L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 9, 1-7; 10, 18-22
Salm: 112 (113), 1-2.3-4.5-6

L-Evanġelju: Mt 18, 15-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu. Jekk jisma’ minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk. Jekk ma jismax, erġa’ mur u ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, biex kulma jingħad jissaħħaħ bil-kelma ta’ żewġ xhieda jew tlieta… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 2, 8 – 3, 4
Salm: 118 (119), 14.24.72.103.111.131

L-Evanġelju: Mt 18, 1-5.10.12-14

F’dak il-waqt resqu d-dixxipli lejn Ġesù u staqsewh: “Mela min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?”. Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom u qalilhom: “Tassew ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. U għalhekk l-ikbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Awwissu

San Lawrenz, Djaknu u Martri – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 9, 6-10
Salm: 111, 1-2.5-9

L-Evanġelju: Ġw 12, 24-26

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Fis-sewwa, fis-sewwa ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott.

Min iħobb ’il ħajtu jitlifha; imma min jobgħod ’il ħajtu f’did-dinja iżommha sħiħa għall-ħajja ta’ dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 9 ta’ Awwissu

Id-Dsatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slat 19, 9a.11-13a
Salm: 84 (85), 9ab-10.11-12.13-14
It-Tieni Qari: Rum 9, 1-5

L-Evanġelju: Mt 14, 22-33

Wara lin-nies kielu u xebgħu, Ġesù minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħab 1, 12 -2,4
Salm: 9, 8-9.10-11.12-13

L-Evanġelju: Mt 17, 14-20

F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed raġel niżel għarkupptejh quddiemu u qallu: “Mulej, ikollok ħniena minn ibni, għax marid b’tal-qamar u qiegħed ibati ħafna; għax sikwit jaqa’ jew fin-nar jew fl-ilma. Ġibtu lid-dixxipli tiegħek, iżda ma setgħux ifejquh”.

Wieġeb Ġesù u qal: “Ja nies bla fidi u ħżiena! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Naħum 2, 1.3; 3, 1-3.6-7
Salm: Dewt 32, 35ċd-36ab.39abċd.41

L-Evanġelju: Mt 16, 24-28

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha, imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isibha.

Għax xi jkun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Awwissu

It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 7, 9-10. 13-14
Salm: 96, 1-2.5-6.9
It-Tieni Qari: 2 Pt 1, 16-19

L-Evanġelju: Mt 17, 1-9

Sitt ijiem wara, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u ’l Ġakbu u ’l ħuh Ġwanni, tellagħhom fuq muntanja għolja weħidhom, u tbiddel quddiemhom. Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl. U dehrulhom Mosè u Elija jitħaddtu miegħu. 

Qabeż Pietru u qal lil Ġesù: “Mulej, kemm hu sew li aħna hawn! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 31, 1-7
Salm: Ġer 31, 10.11-12ab.13

L-Evanġelju: Mt 15, 21-28

F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ minn hemm u telaq lejn Tir u Sidon. U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: “Ħenn għalija, Mulej, Bin David! Binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna”. Iżda hu ma weġibhiex kelma.

Resqu lejh id-dixxipli tiegħu, jitolbuh u jgħidulu: “Eħles minnha, għax ġejja tgħajjat warajna”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 30, 1-2.12-15.18-22
Salm: 101 (102), 16-18.19-21.29 u 22-23

L-Evanġelju: Mt 15, 1-2.10-14

F’dak iż-żmien, xi Fariżej u kittieba minn Ġerusalemm resqu fuq Ġesù u qalulu: “Dan l-għala d-dixxipli tiegħek jiksru t-tradizzjonijiet ta’ missirijietna? Għax huma ma jaħslux idejhom qabel ma jieklu!”. Imbagħad sejjaħ lill-folla lejh u qalilhom: “Isimgħuni u ifhmuni!”. Mhux dak li jidħol mill-fomm itebba’ lill-bniedem, imma dak li joħroġ mill-fomm, dan hu li jtebba’ lill-bniedem!”. 

Resqu lejh imbagħad id-dixxipli u qalulu: “Taf li l-Fariżej skandalizzaw ruħhom meta semgħu din il-kelma?”. Iżda hu weġibhom: “Kull siġra li ma ħawwilhiex Missieri li hu fis-smewwiet tinqala’ mill-għeruq… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 28, 1-17
Salm: 118 (119), 29.43.79.80.95.102

L-Evanġelju: Mt 14, 22-36

Wara li l-folla kielet, Ġesù minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu. Id-dgħajsa kienet diġà f’nofs il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom… Kompli aqra »