Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

Ħa tkun l-imħabba li tmexxina f’ħajjitna – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-31 Ħadd tas-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Id-diskussjoni dwar liema hu l-ewwel fost il-kmandamenti kienet, fi żmien Ġesù, diskussjoni li kienu jagħmlu l-kittieba u l-għorrief tal-Liġi. Għax fil-fatt kien hemm ħafna kmandamenti, regolamenti u liġijiet li kellu l-poplu Lhudi, u kultant kienu jiddiskutu liema jiġi l-ewwel.

Din il-mistoqsija li għamlu lil Ġesù ma ġabitx risposta, min-naħa ta’ Ġesù, ta’ ħafna kliem, imma mar mill-ewwel fil-qalba, dak li hu l-aktar importanti… Kompli aqra »

Alla jridna nipproteġu l-ħajja u nħarsu s-saħħa – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“B’saħna fuqu”. Dan hu l-kliem li juża l-Evanġelju llum biex jiddeskrivi r-rabja li kellu l-kap tas-sinagoga għax Ġesù kien fejjaq dik il-mara li kienet ilha tmintax-il sena sħaħ marida, u kienet milwija ħafna minħabba l-marda, u għamel dan f’Jum is-Sibt. U l-kap tas-sinagoga mhux lil Ġesù qal, imma lin-nies: hemm sitt ijiem li fihom intom taħdmu, u f’dawk il-jiem ejjew biex titfejqu, mhux f’Jum is-Sibt… Kompli aqra »

Id-dawl għal ħajjitna – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-30 Ħadd tas-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Dan ir-rakkont sabiħ tal-fejqan tal-għama fl-Evanġelju skont San Mark hu rakkont li mhux biss jgħidilna fuq il-miraklu li jagħmel Ġesù imma jgħidilna ħafna wkoll fuq il-ħajja tagħna. Nixtieq li aħna u nirriflettu fuq din il-ġrajja, naraw x’nitgħallmu mill-għama, mill-folla, u minn Ġesù.

L-għama

Ħa nħarsu lejn l-għama. Dan kien bniedem imwarrab. L-Evanġelju jenfasizza li kien “bilqiegħda mal-ġenb tat-triq”, jittallab… Kompli aqra »

Nagħżlu s-sewwa – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għala ma tiġġudikawx intom stess x’inhu s-sewwa?” Dan hu l-kliem li Ġesù qal lin-nies meta kien qed jilmenta magħhom li kienu kapaċi jaqraw is-sinjali tat-temp – se tagħmel ix-xita, jew se tkun sħana – imma mhux is-sinjali taż-żminijiet. Hawnhekk jagħmel l-enfasi fuq “x’inhu s-sewwa”.

Nafu li mhix l-ewwel darba li Ġesù jitkellem fuq x’inhu s-sewwa. Fl-Evanġelju skont San Ġwann għandna enfasi partikulari fuq is-sewwa, fuq il-verità… Kompli aqra »

San Luqa: l-evanġelista tal-ħniena ta’ Alla – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Luqa waħdu baqa’ miegħi” (2 Tim 4:11). Dan hu li smajna lil San Pawl jgħid illum fit-Tieni Ittra tiegħu lil Timotju, meta qisu jilmenta li dawk li kienu miegħu telqu jew ħallewh, u baqa’ biss Luqa. Fil-fatt Luqa kien dixxiplu ta’ Pawlu. Huwa hu li jsemmih fi tliet ittri differenti.  F’ittra minnhom jirreferi għalih bħala t-tabib għażiż (ara Kol 4:14), f’ittra oħra bħala ħaddiem miegħu (ara Filemon 1:24), u hawn jgħid li hu biss baqa’ miegħu… Kompli aqra »

Niksbu l-aħjar post meta nkunu qaddejja – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fid-29 Ħadd ta’ Matul is-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ġesù kellu diversi diżappunti mill-ħbieb tiegħu tul il-ħajja tiegħu. U dan li smajna fl-Evanġelju kien diżappunt kbir għalih.

