Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

Għadu jaħdem sa issa – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Missieri għadu jaħdem sa issa. Mela naħdem jien ukoll”. Smajna dan il-kliem ta’ Ġesù li hu jgħid lill-ġemgħa tal-Lhud, proprju fl-Evanġelju tal-lum skont San Ġwann. Xi jrid jgħid biha li l-Missier “għadu jaħdem”? X’inhi din il-ħidma? Nifhmu dal-kliem ta’ Ġesù meta naraw ir-rakkont li ġie qabel, il-fejqan ta’ bniedem li kien ilu 38 sena marid, u Ġesù qallu: “Qum, aqbad friexek, u imxi”… Kompli aqra »

Kelma li sseħħ – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm seba’ darbiet, tista’ tgħid, fl-Evanġelju ta’ San Ġwann, meta Ġesù jagħmel dak li normalment insejħulu ‘miraklu’. Imma f’San Ġwann jissejjaħ “sinjal”. Hawn, fis-silta li għadna kemm smajna, hu t-tieni sinjal li għamel Ġesù wara dak li kien għamel f’Kana tal-Galilija, meta biddel l-ilma fi nbid.

X’inhuma dawn is-sinjali? Għaliex jissejħu ‘sinjali’? X’juruna? Huma sinjali li juruna li Ġesù hu l-Messija, l-Iben ta’ Alla… Kompli aqra »

Il-qalba tal-Ħajja Nisranija – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fir-Raba' Ħadd tar-Randan

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Quddiesa tar-Raba' Ħadd tar-Randan

Knisja Parrokjali ta' Marija Annunzjata – Ħal Balzan – Imexxi Mons. Isqof Joe Galea Curmi – 14/03/2021

Posted by Parroċċa Balzan – Balzan Parish on Sunday, March 14, 2021 L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm sentenza fl-Evanġelju ta’ San Ġwann illum li baqgħet tissemma ħafna, u bir-raġun, għaliex tiġbor fiha l-iktar ħaġa essenzjali tal-Aħbar it-Tajba. Ġesù jgħid lil Nikodemu: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil ibnu l-waħdieni biex kull min jemmen fih ma jintilifx imma jkollu l-ħajja ta’ dejjem.” U jkompli jispjega… Kompli aqra »

Aħfrilna bħalma naħfru – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa b'tifkira tal-vittmi tal-pandemija Covid-19 u qrabathom kif ukoll dawk kollha li huma impenjati biex niġġieldu dil-pandemija

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ġesù jsemmi waħda mill-karatteristiċi prinċipali tagħna bħala Nsara – il-maħfra – u jgħid li għandna naħfru dejjem, u li għandna niftakru li kif Alla jaħfer lilna, hekk għandna naħfru aħna lill-oħrajn.

Hu diffiċli li taħfer. Pietru, fl-Evanġelju tal-lum, ħaseb li se jkun ġeneruż meta lil Ġesù qallu: Mulej, xi kemm-il darba rrid naħfer? Sa seba’ darbiet? Ħaseb li qed jgħidlu ħafna… Kompli aqra »

Reazzjoni vjolenti għall-verità – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Żgur li tolqotna r-reazzjoni vjolenti tan-nies meta semgħu lil Ġesù jitkellem fis-sinagoga ta’ Nażaret, f’pajjiżu. Kultant fl-Evanġelju nsibu li n-nies, meta jitkellem Ġesù, jew imeruh jew ma jaċċettawhx, imma hawnhekk l-Evanġelju jgħidilna li “kulħadd imtela bil-korla”. Mhux biss, imma ħarġuh ’il barra, u ried jixħtuh għal isfel mill-għolja, l-għolja li fuqha kienet mibnija l-belt. Attentat ta’ qtil!

Tolqotna aktar u aktar din ir-reazzjoni meta naraw ir-rakkont sħiħ… Kompli aqra »

Ma’ Alla ma tagħmilx negozju – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-Tielet Ħadd tar-Randan

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-ġrajja ta’ meta  Ġesù daħal fit-tempju u beda jkeċċi lin-nies li kienu ġewwa jbigħu l-annimali, u jaqleb l-imwejjed ta’ dawk li kienu qed isarrfu l-flus, kienet ġrajja li baqgħet f’moħħ ħafna nies. Impressjonat lil ħafna nies. Fil-fatt, hi waħda mill-ġrajjiet li nsibuha rrakkuntata fl-Evanġelji kollha.  

Meta tara ġrajja bħal din, għall-bidu tgħid: imma Ġesù x’ġaralu? Għax aħna ma nafuhx daqshekk irrabjat! … Kompli aqra »

Biex Ġesù jkun il-ġebla tax-xewka f’ħajjitna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-poplu Lhudi kien iqis l-għalqa tad-dwieli bħala ħaġa għażiża ħafna. Kien jieħu ħsieb l-għalqa tad-dwieli b’għożża. Għalhekk fl-Iskrittura nsibu lil Alla li jqabbel ir-rabta tiegħu ta’ mħabba kbira għall-poplu ma’ din l-għalqa tad-dwieli. Fil-fatt insibu, pereżempju, f’Iżaija l-Mulej jgħid: “Ħa ngħanni lill-maħbub tiegħi l-għanja ta’ mħabbtu għall-għalqa tad-dwieli tiegħu” (Iżaija 5:1).  

Għalhekk fl-Evanġelju Ġesù jgħid parabbola li fiha hemm sid li jqabbel l-għalqa lil xi bdiewa biex jieħdu ħsiebha… Kompli aqra »

Ħielsa mill-ktajjen – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-kliem ta’ Ġesù fl-Evanġelju llum huwa kliem li jidher diffiċli biex tgħixu. Ġesù qal li ma għandniex niġġudikaw, ma għandniex nikkundannaw, għandna naħfru, nagħtu u nħennu bħalma jħenn għalina Missierna tas-sema. Hu kliem li jidher diffiċli, imma hu dan li jgħid Ġesù li jista’ jġib il-paċi fil-qalb tagħna u s-serenità, u jgħinna biex inkunu ħielsa.

X’jiġifieri meta Ġesù jgħid li ma niġġudikawx u ma nikkundannawx? … Kompli aqra »

X’jiġri fuq żewġ muntanji – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-Tieni Ħadd tar-Randan

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Malta m’għandniex muntanji. Għandna xi għoljiet. Imma min xi darba ra muntanja, u kien ħdejn muntanja, jaf l-impressjoni kbira ta’ xi ħaġa immensa, enormi, li tara quddiemek. Xi ħaġa li qisha tgħollilek ħsiebek lejn is-sema.

Fl-Iskrittura hemm mumenti partikulari meta l-muntanja hi l-post fejn Alla juri lilu nnifsu, u fejn Alla jagħti wkoll messaġġ importanti lin-nies. Pereżempju, aħna familjari mal-muntanja Sinaj, fejn Alla ta l-kmandamenti lill-poplu Lhudi permezz ta’ Mosé… Kompli aqra »

Esiġenti imma ta’ ġid kbir għal ħajjitna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ġesù hu esiġenti – jitlob ħafna minna. Kliemu kultant jinstema’ iebes u diffiċli biex tgħixu. Kieku dal-kliem li smajna llum fl-Evanġelju jgħidu lil xi ħadd fi żmienna, ikun hemm min jgħidlu: taf x’qed tgħid? Taf kemm nies ma jagħtux kas dan li qed tgħid?

Imma nafu li Ġesù xorta jirrepetih lilna dan il-kliem, għax jaf li fl-aħħar mill-aħħar hu ta’ ġid għall-ħajja tagħna… Kompli aqra »