L-Aħbarijiet

Kap eżekuttiv ġdid għall-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann

Tonio Mallia hu l-Kap Eżekuttiv ġdid tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, li qed jieħu postu wara Cynthia de Giorgio, li mexxiet il-maniġment tal-fondazzjoni sa mill-2004. Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann irringrazzjat lis-Sinjura de Giorgio għax-xogħol tagħha lejn il-konservazzjoni ta’ dan il-monument nazzjonali għall-istat oriġinali. Is-Sinjura de Giorgio se tkompli fl-irwol tagħha bħala kuratur.

Is-Sur Mallia serva bħala Direttur għall-Procurement u l-Kuntratti fl-Università ta’ Malta bejn l-2010 u l-2021, u Direttur tal-Immaniġjar tal-Materjali u Loġistika fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Boffa, u serva bħala Konsulent fil-qasam tal-Iżvilupp tas-Suq għal diversi organizzazzjonijiet, fost irwoli oħra fin-nursing, fil-qasam tas-saħħa, u l-kura tal-anzjani… Kompli aqra »

Il-‘Flimkien’ lura fid-djar Maltin u online

Minn din il‑ġimgħa l‑Flimkien reġa’ beda jitqassam f’160,000 dar f’Malta f’format ġdid stampat u se jkun ukoll online. Dan tħabbar dalgħodu waqt konferenza tal‑aħbarijiet fil‑Kurja tal‑Arċisqof fil‑Furjana, fejn ingħataw dettalji dwar it‑tnedija mill‑ġdid tal‑pubblikazzjoni Flimkien.

Il-Flimkien, li ilu jitqassam fid-djar u fil-parroċċi għal dawn l-aħħar 17 sena, jinħareġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani li huwa ffurmat mill-kappillani tal-parroċċi f’Malta… Kompli aqra »

L-Iskola St Michael – l-Għaxqa ta’ San Ġorġ Preca

Ktieb minn Robert Aloisio

L-Iskola St Michael, skola mmexxija mis-Soċjetà tal-Museum, f’Novembru li għadda għalqet 75 sena mit-twaqqif tagħha. Għal din l-okkażjoni, Pubblikazzjonijiet Preca ħarġu ktieb riċerkat minn Robert Aloisio bl-isem L-Iskola St Michael – L-Għaxqa ta’ San Ġorġ Preca, ktieb b’ħafna informazzjoni ġdida li l-awtur irnexxielu jsib u li għandu jsib postu fil-librerija ta’ kull min għandu għal qalbu l-edukazzjoni u lil San Ġorġ Preca għax din l-iskola kienet tassew l-għaxqa ta’ Dun Ġorġ u dal-ktieb jurina għalfejn… Kompli aqra »

Taħdita Pubblika: “In search of meaning at end-of-life care”

The general public and all University students and medical professionals are encouraged to attend tonight Prof. Marc Desmet’s SJ lecture entitled: “In search of Meaning at End-of-Life Care: Experiences of a Belgian Jesuit Palliative Care Physician.” It will be held at the South Auditorium of Mater Dei Hospital (Medical School) at 18:00.

There will also be the possibility to ask questions and discuss cases with Prof… Kompli aqra »

Il-Papa: San Charles de Foucauld xerred l-essenza u l-universalità tal-fidi

St Charles de Foucauld 

Just three days after declaring Charles de Foucauld a Saint, Pope Francis met with a delegation of the many women and men inspired by the French missionary’s life and charism.

Speaking to the Association of the Spiritual Family of Charles de Foucauld on Wednesday, the Pope called him a “prophet for our times, who knew how to highlight the essence and universality of the faith.”

He said St… Kompli aqra »

Jitfakkar it-35 anniversarju mill-mewt ta’ Dun Mikiel Azzopardi

  Id-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

(xellug) Dun Martin Micallef u Mons. George Frendo

“Monsinjur Mikiel Azzopardi, li llum fit-13 ta’ Mejju qed infakkru l-35 anniversarju tal-mewt tiegħu, se jibqa’ mudell għalina bl-imħabba li wera lejn dawk li għandhom diżabbiltà. Wera wkoll kuraġġ. Kuraġġ ta’ fidi tremenda fil-providenza ta’ Alla u d-Dar tas-Siġġiewi hi xhieda ta’ dan”. Dan intqal minn Mons. George Frendo O.P., Arċisqof Emeritu ta’ Tirana fl-Albanija, waqt quddiesa kkonċelebrata biex titfakkar il-mewt ta’ Mons… Kompli aqra »

Live: L-ordinazzjoni ta’ tliet saċerdoti ġodda – 14 ta’ Mejju 2022, 9:30am

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

Il‑Knisja f’Malta se jkollha tliet saċerdoti ġodda. L‑ordinazzjoni presbiterali mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se ssir nhar is‑Sibt, 14 ta’ Mejju 2022, fid‑9:30 a.m., fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina, u se tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

It‑tliet djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma: Rev. Sean Abela mill‑Parroċċa ta’ San Pawl, ir‑Rabat; Rev. Jean Claude Attard mill‑Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il‑Għajn; u Patri Robert Calleja OFM Conv… Kompli aqra »

Konferenza Ewropea f’Malta dwar il-katekeżi

20 delegat għall‑katekeżi fl‑Ewropa attendew konferenza ta’ tliet ijiem f’Malta fejn ddiskutew il‑ministeru tal‑katekist u l‑irwol importanti li għandu fid‑dinja tal‑lum biex titwassal l‑Aħbar it‑Tajba. Il‑konferenza ġiet organizzata mit‑Taqsima tal‑Katekeżi fi ħdan is‑CCEE (Kunsill tal‑Konferenzi Episkopali Ewropej) flimkien mal‑Konferenza Episkopali Maltija u mas‑Segretarjat għall‑Katekeżi tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Din kienet l‑ewwel darba li d‑delegati ltaqgħu fiżikament minn wara l‑pandemija. 

Fil‑laqgħat u d‑diskussjonijiet ta’ dawn it‑tlitt ijiem ħarġet is‑sbuħija tal‑Knisja Kattolika fid‑diversità tagħha fl‑Ewropa u l‑modi differenti kif il‑Kelma qed tixxandar fil‑konkret f’dawn il‑pajjiżi… Kompli aqra »