L-Aħbarijiet

L-Arċisqof dwar iż-żjara tal-Papa f’Malta: ‘messaġġ ta’ rikonċiljazzjoni’

Archbishop Charles Scicluna of Malta describes an upcoming meeting of Bishops and Mayors of the Mediterranean in Florence as an opportunity for dialogue aimed at promoting harmony and justice amid the challenges facing countries surrounding the Mare Nostrum.

Pope Francis is scheduled to meet with the Bishops and Mayors of important cities of the Mediterranean on the last day of a 3-day meeting, which takes place on 23 – 27 February in Florence, Italy… Kompli aqra »

Donazzjoni ta’ librerija bil-kotba għall-komunità terapewtika f’San Blas

Il-Komunità Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta, li ilha tagħti appoġġ lil Caritas Malta għal dawn l-aħħar ħames snin, tat b’donazzjoni 200 ktieb lir-residenti tal-programm tan-nisa flimkien ma’ xkaffar apposta u mejda. Din segwiet donazzjoni li saret ftit taż-żmien ilu meta ngħataw kotba lir-residenza tal-irġiel f’San Blas.

Is-Sur Anthony Gatt, Direttur ta’ Caritas Malta, irringrazzja lil Imam Atif u l-Komunità Ahmadiyya għal dan il-ġest. Faħħar l-inizjattivi li jsiru biex jgħinu lill-komunitajiet ta’ Caritas Malta… Kompli aqra »

Il-Papa jimmodifika l-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi

The offices of the Congregation for the Doctrine of the Faith

Pope Francis has promulgated a motu proprio titled ‘Fidem servare’ modifying the organizational chart of the Congregation for the Doctrine of the Faith by separating the responsibilities of the doctrinal and disciplinary sections.

By means of a motu proprio titled Fidem servare (“preserving the faith”; cf. 2 Tim… Kompli aqra »

Imfakkar il-Jum Internazzjonali tal-Epilessija

San Valentinu, minbarra li hu meqjus il-qaddis patrun tal-imħabba, hu magħruf ukoll bħala l-qaddis patrun tal-epilessija. Xi wħud jattribwixxu dan għall-isem ‘Valentine’, li hu simili għall-kelma Ġermaniża għal ‘waqgħa’, peress li ħafna tipi ta’ aċċessjonijiet jistgħu jikkawżaw li persuna taqa’. Oħrajn jgħidu li isqof bl-isem Valentine fejjaq lill-iben oratur Ruman minn aċċessjoni.

Irrispettivament mill-għeruq tagħha, l-2022 hi sena speċjali peress li ż-żewġ festi jaħbtu fl-14 ta’ Frar – Jum San Valentinu u l-Jum Internazzjonali tal-Epilessija… Kompli aqra »

Il-festa ta’ San Pawl Nawfragu ċċelebrata mill-Maltin f’Ruma

  Il-Knisja ta’ Santa Marija in Traspontina, Ruma, l-Italja

L-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma, l-Italja, stiednet lill-komunità ta’ Maltin u Għawdxin f’Ruma biex jiċċelebraw is-solennità tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl nhar il-Ġimgħa, 11 ta’ Frar 2022.

Il-quddiesa, immexxija minn Mons. Maximilian Grech, saret fil-Knisja ta’ Santa Marija in Traspontina. Għaliha attendew l-Ambaxxatur ta’ Malta, is-Sur Carmel Vassallo u s-sinjura tiegħu flimkien mal-ħaddiema tal-Ambaxxata, kif ukoll numru mdaqqas ta’ Maltin, barranin, u saċerdoti u reliġjużi li bħalissa qegħdin joffru s-servizzi tagħhom lill-parroċċi ta’ Ruma u l-Vatikan… Kompli aqra »

Konferenza titfa’ dawl fuq l-isfidi tal-migrazzjoni fil-Mediterran

A conference organized Thursday by the Italian Bishops ahead of a meeting of Mayors and Bishops of the Mediterranean region (23–27 February) highlights the joint efforts between Church and civil authorities to combat the challenge of migration in countries bordering the Mediterranean.

The meeting of the Bishops and Mayors of the Mediterranean region will be held from 23 – 27 February in Florence, ending with a visit of Pope Francis on the last day… Kompli aqra »

Website ġdida għall-iskejjel Lasalljani f’Malta

La Salle Malta nediet website ġdida bil-għan li tagħti informazzjoni dettaljata dwar il-ħidma tan-netwerk Lasalljan f’Malta waqt li jingħaqad man-netwerk usa’ Lasalljan madwar id-dinja.

La Salle Malta hi n-netwerk tal-Kulleġġi Lasalljani f’Malta, il-Kulleġġ De La Salle u l-Kulleġġ Stella Maris. Dawn iż-żewġ kulleġġi jinkorporaw sitt skejjel li jservu studenti li jsegwu l-edukazzjoni fil-livell primarju u sekondarju sal-livell post-sekondarju tas-Sixth form. Aktar minn 400 edukatur jaħdmu fil-kulleġġi li jaqdu aktar minn 2,400 student… Kompli aqra »

Vjaġġ Appostoliku mill-Papa Franġisku f’Malta

  Il-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

Il‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku jilqa’ l‑istedina tal‑President tar‑Repubblika ta’ Malta, tal‑awtoritajiet ċivili u tal‑Knisja Kattolika tal‑pajjiż, u ser jagħmel Vjaġġ Appostoliku f’Malta u Għawdex fit‑2 u 3 ta’ April 2022. 

Il‑Papa se jżur il‑Belt Valletta, ir‑Rabat, il‑Furjana u Ħal Far, u l‑gżira ta’ Għawdex. Il‑programm u dettalji oħra tal‑vjaġġ se jitħabbru aktar ’il quddiem.

Agħfas hawn biex tara t-tħabbira uffiċjali tal-Vjaġġ Appostiku tal-Papa f’Malta… Kompli aqra »

Papa fl-Udjenza: Il-fidi fil-qawmien tgħinna niffaċċjaw il-mewt bla biża’

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fl-aħħar katekeżi, imqanqla għal darb’oħra mill-figura ta’ San Ġużepp, irriflettejna fuq it-tifsira tal-komunjoni tal-qaddisin. U waqt li nibda minn din l-idea, illum nixtieq ninżel fil-fond tad-devozzjoni speċjali li l-poplu Nisrani dejjem kellu għal San Ġużepp bħala Patrun tal-mewt it-tajba. Devozzjoni li twieldet mill-ħsieb li Ġużeppi miet bl-assistenza tal-Verġni Marija u ta’ Ġesù, qabel ma dan ħalla d-dar ta’ Nazaret… Kompli aqra »

Dun Ġorġ żarmat fi kliem

Taħdita għall-pubbliku

  L-Awditorju tad-Dar Ġenerali tal-MUSEUM, il-Blata l-Bajda

Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Frar 2022, fis-6pm, se ssir taħdita pubblika minn Joseph Buttigieg bl-isem ‘Dun Ġorġ żarmat fi kliem: L-analiżi lessikali bħala għodda ta’ interpretazzjoni’.

Din it-taħdita, li qed issir mid-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta u s-Soċjetà tal-MUSEUM, hi bbażata fuq ir-riċerka li Buttigieg għamel għat-teżi tal-Masters tiegħu fil-Lingwistika Maltija u li tmexxiet minn Dr Michael Spagnol.

It-taħdita hi miftuħa għal kulħadd u se ssir fl-Awditorju tad-Dar Ġenerali tal-MUSEUM, il-Blata l-Bajda, maġenb il-Kappella ta’ San Ġorġ Preca… Kompli aqra »