L-Aħbarijiet

Se nkomplu naħdmu skont il-bżonn tas-soċjetà fi żminijietna – Sr Michaela mis-Sorijiet tal-Ursolini

Sr Michaela mis-Sorijiet tal-Ursolini qalet ma’ Newsbook.com.mt li s-sorijiet se jkomplu bil-ħidma tagħhom, minkejja l-bidliet fil-Creche ta’ Tas Sliema. Fi kliemha stess: “Hemm konna. Hemm għadna. Hemm se nibqgħu.”

Hi spjegat li s-sorijiet tal-Ursolini huma grati ħafna għal 119-il sena ta’ ħidma fil-Creche ta’ Tas-Sliema u huma taw dan is-servizz mill-qalb. “L-għajnuna tagħna se tinbidel – minflok inrabbu t-tfal li jkunu fil-kura tagħna 24 siegħa kuljum – issa se nkomplu naħdmu skont il-bżonn tas-soċjetà fi żminijietna.”

Sr Michaela qalet li minbarra l-ħidma mat-tfal vulnerabbli, issir ħafna ħidma ma’ persuni oħra fil-bżonn… Kompli aqra »

(Un)silenced: ċelebrazzjoni ta’ liberazzjoni

  APS Bank Centre, is-Swatar

(Un)silenced is a project by St Jeanne Antide Foundation and APS Bank and is held in the foyer of APS Bank Centre in Swatar till 4 July 2022.

It is an intimate exploration of the unsaid, the repressed and the unheard. It is a commentary on the lived experiences of those women whose identities have been eroded by narcissistic abuse and whose mental health has been ravaged by the toxic osmosis of being in the presence of a narcissist… Kompli aqra »

Doctors for Life b’alternattiva etika għall-emendi fil-liġi tal-IVF

Doctors for Life qegħdin joffru alternattiva etika flok dak li qed jipproponi l-Gvern fil-liġi tal-IVF. It-tobba qalu li l-emendi l-ġodda li qed jipproponi l-Gvern se jwasslu biex l-embrijuni li jinstab li jkollhom xi kundizzjoni ma jiġux impjantati u jiġu ffrizati għal dejjem. Spjegaw li f’ħafna pajjiżi oħra, dawn l-embrijuni jitwarrbu jew jintremew.

Doctors for Life qalu li minflok, jista’ jsir screening għall-kundizzjonijiet ġenetiċi fuq il-bajd tal-mara qabel il-formazzjoni tal-embrijun… Kompli aqra »

Riflessjoni mill-Kummissjoni Ambjent għal Jum l-Ambjent 2022

Fl‑okkażjoni ta’ Jum l‑Ambjent 2022, li jiġi mfakkar fil-5 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tappella lill‑awtoritajiet biex jipproteġu l‑art agrikola u l‑ispazji miftuħa, jiffukaw fuq l‑użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinovabbli u, b’mod urġenti, jirrevedu policies li, jidher ċar, huma intiżi li jservu interessi dojoq u li jikkompromettu b’mod irrevokabbli il‑wirt naturali tal‑Gżejjer Maltin.

Ħtieġa ta’ użu ħafna ikbar ta’ sorsi ta’ enerġija rinovabbli imma mhux a skapitu ta’ art agrikola

Il‑gwerra bla sens li bħalissa għaddejja kontra l‑Ukrajna ħarġet fid‑deher il‑ħtieġa li jkun hemm inqas dipendenza fuq il‑karburanti fossili (fossil fuels) u li nifhmu l‑importanza tal‑biedja li tmantni l‑popolazzjonijiet… Kompli aqra »

Avviż

Għada, il-Ġimgħa, 3 ta’ Ġunju 2022, il-Kurja tal-Arċisqof, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet, ser ikunu magħluqa l-ġurnata kollha.

