L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-Ħadd: 21 ta’ Lulju

  • Is-Sittax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 18, 1-10a
    Salm: 14 (15), 2-3ab. 3ċd-4ab. 5
    It-Tieni Qari: Kol 1, 24-28

    L-Evanġelju: Lq 10, 38-42

  • F’dak iż-żmien, Ġesù daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed jgħid…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Lulju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eżodu 12, 37-42
    Salm: 135 (136), 1 u 23-24. 10-12.13-15

    L-Evanġelju: Mt 12, 14-21

  • F’dak iż-żmien, il-Fariżej ħarġu u bdew jiftiehmu bejniethom kontra Ġesù, kif se jeqirduh. Ġesù sar jaf b’dan u telaq minn hemm. Ħafna nies marru warajh u fejjaqhom kollha, u ordnalhom bis-sħiħ biex ma jurux min kien, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal: 

    “Ara l-Qaddej tiegħi li jiena ħtart, l-għażiż tiegħi li bih ruħi tgħaxxqet! …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Lulju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eżodu 11, 10 – 12, 14
    Salm: 115 (116), 12-13.15-16bċ.17-18

    L-Evanġelju: Mt 12, 1-8

  • Darba waħda, is-Sibt, Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa. Issa lid-dixxipli tiegħu ħadhom il-ġuħ; u bdew jaqtgħu s-sbul u jikluh. Imma rawhom il-Fariżej, u qalulu: “Ara, id-dixxipli tiegħek jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Lulju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eżodu 3, 13-20
    Salm: 104 (105) 1u 5. 8-9.24-25.26-27

    L-Evanġelju: Mt 11, 28-30

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.

    Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Lulju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eżodu 3, 1-6.9-12
    Salm: 102 (103), 1-2.3-4.6-7

    L-Evanġelju: Mt 11, 25-27

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok.

    Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Lulju

  • L-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu  Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Slat 18: 42b-45a
    Salm: 14, 1-4

    L-Evanġelju: Ġwanni 19:25-27

  • F’dak iż-żmien: Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala.

    Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hemm hu ibnek.”

    Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hemm hi ommok”. U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Lulju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eżodu 1, 8-14. 22
    Salm: 123 (124): 1-3.4-6.7-8

    L-Evanġelju: Mt 10, 34 – 11, 1

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Taħsbux li jiena ġejt inġib il-paċi fuq l-art! Ġejt inġib mhux il-paċi, imma s-sejf. Iva, ġejt nifred lill-bniedem minn missieru, lill-bint minn ommha, u lill-mara minn omm żewġha; u l-bniedem ikollu n-nies ta’ daru stess għedewwa tiegħu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 14 ta’ Lulju

  • Il-Ħmistax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Dewt 30, 10-14
    Salm: 68 (69), 14 u 17. 30-31. 33-34. 36ab u 37
    It-Tieni Qari: Kol 1, 15-20

    L-Evanġelju: Lq 10, 25-37

  • F’dak iż-żmien, iqum wieħed għaref fil-Liġi u, biex iġarrab lil Ġesù, staqsieh: “Mgħallem, x’nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Lulju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 49, 29-33; 50, 15-26a
    Salm: 104 (105), 1-2.3-4.6-7

    L-Evanġelju: Mt 10, 24-33

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: “Ma hemmx dixxiplu aqwa mill-imgħallem, anqas ilsir aqwa minn sidu. Biżżejjed għad-dixxiplu jekk joħroġ jixbah lill-imgħallem tiegħu u l-ilsir lil sidu. Jekk lil sid id-dar tawh il-laqam ta’ Begħelżebul, kemm aktar lin-nies ta’ daru! …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Lulju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 46, 1-7. 28-30
    Salm: 36 (37), 3-4.18-19.27-28.39-40

    L-Evanġelju: Mt 10, 16-23

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: “Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem. Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom, itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani…

  • Kompli aqra »