L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħag 1, 15b – 2,9
Salm: 42 (43), 1.2.3.4

L-Evanġelju: Lq 9, 18-22

Darba, waqt li Ġesù kien qiegħed jitlob waħdu, kien hemm miegħu d-dixxipli tiegħu, u hu staqsiehom: “Min jgħidu n-nies li jien?”. Huma weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi”.

Qalilhom: “Imma intom min tgħidu li jien?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħag 1, 1-8
Salm: 149 (150), 1-2.3-4.5-6a & 9b

L-Evanġelju: Lq 9, 7-9

F’dak iż-żmien, dawn il-ġrajja kollha waslu f’widnejn Erodi t-tetrarka u beda jitħasseb, għaliex xi wħud kienu qegħdin jgħidu li Ġwanni qam mill-imwiet, waqt li oħrajn qalu li deher Elija, u oħrajn li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi. Iżda Erodi qal: “Lil Ġwanni qtajtlu rasu; mela min hu dan li fuqu qiegħed nisma’ dan kollu?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Esd 9, 5-9
Salm: Tob 13, 2.3-4a.4bċd.5.8

L-Evanġelju: Lq 9, 1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ lit-Tnax madwaru u tahom qawwa u setgħa fuq ix-xjaten kollha u li jfejqu l-mard. U bagħathom ixandru s-Saltna ta’ Alla u jfejqu l-morda. U qalilhom: “Tieħdu xejn magħkom għat-triq, la ħatar, la ħorġa, la ħobż u lanqas flus, u lanqas ma jkollkom żewġ ilbiesi… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Settembru

San Mattew, appostlu u evanġelista – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efesin 4: 1-7.11-13
Salm: 18: 2-5

L-Evanġelju: Mt 9: 9-13

F’dak iż-żmien: Huwa u għaddej Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja”, qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu, rawh il-Fariżej, u qalu lid-dixxipli tiegħu: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom”? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Esd 1, 1-6
Salm: 125 (126), 1-2ab.2ċd-3.4-5.6

L-Evanġelju: Lq 8, 16-18

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Ħadd ma jixgħel musbieħ u jgħattih b’għatu jew iqiegħdu taħt sodda, imma jqiegħdu fuq l-imnara, biex kull min jidħol ġewwa jara d-dawl. Għax ma hemm xejn moħbi li ma għadx jidher, u xejn ma hemm mistur li ma għadx jingħaraf u jinġieb għad-dawl… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 19 ta’ Settembru

Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 2, 12.17-20
Salm: 53 (54), 3-4.5.6.8
It-Tieni Qari: Ġak 3, 16 – 4, 3

L-Evanġelju: Mk 9, 30-37

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu għaddew minn nofs il-Galilija, u ma ried li ħadd ikun jaf, għax beda jgħallem lid-dixxipli tiegħu u jgħidilhom: “Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-bnedmin u joqtluh; u meta jkun maqtul, wara tlitt ijiem iqum mill-mewt”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tim 6, 13-16
Salm: 99 (100), 2.3.4.5

L-Evanġelju: Lq 8, 4-15

F’dak iż-żmien, inġemgħet kotra kbira ta’ nies li kienu ġejjin lejn Ġesù minn kull belt, u hu qalilhom din il-parabbola: “Wieħed bidwi ħareġ jiżra’ ż-żerriegħa li kellu. Huwa u jiżra’, xi żerrigħat waqgħulu mal-mogħdija u ntrifsu, u l-għasafar tal-ajru naqqruhom kollha. Oħrajn waqgħu fuq il-blat, u nibtu u nixfu, għax tira ma kellhomx… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tim 6, 2ċ-12
Salm: 48 (49), 6-7.8-10.17-18.19-20

L-Evanġelju: Lq 8, 1-3

F’dak iż-żmien, Ġesù qagħad idur l-ibliet u r-rħula, jipprietka u jxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta’ Alla. Kellu miegħu t-Tnax u xi nisa li kien fejjaqhom mill-ispirti ħżiena u mill-mard: Marija, li kienu jgħidulha ta’ Magdala, li minnha kienu ħarġu seba’ xjaten, Ġwanna, mart Ħuża, prokuratur ta’ Erodi, Susanna, u ħafna oħrajn, li kienu jaqduhom minn ġidhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tim 4, 12-16
Salm: 110 (111), 7-8.9.10

L-Evanġelju: Lq 7, 36-50

F’dak iż-żmien, wieħed mill-Fariżej stieden lil Ġesù biex jiekol miegħu; Ġesù daħal għand il-Fariżew u qagħad għall-ikel. Issa fil-belt kien hemm midinba magħrufa. Din saret taf li kien qiegħed għall-ikel fid-dar tal-Fariżew; ġiebet vażett tal-alabastru biż-żejt ifuħ; u marret qagħdet warajh ħdejn riġlejh, tibki u xxarrablu riġlejh bi dmugħha u tixxuttahomlu b’xuxitha; imbagħad bisitlu riġlejh u dilkithomlu biż-żejt ifuħ… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Settembru

Il-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri – Tifkira
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 5:7-9
Salm: 30, 2-6; 15-16.20

L-Evanġelju: Ġw 19:25-27 (jew Lq 2:33-35)

Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù, ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa u Marija ta’ Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hemm hu ibnek”… Kompli aqra »