Mill-biża’ għall-ferħ – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa f'Jum il-Karità
18/04/2021 Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Il-ġrajja ta’ meta Kristu Rxoxt jidher lid-dixxipli tiegħu hi ġrajja li turina l-bidla li sseħħ fid-dixxipli hekk kif Kristu ħaj ikun preżenti fosthom.
Il-bidla
Id-dixxipli, kif rawh, “twerwru bil-biża’”. U ħasbuh xi fantażma. Hu kien qalilhom, żmien qabel, li kellu jgħaddi mill-passjoni u l-mewt u jqum mill-imwiet. Imma għalihom tant kienet esperjenza iebsa u diffiċli li jarawh jispiċċa fix-xejn fuq is-salib, li kienet esperjenza li tilfitilhom kull tama… Kompli aqra »