Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

Naħdmu ħalli din l-Assemblea u li jiġri warajha jħallu l-frott – L-Isqof Galea-Curmi

Il-messaġġ tal-ftuħ tal-Assemblea Djoċesana 2021

Il-messaġġ tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Nilqagħkom għal din l-Assemblea Djoċesana, li għall-ewwel darba, fiċ-ċirkustanzi tal-pandemija Covid-19 li għexna u li għadna fiha – qed issir b’mod hybrid. Hawn numru ta’ persuni fis-sala, u numru ħafna akbar li qed isegwu permezz taż-zoom.

L-Assemblea ta’ din is-sena rridu narawha fid-dawl tal-vjaġġ li qed nagħmlu bħala Knisja f’Malta, skont id-dokument ta’ tiġdid ekkleżjali Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed imniedi mill-Arċisqof f’Ġunju 2020… Kompli aqra »

Imqabbdin miegħu – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Il-poplu kollu kien imqabbad miegħu biex jisimgħu”. Dan hu li naqraw illum fl-Evanġelju skont San Luqa, fejn joħroġ ħafna l-kuntrast, speċjalment fl-aħħar sentenza, bejn il-qassisin il-kbar, il-kittieba u l-kbarat tal-poplu li riedu jeqirdu lil Ġesù, u l-poplu li kien imqabbad miegħu biex jisimgħu. Hawn dan il-kuntrast bejn dawk li kellhom il-poter li riedu jużawh biex jeqirdu lil Ġesù, u n-nies ta’ ħajja ordinarja li raw fih persuna speċjali, u riedu jisimgħuh… Kompli aqra »

Qalb sensittiva għall-persuni emarġinati – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hi talba tassew sabiħa dik li għamel dan l-għama: “Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni!” Dan kien “mal-ġenb tat-triq jittallab il-karità”. Din it-talba għamilha mhux darba, imma aktar minn darba: “Ġesù, Bin David, ikollok ħniena minni!” Ħa nħarsu ftit lejn din il-ġrajja, u naraw x’tgħallimna għal ħajjitna.

L-ewwel, ħa nharsu lejn il-bniedem għama. L-Evanġelju jgħid li dan kien mal-ġenb tat-triq jittallab il-karità… Kompli aqra »

Tal-aħħar m’għandux ibeżżagħna – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-33 Ħadd ta’ matul is-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Meta se jseħħ l-aħħar tad-dinja? Din hi diskussjoni li kultant żmien tqum, u nafu li kull darba li ħabbru li d-dinja se tispiċċa f’xi sena partikulari, dan ma seħħx. Meta nisimgħu dal-kliem ta’ Ġesù fl-Evanġelju, għall-bidu taħsbu li qed jitkellem fuq dan, qisu biex jagħti ħjiel. Imma mbagħad jgħid sentenza ċara: ħadd ma jaf meta, “ħadd ħlief il-Missier”. Ma jaqtgħalniex il-kurżità! … Kompli aqra »

Deċiżjoni mhux disperazzjoni – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għandu mnejn dan il-kliem ta’ Ġesù lilna jbeżżagħna, u joħloq fina ansjetà. Speċjalment meta jsemmi x’ġara fi żmien Noè – dak id-dulluvju – u x’ġara lil Sodoma, meta Alla qeridha. U iktar u iktar meta Ġesù juri kif dak li ġara ħa lin-nies għall-għarrieda, ma kinux jafu bih qabel.

