L-Omeliji tal-Isqof Awżiljarju

Niket li jitbiddel f’hena – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“In-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena” (Ġw 16:20) Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù lid-dixxipli tiegħu illum fl-Evanġelju skont San Ġwann – qiegħed hawnhekk fl-Aħħar Ċena – u qed jgħidilhom minn qabel li se jgħaddu minn esperjenza ta’ niket, imma n-niket se jinbidel f’hena. Qed jagħtihom it-tama, u aħna nafu mill-esperjenza ta’ dawn li raw kemm kien veru dal-kliem ta’ Ġesù, u għamlu esperjenza ta’ dak li San Pawl jispjega bi kliem sabiħ: “it-tama ma tqarraqx bina” (Rum 5:5)… Kompli aqra »

Ngħożżu f’qalbna din l-opra ta’ Alla – L-Isqof Galea-Curmi

  Id-Dar tal-Kleru, Birkirkara

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Marija baqgħet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha” (Lq 2:19). Din is-silta mill-Evanġelju skont San Luqa turina lir-rgħajja li jmorru jaraw lil Ġesù li twieled, wara li kellhom id-dehra mill-anġli li ħabbrulhom li twieled is-Salvatur – “Illum, fil-belt ta’ David, tweldilkom Salvatur li hu l-Messija, il-Mulej” (Lq 2:11). Fl-aħħar ta’ din is-silta hemm din is-sentenza sabiħa: “Marija baqgħet tgħożż f’qalbha l-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha”… Kompli aqra »

Prayer Spaces jista’ jgħin lill-istudenti jifhmu l-mistoqsijiet profondi ta’ ħajjithom

Read below the message delivered by Auziliary Bishop Joseph Galea Curmi during the SDS Seminar: ‘Discovering and Caring for the inner self – 10 years of Prayer Spaces’ at Dar San Ġużepp in Sta Venera. 

Thank you very much Fr Reuben, Phil, Fr Paul, Silvana, Ben, Glen and all of you for  taking part in this event.

My homilies are short, and this message will be short too… Kompli aqra »

Imħabba li ġġib il-ferħ f’qalbna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ejjew inħobbu lil xulxin għax l-imħabba ġejja minn Alla” (1 Ġw 4:7). Dal-kliem, mill-Ewwel Ittra ta’ San Ġwann, flimkien mal-kliem ta’ Ġesù fl-Evanġelju – “Dan hu li qiegħed nikkmandakom: li tħobbu lil xulxin” (Ġw 15:17) – jgħinuna biex immorru fil-qalba tal-ħajja Nisranija: l-imħabba. 

Ġesù jfakkarna li fl-aħħar mill-aħħar, l-aktar li tiswa u l-isbaħ esperjenza fil-ħajja tagħna hi proprju l-imħabba… Kompli aqra »

Nuru apprezzament lejn is-saċerdot – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Dun Mosè kien saċerdot li ta ħajtu biex jaqdi lill-poplu. Għalhekk illum aħna bir-raġun rikonoxxenti lejh. Imma Dun Mosè, qabel kollox, wieġeb għas-sejħa tal-Mulej u qiegħed it-talenti tiegħu biex jaqdi lill-Mulej fil-poplu tiegħu. Aħna nafu kif hu għaraf juża d-doni li Alla tah, li kienu ħafna, u jagħġinhom mal-ħajja li Alla sejjaħlu għaliha, u jgħix din il-ħajja b’tant entużjażmu u ħeġġa… Kompli aqra »

Ngħarfuh aktar u nressqu lill-oħrajn għandu – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għadek ma għaraftnix?” (Ġw 14:9) Dan hu li jgħid Ġesù llum lil Filippu fl-Aħħar Ċena meta Filippu juri x-xewqa lil Ġesù: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina” (Ġw 14:8). Ġesù kien qed jitkellem fuq kif min jagħraf lilu, jagħraf lill-Missier. Hekk kien qed jgħid lid-dixxipli tiegħu. Imma Filippu għamillu din id-domanda, u Ġesù jgħidlu: “Ili daqshekk magħkom u int, Filippu, għadek ma għaraftnix?”

Dan hu Filippu li tiegħu qed nagħmlu l-festa llum, flimkien ma’ Ġakbu… Kompli aqra »

Ħaddiem ta’ ispirazzjoni – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja tax-Xemxija

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Kien 135 sena ilu meta fl-Ewropa bdiet tiġi ċċelebrata ġurnata msejħa “Jum il-Ħaddiem” f’ċerti postijiet. U kien 135 sena ilu, fl-istess sena, meta l-Papa Ljun XIII kien ħareġ enċiklika fuq San Ġużepp fejn, fost l-oħrajn, juri kif San Ġużepp huwa ispirazzjoni, mudell għall-ħaddiema.

Il-Festa tal-Ewwel ta’ Mejju bħala festa ddedikata lil San Ġużepp Ħaddiem ġiet iktar tard, kważi sebgħin sena ilu, fl-1955, mill-Papa Piju XII… Kompli aqra »

Stedina miftuħa – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin” (Mt 11:28). Dan hu li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Mattew, u qed jindirizza żgur lil ħafna minna. Għax żgur li ħafna minna, f’mument jew ieħor tal-ħajja, ngħaddu mit-taħbit u mit-toqol. Għalhekk qed jagħmel stedina speċjali lilna li nkunu mħabbtin u mtaqqlin. Nixtieq naraw din is-silta tal-Evanġelju llum, u ħa nsemmi erba’ punti li Ġesù jagħmel, u li huma tassew ta’ ġid għall-ħajja tagħna… Kompli aqra »

Ħaġa waħda miegħu – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Jiena d-dielja, intom il-friegħi” (Ġw 15:5). Dan hu l-kliem ta’ Ġesù fl-Evanġelju llum, li qalu tant snin ilu imma jerġa’ jgħidu lilna llum bl-istess qawwa. Ma tridx tkun tifhem bilfors fid-dwieli biex taqbad dak li qed jgħid. Ġesù qed jitkellem ma’ nies li forsi kienu midħla aktar minna llum tad-dwieli, imma qed jagħti messaġġ sabiħ lid-dixxipli tiegħu li fehmuh tajjeb, u lilna li żgur nistgħu nifhmuh tajjeb ukoll u napprezzaw dak li jrid iwasslilna llum u kemm jiswa għall-ħajja tagħna. 

Nixtieq insemmi tliet punti prinċipali li hemm f’din is-silta u li jgħoddu ħafna għall-ħajja tagħna… Kompli aqra »

Biex ma nitħawdux – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tħallux qalbkom titħawwad” (Ġw 14:1). Dan hu l-kliem li Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu fl-Aħħar Ċena, u nafu li d-dixxipli kienu diġà mħawdin u kienu se jitħawdu aktar. Kellhom bżonn jisimgħu dan il-kliem ta’ Ġesù! Nafu li Ġesù nnifsu, iktar qabel fl-Evanġelju skont San Ġwann stess, f’mument minnhom kien qal: “Issa qed inħossni mħawwad. U x’naqbad ngħid? Missier, salvani minn din is-siegħa? … Kompli aqra »