Il-Kurja terġa’ tiftaħ is-Sibt, 4 ta’ Ġunju 2022. Kompli aqra »

Il-Kardinal Mario Grech b’kariga oħra fil-Vatikan

Il-Papa Franġisku ħatar lill-Kardinal Mario Grech bħala membru tal-Kongregazzjoni għall-Kult Divin u d-Dixxiplina tas-Sagramenti.

Din il-kongregazzjoni tieħu ħsieb affarijiet marbuta mal-prattiċi liturġiċi tal-Knisja u kwistjonijiet oħra relatati mas-sagramenti. Il-Prefett ta’ din il-Kongregazzjoni hu l-Isqof Arthur Roche li l-Papa Franġisku għadu kemm ħabbar li se jinħatar kardinal nhar il-Ħadd li għadda.

Il-Kardinal Mario Grech hu wkoll is-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet.

Flimkien mal-Kardinal Mario Grech hemm ukoll il-Kardinali Luis Antonio G… Kompli aqra »

Is-70 Kapitlu Provinċjali Ordinarju Elettiv tal-Aħwa Kapuċċini tal-Provinċja ta’ Malta

Il-ġimgħa li għaddiet ġie ċċelebrat is-70 Kapitlu Provinċjali Ordinarju Elettiv tal-Aħwa Kapuċċini Maltin. Il-Kapitlu sar fil-kunvent tas-Salib Imqaddes, fil-Furjana bejn is-16 u l-20 ta’ Mejju 2022, u għalih attendew 48 Aħwa Kapuċċini. F’din il-ġimgħa l-Aħwa Kapuċċini kellhom iċ-ċans li flimkien jitolbu, jiddiskutu u anke jfasslu programm għall-futur tal-Provinċja tagħhom.

F’dan il-Kapitlu presedut mill-Kunsillier Ġenerali tal-Ordni tal-Kapuċċini, Patri Pio Murat saru wkoll l-elezzjonijiet tal-ministru provinċjali u anke tal-kunsill tiegħu għat-tliet snin li ġejjin… Kompli aqra »

Il-Kardinal Mario Grech fi żjara pastorali fil-Libanu

Is-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet, il-Kardinal Mario Grech jinsab fuq żjara pastorali fil-Libanu. Din iż-żjara li ġiet deskritta wkoll bħalha “sinodali” bdiet ilbieraħ u tintemm fis-6 ta’ Ġunju.

Waqt din iż-żjara, il-kardinal se jkollu numru ta’ laqgħat fejn se tiġi diskussa s-Sinodalità u l-kontribut tal-Knisja Kattolika Maronita.

Il-Maroniti huma Nsara f’komunjoni mal-Knisja Kattolika Rumana li jgħixu prinċipalment fil-Libanu.

Mal-wasla tiegħu fil-Libanu, il-Kardinal Grech intlaqa’ fl-ajruport min-Nunzju Appostoliku Monsinjur Joseph Spiteri u mal-Eparku Mounir Khairallah tal-Maroniti… Kompli aqra »

Servizz ekumeniku fi żmien Pentekoste

  Il-Knisja tal-Iskoċċiżi, il-Belt Valletta

Nhar il-Ħamis, 2 ta’ Ġunju 2022, il-persuni kollha li jemmnu f’Ġesù Kristu, fid-denominazzjonijiet kollha, huma mistiedna jiltaqgħu fil-Knisja tal-Iskoċċiżi, Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta, għal servizz ekumeniku sabiex flimkien jagħmlu l-esperjenza ħajja tal-Pentekoste kontinwa, li bdiet f’Ġerusalem ftit wara li Kristu qam mill-imwiet u tela’ fis-smewwiet.

Dan is-servizz ekumeniku se jibda fis-6:30pm u hu organizzat minn Christians Together in Malta (Malta Ecumenical Council). Din hi opportunità sabiex l-Insara jitolbu flimkien sabiex Ġesù jkun iktar parti mill-ħajja tagħna… Kompli aqra »