Għamel kif ordnalu – L-Isqof Galea-Curmi
20/03/2023 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Ġużeppi, meta qam, għamel kif ordnalu l-anġlu tal-Mulej” (Mt 1:24). Hekk naqraw fl-Evanġelju skont San Mattew illum, f’din is-solennità ta’ San Ġużepp. F’din is-sentenza, nistgħu ngħidu li għandna l-ġabra tal-ħajja ta’ San Ġużepp, l-iktar ħaġa essenzjali, il-kobor tiegħu: il-fatt li hu għamel kif ordnalu l-Mulej.
Hawnhekk fl-Evanġelju naraw – u mhux biss hawn imma diversi drabi meta jidher Ġużeppi – li hu jkollu pjan u jitħarbatlu, jisfrattalu. Meta hu sar jaf li Marija kienet tqila, u ma kinux joqogħdu flimkien, beda jaħseb x’se jagħmel… Kompli aqra »