Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

Dak li jgħaqqad Alla – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Xi ħaġa, tkun xi tkun”. Din hi l-kelma tal-Fariżej meta ġew jistaqsu lil Ġesù jistax raġel jiltaq lil martu “fuq xi ħaġa, tkun xi tkun”. Riedu jkunu jafu jekk wieħed jistax ikollu l-libertà li jinħall mir-rabta taż-żwieġ “fuq xi ħaġa, tkun xi tkun”.

U Ġesù hu ċar fit-tweġiba tiegħu. Jgħid: “Dak li għaqqad Alla ma għandux jifirdu l-bniedem”… Kompli aqra »

Biż-żejt fil-musbieħ – L‑Isqof Joseph Galea‑Curmi

Quddiesa fil-festa ta' Santa Tereża Benedetta tas-Salib (Edith Stein), patruna tal-Ewropa

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Niftakar diskursata li snin ilu kelli ma’ persuna, waħda mara, li kienet tgħin ħafna lin-nies fil-bżonn. U kienet qaltli li din il-parabbola, tal-għaxar xebbiet, ħamsa għaqlin u ħamsa boloh, ma togħġobha xejn! Speċjalment dik il-biċċa meta l-ħamsa msejħin boloh jitolbu l-għajnuna lill-oħrajn, biex jagħtuhom ftit żejt minn tagħhom, u dawn jirrifjutaw. Kienet qaltli: dan imur kontra dak li għallimna Ġesù stess, li aħna għandna naħsub f’dawk li huma fil-bżonn, ngħinuhom, u anke jekk hemm bżonn nissagrifikaw ruħna għalihom… Kompli aqra »

Il-quddiesa hi ċentrali fil-ħajja tagħna – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fid-dsatax-il Ħadd taż-żmien ta' matul is-sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Jiena hu l-ħobż tal-ħajja … min jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem”. Hu dan il-kliem li smajna lil Ġesù jgħid fl-Evanġelju llum, fost it-tgergir ta’ numru ta’ nies li kienu qed jisimgħuh. Fil-fatt, fl-Evanġelju, meta Ġesù tkellem fuq li hu l-ħobż tal-ħajja, kien hemm ħafna mhux biss li ma fehmuhx, imma kif naqraw ftit wara din is-silta, telquh u ma baqgħux jimxu warajh… Kompli aqra »

Ir-rwol tad-Dumnikani fil-ħidma pastorali tal-Knisja f’Malta – L-Isqof Galea-Curmi

Il-Konferenza Aquae Sapientiae – Il-Kariżma Dumnikana lbieraħ u llum

  Il-Knisja tal-Lunzjata, il-Birgu

Messaġġ mill-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Xandar tal-Mulej, kun għalina l-mexxej”. Nixtieq l-ewwel nett insellem lil San Duminku, f’għeluq it-tmien mitt sena llum mill-mewt tiegħu, u miegħu lid-Dumnikani kollha, u nuri l-gratitudni tal-Knisja f’Malta għall-ħidma pastorali tad-Dumnikani f’Malta għal tant snin – minn madwar is-sena 1450, l-ewwel fir-Rabat. Min jaf kemm ġid sar permezz tal-ħidma ta’ tant Dumnikani f’Malta! Għalhekk, f’okkażjoni bħal din, meta nitkellmu fuq ir-rwol tad-Dumnikani, l-ewwel sentiment hu dak ta’ gratitudni lil Alla għal dawn is-snin u l-ħidma li saret b’tant ġenerożità u dedikazzjoni f’dawn is-snin… Kompli aqra »

Fidi u rieda soda – L-Isqof Joseph Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fl-Evanġelju tolqtok kif kultant nies li ma tistennihomx li se jagħrfu min hu Ġesù jkunu l-ewwel li jifhmu min hu. Hawnhekk għandna l-mara Kananeja, li ma kinitx parti mill-poplu Lhudi, li turina li għarfet tassew min hu Ġesù.

