Tara tnejn imma huma erbgħa – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa għat-tfal fl-iskejjel bis-sehem ta’ studenti mill-iskola primarja tal-Furjana
21/12/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Iż-żjara ta’ Marija lil Eliżabetta hija ġrajja sabiħa li nsibu fl-Evanġelju skont San Luqa, u hija ġrajja wkoll speċjali, għaliex aħna minn barra naraw tnejn min-nies – Marija u Eliżabetta – imma fil-fatt hemm erbgħa. Hemm ukoll Ġwanni l-Battista u Ġesù. Għalhekk hi ġrajja speċjali, u għalhekk Eliżabetta tinfexx f’dik l-għajta li tgħid lil Marija, “Imbierek il-frott tal-ġuf tiegħek” – qed tgħid għal Ġesù; u għaliha nnifisha “it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ” – qed tgħid għal Ġwanni l-Battista… Kompli aqra »