L-Aħbarijiet

L-Isqfijiet Amerikani jilqgħu d-deċiżjoni tal-Qorti Suprema Amerikana li l-abort mhux se jibqa’ dritt kostituzzjonali

“This is a historic day in the life of our country,” reads a statement from the United States Conference of Catholic Bishops, in response to the decision by the US Supreme Court to overturn controversial rulings on abortion that had effectively permitted abortion on demand throughout the country.

On Friday, the Court released its decision in the case of Dobbs v Jackson Women’s Health Organization, ruling that the US Constitution does not protect a so-called “right” to abortion… Kompli aqra »

Filmat: Familji Maltin qed jirrappreżentaw lill-Knisja f’Malta f’Ruma

Il-Familja Cassar u Claudio Laferla f’Ruma

Żewġ familji Maltin bħalissa jinsabu f’Ruma biex jirrappreżentaw lill-Knisja f’Malta waqt il-Laqgħa Dinjija tal-Familja (World Meeting of Families) li tintemm nhar il-Ħadd li ġej, 26 ta’ Ġunju 2022.

Il-Familja Cassar u l-Familja Laferla qed jattendu l-Laqgħa Dinjija tal-Familja li ssir kull tliet snin u l-ewwel darba li saret kienet fl-1994 fuq xewqa tal-Papa Ġwanni Pawlu II. Il-koppja Mark Anthony u Nadia Cassar ilhom miżżewġin 14-il sena u għandhom żewġt itfal, Julia u Louisa… Kompli aqra »

Titfakkar is-sejħa tal-Madonna lil Karmni Grima

  Is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna tal-Pinu, l-Għarb Għawdex

Is-sejħa tal-Madonna lil Karmni Grima se titfakkar għada, l-Erbgħa 22 ta’ Ġunju 2022 fis-Santwarju Ta’ Pinu, Għawdex.

Il-quddies isir fil-5:00am, 6:00am, 7:00am u 11:00am. L-Isqof t’Għawdex Anton Teuma se jmexxi quddiesa pontifikali fid-9:00am, flimkien ma’ saċerdoti u reliġjużi Maltin. Il-quddiesa se tkun animata mill-kor Stella Maris, immexxi minn Mro Carmel P. Grech. Fl-10:10am, il-ħin eżatt tas-sejħa, tingħad is-supplika lill-Madonna. Wara ssir il-benedizzjoni Ewkaristika… Kompli aqra »

Filmat: Is-saċerdoti jirriflettu kif ikomplu jwasslu l-ferħ tal-Evanġelju fis-soċjetà

Aġġornament tal-Kleru 2022

“Il‑ferħ tal‑Knisja hu li tevanġelizza” huwa s‑suġġett li ntagħżel għall‑Aġġornament tal‑Kleru 2022 sabiex is‑saċerdoti djoċesani u reliġjużi jsaħħu l‑mixja flimkien bħala Knisja f’Malta. Dan sar f’rabta mal‑proċess tas‑Sinodu fuq is‑sinodalità li nieda l‑Papa Franġisku sabiex jissaħħaħ is‑sens ta’ komunjoni, parteċipazzjoni u missjoni fil‑Knisja kollha madwar id‑dinja.

Għal dawn it‑tlitt ijiem ta’ aġġornament ġew mistiedna diversi professjonisti li għenu lis‑saċerdoti jirriflettu fuq kif għandna nerġgħu niskopru l‑qalba tal‑fidi tagħna u kif il‑Knisja għandha toħroġ miċ‑ċirku tagħha u ma tibżax taqbad toroq ġodda ta’ kif ixxandar l‑Evanġelju… Kompli aqra »

Ġeddu l-isforzi tagħkom għall-paċi fl-Ukrajna u implimentaw proċess kredibbli ta’ tkabbir tal-UE – COMECE

Stqarrija maħruġa mill-COMECE lill-Kunsill tal-Ewropea

In the context of the ongoing geopolitical shifts dramatically accelerated by the Russian invasion against Ukraine, the Commission of the Bishops’ Conferences of the European Union (COMECE) addresses the European leaders gathering for the 23-24 June meeting of the European Council.