Hawnhekk Ġesù jitlaq lejn Tir u Sidon, fid-distrett fis-Sirja, tul il-kosta tal-Mediterran, qisu biex jevita l-folol. Imma hemmhekk toħroġ dil-mara li riedet li Ġesù jfejjaq lil bintha li kellha spirtu ħażin fiha… Kompli aqra »

Fiduċja f’Alla u fina nfusna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Agħtuhom intom x’jieklu”. Dan kien il-kliem li Ġesù qal lid-dixxipli, u nista’ nimmaġina x’għadda minn moħħhom. Dawn id-dixxipli kienu raw dik il-folla ta’ nies, kien qed isir il-ħin, kien post imwarrab, u allura lil Ġesù qalulu: ta’ min jitilqu u jmorru fl-irħula ħa jixtru x’jieklu. Kienu preokkkupati meta raw dik il-folla ta’ nies. U Ġesù ħareġ b’waħda tajba; qalilhom: “Ma għandhomx għalfejn imorru; agħtuhom intom x’jieklu”… Kompli aqra »

Għinna nfittxu dak li jibqa’ – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-tmintax-il Ħadd taż-żmien ta' matul is-sena

  Il-Knisja ta' San Ġużepp Ħaddiem, ix-Xemxija

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Nisimgħu ta’ spiss fi żmienna min jgħid: kemm sirna materjalisti! Li jfisser, speċjalment fil-pajjiżi għonja, li ħafna min-nies ifittxu li dejjem ikollhom, li jakkwistaw aktar; qatt mhuma kuntenti b’li għandhom, imma dejjem ifittxu li jkollhom xi ħaġa oħra.

X’qed tfittex il-folla

Aħna ngħidu “sirna materjalisti”, imma jekk nagħtu ħarsa lura nindunaw, bħalma rajna fl-Evanġelju llum skont San Ġwann, li din kienet ukoll it-tendenza fi żmien Ġesù… Kompli aqra »

Tfixklu minħabba xiex? – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tfixklu minħabba fih”. Dan hu li naqraw fl-Evanġelju skont San Mattew. In-nies tal-pajjiż ta’ Ġesù, meta semgħuh jgħallem fis-sinagogi, baqgħu mistagħġba, u “tfixklu minħabba fih”.

Għalfejn tfixklu dawn in-nies meta semgħu lil Ġesù? Tfixklu għax semgħuh jgħid il-ħmerijiet? Jew għax semgħuh jgħid kliem li jinsulta jew kliem mhux f’postu? Tfixklu għax semgħuh jgħid kliem li jurta jew jipprova jimpressjona? … Kompli aqra »

Mill-frott tagħhom nagħrfuhom – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa b'tifkira ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Qegħdin nagħmlu llum it-tifkira ta’ nannu u nanna speċjali għax huma n-nanniet ta’ Ġesù – Sant’Anna u San Ġwakkin. Kien proprju minħabba fihom li l-Papa Franġisku ried li minn din is-sena jkun hemm jum dedikat għan-nanniet, u għażel il-Ħadd l-aktar qrib il-festa tal-lum, għalhekk iċċelebrajna lbieraħ dan il-jum iddedikat għan-nanniet.

Hi okkażjoni speċjali meta niċċelebraw lil Sant’Anna u San Ġwakkin għax niftakru f’binthom Marija, u f’Ġesù bin Marija… Kompli aqra »

Magħna dejjem – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa ta’ Sant’Anna

  Il-Knisja ta' Sant'Anna, iż-Żebbiegħ

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Jiena magħkom dejjem sal-aħħar taż-żmien” (Mt 28:20). Hu dan il-kliem ta’ Ġesù li l-Papa Franġisku għażel bħala tema għall-messaġġ tiegħu fl-okkażjoni tal-ewwel Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani li se jiġi ċċelebrat għada b’rabta mal-festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin li ssir kull sena fis-26 ta’ Lulju. Din hi l-wegħda li Ġesù għamel lid-dixxipli tiegħu qabel tela’ s-sema. Il-Papa ried li jerġa’ jtenni din il-wegħda lin-nanniet u l-anzjani kollha… Kompli aqra »