l-kbira fil-parkeġġ tas-Siġġiewi wara waqfa ta’ sentejn minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Dan  tħabbar  minn Fr Martin Micallef, Direttur u mis-Sinjura Nadine Camilleri Cassano, Amministratur tad-Dar, waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu l-Ġimgħa, 9 ta’ Diċembru 2022.

Bħas-soltu, l-Festa ta’ Ġenerożità se tkun trasmessa fuq l-istazzjonijiet ewlenin tat-televixin bejn l-10.00am u nofsillejl… Kompli aqra »

Jasal f’Malta n-Nunzju Appostoliku l-ġdid

  L-Ajruport ta' Malta

In-Nunzju Appostoliku l-ġdid, Mons. Savio Hon Tai-Fai, ilbieraħ 8 ta’ Diċembru, ġie milqugħ fl-ajruport ta’ Malta mill-Arċisqof Charles Scicluna, l-Isqof Anton Teuma u l-Isqof Joseph Galea-Curmi.

Is-Sur Frank Zammit, l-Ambaxxatur għall-Vatikan; Mons. Dennis Kuruppassery, iċ-Chargé d’Affaires tan-Nunzjatura Appostolika; u Patri Sandro Overend Rigillo OFM, l-Amministratur Appostoliku ta’ Bengażi, fil-Libja kienu preżenti għall-wasla tiegħu. Kompli aqra »

Il-Patrijarka f’laqgħa mal-migranti

Il-Patrijarka Bartilmew I dalgħodu, 6 ta’ Diċembru, iltaqa’ ma’ wħud mill-migranti mill-Etjopja, is-Sudan, l-Ukrajna, u l-Eritrea fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Iltaqa’ wkoll ma’ rappreżentanti ta’ NGOs li jaħdmu mal-migranti fosthom il-Kummissjoni Migranti, Patri Dijonisju Mintoff mil-Laboratorju tal-Paċi, u Dr Neil Falzon mill-Aditus Foundation. Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll l-Isqfijiet.

Wara li sema’ lill-migranti u l-membri tal-NGOs, il-Patrijarka qal, “Kollha għandkom sfidi differenti u individwali imma l-fattur komuni bejnietkom hu li intom tinsabu ’l bogħod minn darkom… Kompli aqra »