Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

Iż-żwieġ hu vokazzjoni – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

“Dak li għaqqad Alla ma għandux jifirdu l-bniedem.” Dan hu li qal Ġesù lill-Fariżej meta staqsewh jistax raġel jitlaq lil martu. Din kienet diskussjoni li kienu jagħmlu bejniethom: għal liema raġuni raġel jista’ jitlaq lil martu. U ġew jistaqsu lil Ġesù. Hawnhekk it-tweġiba ta’ Ġesù hi tweġiba mdawla mill-Kelma ta’ Alla, u jmur lura proprju fl-ewwel ktieb, il-Ġenesi, fejn għandna b’mod ċar dak li Alla ried mill-ħajja ta’ bejn il-mara u r-raġel – il-ħajja taż-żwieġ… Kompli aqra »

Mibnija fis-sod – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa tal-Kattedra tal-Appostlu San Pietru

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi”. Dal-kliem qalu Ġesù lil Xmun. U żgur li tolqotna l-kelma “blata”, għax meta aħna naħsbu fi “blata” f’moħħna tiġi xi ħaġa soda, li tista’ sserraħ fuqha; imma mbagħad, meta naħsbu fi Xmun – għalih qed jgħid Ġesù “blata” – naraw bniedem li ma tantx kien “blata” fil-fatt. Fl-Evanġelju nsibuh bniedem ta’ qalb kbira, dejjem jipprova jitkellem hu għax iħobb verament lil Ġesù, imma ma tantx dejjem tista’ sserraħ fuqu… Kompli aqra »

Għinna fil-fidi dgħajfa tagħna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għinna u ħenn għalina”. Din kienet it-talba ħerqana li għamel lil Ġesù missier it-tifel li kellu fih spirtu ħażin, u li kien għadda minn ħafna tbatija – kemm it-tifel minn ċkunitu, kif ukoll il-missier minħabba s-sitwazzjoni kerha tat-tifel. L-Evanġelju jagħtina deskrizzjoni ta’ dak li għadda minnu t-tifel tul is-snin. Mhux ta’ b’xejn li missieru mar sab lid-dixxipli ta’ Ġesù biex jagħmlu xi ħaġa biex ifejquh… Kompli aqra »

Mulej, għinna naħfru bħalma inti taħfer – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-seba' Ħadd taż-Żmien ta' Matul is-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm erba’ kelmiet sbieħ li Ġesù jgħid illum f’sentenza waħda: ħobbu, agħmlu l-ġid, bierku, itolbu. Immaġinaw kemm tkun sabiħa ħajjitna meta aħna nħobbu, nagħmlu l-ġid, inbierku, nitolbu!

Imma Ġesù jgħid ħafna aktar minn hekk. Għax meta jgħid lil min, barra minn dak li qal drabi oħra li nħobbu, nagħmlu l-ġid, inbierku, nitolbu għal kulħadd, hawnhekk jispeċifika lil min: lill-għedewwa tagħna, lil dawk li jobogħduna, lil dawk li jisħtuna, lil dawk li jżebilħuna… Kompli aqra »

Ħrief għax Ġesù hu r-ragħaj tagħna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm espressjoni li juża Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Luqa li żgur tolqotna: “ħrief qalb l-ilpup”. Hekk jgħidilhom lit-72 dixxiplu li jibgħathom qablu tnejn tnejn f’kull belt u post fejn kien sejjer hu. Jgħidilhom: “Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup”.

