Bħal drapp li jintiseġ mill-kelma tiegħu – L-Isqof Galea-Curmi
03/09/2021 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaFil-ħajja ta’ Ġesù, insibuh diversi drabi f’polemika mal-Fariżej u l-kittieba tagħhom. Tal-lum hija waħda minnhom, meta ġew jilmentaw għaliex id-dixxipli ta’ Ġesù ma kinux f’kollox bħad-dixxipli l-oħra ta’ Ġwanni, jagħmlu bħalhom, imma kienu qishom qed igawdu l-ħajja, “jieklu u jixorbu”; dejjem ovvjament jagħmlu affarijiet tajbin, imma jgawdu l-ħajja. Ħaduha bi kbira minħabba f’hekk.
Nixtieq nieħu t-tieni parti tal-Evanġelju, meta Ġesù jgħid li “ħadd ma jaqta’ biċċa drapp minn libsa ġdida biex biha jraqqa’ waħda qadima”… Kompli aqra »