The statement ‘Europe, renew your vocation to promote peace’ calls on the European Union to fully realise the importance of its role to offer a renewed strategic vision for stability, justice and peace to the European continent and to the world… Kompli aqra »

Quddiesa fil-festa ta’ Corpus Christi – 19 ta’ Ġunju 2022, 9:30am

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Żewġ arċiprieti u amministratur parrokkjali ġodda għall-parroċċi taż-Żurrieq, Stella Maris u l-Manikata

Dun Daniel Cardona Arċipriet ġdid għall‑parroċċa taż‑Żurrieq

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dun Daniel Cardona bħala arċipriet tal‑parroċċa ta’ Santa Katarina fiż‑Żurrieq waqt li rringrazzja lil Dun Karm Mercieca, li serva bħala arċpriet u se jkompli jagħti s‑servizz tiegħu fl‑Arċidjoċesi.

Dun Daniel Cardona twieled f’tal‑Pietà fis‑27 ta’ Marzu 1973. Irċieva l‑formazzjoni saċerdotali fis‑Seminarju tal‑Arċisqof f’Tal‑Virtù, ir‑Rabat, u ggradwa fil‑Filosofija u t‑Teoloġija mill‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Id-djalogu bejn żgħażagħ u nanniet hu fundamentali għas-soċjetà

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Katekeżi fuq ix-Xjuħija: 14. Is-servizz hieni tal-fidi li nagħrfuh fil-gratitudni (ara Mk 1:29-31)

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Għadna kemm smajna r-rakkont sempliċi u emozzjonanti tal-fejqan tal-kunjata ta’ Xmun – li kien għadu ma ġiex imsejjaħ Pietru – fil-verżjoni tal-vanġelu ta’ Mark. L-episodju qasir nerġgħu nsibuh, b’varjanti ħfief imma suġġestivi, anki fiż-żewġ vanġeli Sinottiċi l-oħra. “Omm il-mara ta’ Xmun kienet fis-sodda bid-deni”, jikteb Marku… Kompli aqra »

L-Arċidjoċesi tistieden lill-eks ministru jissostanzja akkużi foloz

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta tistieden lill‑eks ministru u l‑opinjonista Michael Falzon biex jissostanzja l‑kummenti li għamel fil‑media fejn allega li “hemm stejjer ta’…korruzzjoni…fl‑istrutturi amministrattivi tal‑Kurja stess” u li “l‑Arċisqof jaf b’dawn il‑każijiet”.

Taħt it‑tmexxija tal‑Arċisqof Charles Scicluna, l‑istrutturi amministrattivi u ta’ governanza tal‑Arċidjoċesi komplew jissaħħu b’għadd ta’ miżuri mmirati biex isaħħu t‑trasparenza u l‑kontabbiltà. Dawn jinkludu:

  • It‑twaqqif tat‑Taqsima tal‑Awditjar Intern li tirrapporta direttament lill‑Kumitat tal‑Awditjar Intern li l‑membri tiegħu jaħdmu b’ċertu awtonomija mill‑Kurja tal‑Arċisqof
  • Il‑ħatra ta’ uffiċjal kontra l‑ħasil tal‑flus
  • Il‑ħolqien ta’ Whistleblowing Policy u l‑ħatra ta’ żewġ impjegati bħala uffiċjali li jieħdu ħsieb każijiet ta’ whistleblower
  • It‑twaqqif ta’ procurement office biex ikompli jissepara d‑dmirijiet u jnaqqas il‑probabbiltà ta’ żbalji jew frodi

Minbarra l‑miżuri amministrattivi msemmija hawn fuq, li jpoġġu lill‑Kurja tal‑Arċisqof fuq l‑istess livell mal‑entitajiet pubbliċi l‑aktar rispettati, l‑Arċisqof Scicluna ħadem wkoll ma’ kollegi tiegħu fil‑Vatikan sabiex jissaħħu l‑miżuri u l‑istrutturi li huma mmirati biex itejbu l‑ħidma wiesgħa tal‑Knisja kontra każijiet ta’ abbuż klerikali… Kompli aqra »

Filmat: Clean up fl-Aħrax tal-Mellieħa għal Jum l-Ambjent

50 impjegat mill-Kurja tal-Arċisqof ipparteċipaw f’attività ta’ tindif fl-Aħrax tal-Mellieħa fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ambjent, imfakkar kull 5 ta’ Ġunju.

L-impjegati qattgħu madwar sagħtejn inaddfu ammont kbir ta’ skart, bħal bottijiet tax-xorb, basktijiet u fliexken tal-plastik, kontenituri tal-ikel u loqom tas-sigaretti. L-iskart miġbur imbagħad tpoġġa f’post indikat għall-ġbir tal-iskart.

“Ir-rimi barra tal-iskart qed isir problema ewlenija f’Malta. Barra minn hekk, jista’ jħalli effetti negattivi fuq l-ambjent, bħal ħsara lill-ekosistema… Kompli aqra »