Hawn smajna kif tnejn mit-tnax, tnejn mill-ħbieb tiegħu, imma terġa’, tnejn minn dawk l-aktar ta’ ġewwa, Ġakbu u Ġwanni, li ftit qabel kienu ma’ Ġesù fuq il-muntanja Tabor fit-Trasfigurazzjoni, u li kienu miegħu wkoll f’mumenti oħra speċjali – għalhekk qrib tiegħu ħafna – ġew jistaqsuh biex fil-glorja tiegħu wieħed ikun naħa u l-ieħor ikun oħra… Kompli aqra »

Jgħajjat il-ġebel – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-150 anniversarju mill-konsagrazzjoni tal-Bażilika tal-Mosta

  Il-Bażilika Arċipretali ta' Santa Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Jekk jisktu huma, jgħajjat il-ġebel” (Lq 19:40). Dan kien il-kliem li qal Ġesù lil xi wħud mill-folla dakinhar li kien riekeb il-felu fid-daħla trijonfali tiegħu f’Ġerusalemm. In-nies bdew ifaħħru lil Alla b’għajjat ta’ ferħ u b’leħen għoli, u xi wħud mill-Fariżej qalu lil Ġesù: “Mgħallem sikkithom lid-dixxipli tiegħek”. Imma Ġesù weġibhom: “Ngħidilkom li jekk jisktu huma, jgħajjat il-ġebel”.

Knisja monumentali

Illum, infakkru l-150 anniversarju tal-konsagrazzjoni ta’ din il-knisja mill-Isqof Gaetano Pace Forno, il-knisja li issa hi bażilka minuri… Kompli aqra »

Alla jieħu ħsiebna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm kelma li Ġesù jgħidha b’enfasi fl-Evanġelju tal-lum: “tibżgħux”. Hi l-kelma li niltaqgħu magħha ħafna drabi fl-Iskrittura, speċjalment meta Alla jsejjaħ lil xi ħadd u jagħtih missjoni. Dejjem jgħidlu: “tibżax”. U Ġesù nnifsu użaha kemm-il darba mad-dixxipli tiegħu: “tibżgħux”.

Għalfejn Ġesù jgħid “tibżgħux” lid-dixxipli tiegħu? L-ewwel nett, għax aħna qegħdin taħt il-ħarsien ta’ Alla, li jieħu ħsiebna. U għalhekk ma għandniex għalfejn nibżgħu: għax hemm Alla li jieħu ħsiebna… Kompli aqra »

Li nkunu Knisja li tisma’ hu mod kif ngħixu diġà l-Evanġelju – L-Isqof Galea-Curmi

Messaġġ fi tmiem il-webinar Knisja li Tisma'

Il-messaġġ tal-Isqof Galea-Curmi

Nirringrazzja lil min qed jieħu sehem u anki lil min ħa ħsieb l-organizzazzjoni ta’ din il-laqgħa. Naħseb li hi grazzja li qed nagħmlu dan l-eżerċizzju fil-ħajja tal-Knisja f’Malta, li bdejnieh is-sena li għaddiet u li qed nagħmluh iktar b’mod qawwi flimkien mal-ħidma li qed issir fil-mixja sinodali mill-Knisja Universali u li l-Papa Franġisku nieda ftit tal-jiem ilu.

Nixtieq insemmi punt li semma Fr Mario Mangion, li xi ħadd qallu, “Mur u imxi”… Kompli aqra »

L-aqwa sinjal – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-profeta Ġona hu dak li Ġesù jsemmi fil-bidu u fl-aħħar tal-Evanġelju tal-lum, u speċjalment jenfasizza s-“sinjal ta’ Ġona”. Dan għaliex kien qed jitkellem ma’ nies li riedu sinjal mingħandu. Issa hu kien diġà għamel ħafna sinjali, bil-mirakli li għamel. Imma dawn riedu sinjal spettakolari, xi ħaġa li tgħaġġeb lil kulħadd. U Ġesù jgħidilhom: ebda sinjal ma jingħata lil dan in-nisel ħlief is-sinjal ta’ Ġona… Kompli aqra »