Ma tantx hi espressjoni li, mal-ewwel daqqa ta’ għajn, tagħmel kuraġġ; kemm għax meta tgħid “ilpup” l-ewwel ma tħoss hu biża’ u twerwir; u anke “ħrief”, qisu f’moħħok jiġi xi ħadd ċkejken u kwiet… Kompli aqra »

Biex inkunu tassew henjin – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Sitt Ħadd tas-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Wieħed mill-kummenti li spiss nisimgħu hu li l-Knisja – meta ngħid il-Knisja, jiġifieri aħna lkoll li nemmnu fi Kristu – trid timxi maż-żminijiet. Dan hu veru f’ħafna affarijiet, li l-Knisja trid tagħraf tadatta dak li għandu jkun adattat għaż-żminijiet. Imma kultant dan il-kumment jingħad f’sens ieħor: jiġifieri li f’dak li aħna nemmnu, għandek tħares lejn kif in-nies qegħdin jgħixu, u timxi ma’ dan; jekk illum qed jaħsbu hekk, tibda taħseb bħalhom; jekk illum qed jgħixu hekk, tibda tagħmel bħalhom… Kompli aqra »

Fomm li jfaħħar lil Alla – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f’Jum il-Morda

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Qabad jitkellem sewwa”. Dan hu li qrajna fl-Evanġelju skont San Mark fuq dan ir-raġel li ma kienx jisma’ u ma kienx jitkellem sew, u ħaduh għand Ġesù biex ifejqu. Kien fl-inħawi tad-Dekapoli, u Ġesù ħarġu għalih waħdu minn qalb il-folla, u fejqu b’mod li dan beda jisma’ u jitkellem.

Kienet esperjenza tassew kbira għal dan ir-raġel! L-Evanġelju jgħid li “widnejh infetħulu, l-irbit ta’ lsienu nħall, u qabad jitkellem sewwa”… Kompli aqra »

Kull deni ħudu b’ġid – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f'leljet is-solennità ta’ San Pawl Nawfragu

  Il-Kolleġġjata ta' San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Bil-Malti għandna espressjoni li tgħid: “Kull deni ħudu b’ġid”. Ma nafx minn liema żmien ilna ngħiduha f’Malta, meta bdiet din l-espressjoni, imma żgur li l-ġrajja tan-Nawfraġju ta’ San Pawl turina proprju dan.

Hawnhekk naraw ġrajja li fil-bidu tagħha, u għal ħafna jiem, kienet ta’ deni kbir; maltempata kbira, tempesta li mhux biss tellfet id-direzzjoni ta’ fejn kienu sejrin – il-ġifen kien sejjer naħa u l-maltempata ġarritu n-naħa l-oħra – imma tant kienet qawwija li, jgħid il-Ktieb tal-Atti tal-Appostli, “tlifna kull tama li nsalvaw”… Kompli aqra »

Fejjaqna, Mulej – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

San Mark, fl-Evanġelju tiegħu, kultant fi ftit kliem jiġbor il-ħidma kbira li kien qed jagħmel Ġesù man-nies. Fl-Evanġelju tal-lum naraw proprju dan: fi ftit kliem ġabar il-ħidma ta’ fejqan li Ġesù kien qed jagħmel fl-ibliet, fl-irħula, fil-kampanja – kullimkien.

Tolqtok f’din is-silta l-popolarità ta’ Ġesù man-nies – kulħadd ifittxu, kulħadd jinġabar madwaru. Ġesù l-popolarità qatt ma użaha għall-gwadann tiegħu, imma użaha biex jaqdi lin-nies, biex jagħmel il-ġid, biex ikun ta’ servizz għan-nies… Kompli aqra »

La qiegħed tgħid int – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-Ħames Ħadd tas-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fost in-nies li Ġesù għażel biex jimxu warajh bħala dixxipli tiegħu, kien hemm numru ta’ sajjieda. Għalhekk, fl-Evanġelju tal-lum, narawh ma’ dawn is-sajjieda. Wara li għallem lin-nies, jgħid lil Xmun: “Aqdef ’il barra fil-fond, u kalaw ix-xbiek tagħkom għas-sajd”.

Meta tara din, għall-bidu tgħid: dawn kienu sajjieda, u Ġesù qalilhom biex imorru jistadu. Imma, meta Ġesù qal hekk lil Xmun, ma kienx il-waqt li huma joħorġu jistadu… Kompli aqra »