Fil-fatt, Ġesù jgħid li dawn kienu “jieklu u jixorbu, iżewġu u jiżżewġu” fi żmien Noè; u meta jitkellem fuq Sodoma, jgħid li n-nies “kienu jieklu u jixorbu, jixtru, ibigħu, iħawlu, jibnu”… Kompli aqra »

Ħajja ta’ għerf b’valuri rebbieħa – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa mal‑gradwati l‑ġodda tal‑Università

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għeżież ħbieb, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Gradwazzjoni, nixtieq minn qalbi nifirħilkom għall-kisbiet tagħkom. Dan hu jum tassew sabiħ għalikom, fejn qed taħsdu l-frott tal-istudji tagħkom. Għandkom għax tiċċelebraw u tifirħu flimkien! Wara snin ta’ studju, kultant fi żmien diffiċli bħalma kienet u għadha l-esperjenza tal-pandemija Covid-19 bit-tħarbit li ġabet magħha, b’ħafna diffikultajiet u sfidi ġodda, intom irnexxielkom tegħlbu l-ostakli biex stajtu taslu għall-jum speċjali tal-gradwazzjoni… Kompli aqra »

Ġebla tat-tħin f’qiegħ ta’ baħar – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fl-Evanġelju tal-lum, Ġesù jsemmi tliet punti importanti għal ħajjitna. L-ewwel, jitkellem fuq l-iskandlu, kemm hu ikrah l-iskandlu, u kemm jagħmel ħażin min jagħti skandlu. Jagħmel dan bi kliem iebes ħafna. Nafu li fl-Evanġelju, l-iktar kliem iebes ta’ Ġesù hu għall-ipokresija u għall-iskandlu. Hawn juża kliem qawwi, speċjalment meta jgħid: “ikun aktar jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin u jitfgħuh il-baħar, milli jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin”… Kompli aqra »

Qalb ġeneruża – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-32 Ħadd ta’ matul is-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fl-Evanġelju kemm-il darba nsibu lin-nies josservaw lil Ġesù, għajnejhom fih. Kultant insibu wkoll lil Ġesù li qed josserva x’qed jagħmlu n-nies. L-Evanġelju tal-lum hu każ minnhom. Hemm il-ġrajja ta’ meta Ġesù kien biswit it-tempju, iħares u jara lin-nies jitfgħu l-offerta tagħhom fit-teżor. U hemm Ġesù, li jara mhux biss dak li jidher minn barra imma r-realtà kollha. Seta’ jara kif dik l-armla li tefgħet biċċtejn żgħar, l-armla fqira, kienet ħafna aktar ġeneruża mill-għonja li kienu qed jitfgħu l-offerta tagħhom fit-tempju… Kompli aqra »

Ħaddem rasek – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-kappella fl-Isptar San Luqa, Tal-Pietà

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Din il-parabbola li Ġesù qal fl-Evanġelju llum turina konċentrazzjoni ta’ ħażen, xibka ta’ ħażen. Għandna d-diżonestà, il-qerq, it-tberbiq ta’ ġid ħaddieħor, l-amministrazzjoni ħażina, il-korruzzjoni, u l-kompliċità. Kienu jeżistu fi żmien Ġesù, għadhom jeżistu wkoll fi żmienna.

Kien hemm dan l-amministratur li kellu l-akkuża li qed iberbaq ġid is-sid. Kienet akkuża vera? Mid-dehra kienet vera, għax donnu baqa’ sal-aħħar iberbaq il-ġid ta’ dan ir-raġel għani… Kompli aqra »

Il-qaddisin juruna dak li hu sabiħ, dak li hu veru, dak li jiswa fil-ħajja – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa tal-Qaddisin Kollha

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Aħna u nagħmlu llum is-solennità tal-qaddisin kollha, niftakru f’tant qaddisin li għexu f’epoki differenti, u ta’ karattri differenti, li ġew dikjarati qaddisin mill-Knisja. Lil dawn inqimuhom, nitolbu l-interċessjoni tagħhom, nammirawhom għal ħafna kwalitajiet sbieħ fil-ħajja tagħhom, imma wkoll naraw fihom ispirazzjoni importanti u sabiħa għall-ħajja tagħna. Xi wħud minnhom huma wkoll protetturi tal-parroċċi u tal-lokalitajiet tagħna.

Imma din il-festa, għax hi l-festa tal-qaddisin kollha, mhix biss il-festa ta’ dawn li huma dikjarati qaddisin mill-Knisja… Kompli aqra »