Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

Spirtu ta’ rażan – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta għal dawk li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem fl-aħħar jiem, fosthom persuni ta’ età żgħira

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Tolqotni ħafna f’Ġesù kif meta jkellem lid-dixxipli tiegħu qatt ma jbaxxi l-istandards għoljin tiegħu. Ma jgħidx: ħa nwessa’ naqra l-komma u nħalli l-affarijiet għaddejjin, la ħafna qed jaħsbu hekk. Imma jitkellem ċar, u kultant dak li jgħid ikun ukoll iebes.

Dan hu f’kuntrast ma’ dak li nisimgħu aħna kultant, il-mentalità li tgħid, u din hi komuni: “Din x’fiha? … Kompli aqra »

Ġesù ma jiqafx fil-qoxra, imma jmur fil-qalba – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta għall-mexxejja ta' pajjiżna, biex jagħrfu dejjem ipoġġu l-ewwel il-ġid komuni u jaħdmu biex jgħinu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Fi żmien Ġesù kien hemm min ħa l-impressjoni li Ġesù kien kontra d-drawwiet u l-liġijiet tal-poplu Lhudi. Pereżempju, Ġesù kien ifejjaq nhar ta’ Sibt, u għalihom is-Sibt kien il-jum sagru li ma tista’ tagħmel xejn iktar minn dak li hemm fil-liġi; għalhekk kienu jaraw il-fejqan ta’ Ġesù qisu kontra d-drawwiet tagħhom. Kellhom ukoll użanzi dwar l-ikel, jgħidu li xi ikel hu mniġġes; u Ġesù qalilhom: mhux dak li jidħol mill-ħalq li jniġġes, imma jniġġes dak li joħroġ mill-fomm u mill-qalb… Kompli aqra »

Il-Beatitudnijiet: programm għal ħajjitna – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta ghall-paċi fid-dinja, għall-paċi dejjiema f’pajjiżna u fil-familji tagħna

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Il-Papa Franġisku għandu eżortazzjoni appostolika bl-isem Ifirħu u Thennew, ispirata minn din is-silta minn San Mattew li għadna kif smajna – il-Beatitudnijiet. Il-Papa jgħid (ara nru 64): Kieku xi ħadd minna jistaqsi “x’għandi nagħmel biex ngħix ta’ Nisrani tajjeb?” ħu dawn il-beatitudnijiet u għixhom. Hemm għandek kif tista’ tgħix tassew il-ħajja Nisranija. Il-Papa jgħid: għal min hu fidil lejn Alla u l-kelma tiegħu, isib tassew il-ferħ meta jingħata… Kompli aqra »

Il-milja tal-imħabba – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fil-festa tas-Santissima Trinità

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Kull meta aħna rroddu s-salib, li hu s-sinjal tagħna l-Insara, aħna ngħidu: “Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu”.  U llum smajna wkoll fit-Tieni Qari, fl-Ittra ta’ San Pawl lill-Korintin, fejn isemmi dik it-tislima li kemm-il darba nisimgħuha fil-bidu tal-quddiesa: “Il-grazzja ta’ Sidna Ġesù Kristu, l-imħabba ta’ Alla u l-għaqda fl-Ispirtu s-Santu tkun magħkom ilkoll.”

Għandna hawnhekk dak li qed niċċelebraw illum: il-festa tat-Trinità Qaddisa… Kompli aqra »

Evanġelizzatur kbir – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta għall-persuni vulnerabbli

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

San Bonifaċju kien missjunarju kbir fis-seklu 8 fl-Ewropa ċentrali, speċjalment f’dik li llum tissejjaħ il-Ġermanja. Twieled l-Ingilterra u meta kien għadu żgħir daħal fil-ħajja monastika. Kien bniedem intelliġenti ħafna, kien qisu maqtugħ għall-istudju. Imma meta ġie ordnat saċerdot ta’ 30 sena, wera x-xewqa qawwija li jmur missjunarju fil-kontinent Ewropew.

L-ewwel missjoni li mar, flimkien ma’ sħabu, kienet f’dik li llum hi l-Olanda – kienet tissejjaħ Frisija… Kompli aqra »

Xhieda ta’ fidi mingħajr kompromessi – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa offruta għall-martri ta’ żmienna

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Kemm hi ħaġa f’waqtha li llum, meta qed niċċelebraw it-tifkira ta’ San Karlu Lwanga u sħabu martri tal-Uganda, nisimgħu lil Ġesù jgħid: “Alla mhux tal-mejtin imma tal-ħajjin”. Għax f’dan il-ftit kliem ġabar dak li għalih għexu u mietu l-martri tal-Uganda. Mietu biex jagħtu xhieda li hu Alla tal-ħajjin.

San Karlu Lwanga u sħabu kienu 22 żagħżugħ li ngħataw il-martirju fl-Uganda lejn l-aħħar ħmistax-il sena tas-seklu 19 (1885-1887)… Kompli aqra »

Omm il-Knisja – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa offruta għal kull min qed ibati, b’mod speċjali min tilef persuna għażiża waqt il-Covid-19

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Lil Marija narawha bħala Omm il-Knisja diġà fil-bidu tal-Knisja meta, kif smajna fil-Ktieb tal-Atti tal-Appostli, kienet miġbura flimkien mal-appostli huma u jitolbu. Jidher li l-appostli fehmu malajr dak li għamel Ġesù fuq is-salib meta lil Marija qalilha: “Hawn hu ibnek” u lil Ġwanni d-dixxiplu l-maħbub qallu “Hawn hi ommok” u minn dak il-ħin Ġwanni ħadha għandu. Hemmhekk, fuq is-salib, lil ommu taha lilna bħala ommna ħalli tkun hi l-omm li tmexxina fil-ħajja tagħna… Kompli aqra »

Enerġija u kreattività – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fil-festa tal-Għid il-Ħamsin

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Nemmen fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja”. Huwa dan li aħna se nistqarru ftit ieħor meta nagħmlu l-istqarrija tal-fidi tagħna. Hu dan li tfisser il-festa li qed niċċelebraw illum, il-festa ta’ Pentekoste, l-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli; u għalhekk it-twelid tal-Knisja, li twieldet bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.

Minn nies li aktar moħħhom kif se jsalvaw ġildhom, għamilhom nies li lesti li jagħtu ħajjithom… Kompli aqra »

Taf li nħobbok! – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa offruta għall-adolexxenti li kienu se jirċievu l-Griżma tal-Isqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Meta Ġesù jistaqsi lil Pietru għal tliet darbiet “Tħobbni int?”, bħalma rajna llum fl-Evanġelju ta’ San Ġwann, f’moħħna mill-ewwel nassoċċjaw dawn it-tliet darbiet li Ġesù staqsa “Tħobbni?” mat-tliet ċaħdiet li għamel Pietru fil-passjoni ta’ Ġesù. Niftakru f’dak l-episodju, li jsemmuh l-evanġelisti kollha, meta Pietru kien fejn il-qaddejja tal-qassis il-kbir u hemmhekk, meta staqsewh, ċaħad li kien jaf lil Ġesù. Beża’ u ċaħad… Kompli aqra »

Żommna taħt il-ħarsien tiegħek – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa offruta għal dawk li preżentament qed jiddubitaw f'Alla

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Fit-talba li Ġesù għamel għad-dixxipli tiegħu fl-aħħar ċena, hu jgħid lill-Missier biex iżommhom taħt il-ħarsien tiegħu. Hemm f’din it-talba dak is-sens ta’ mħabba, ta’ kura, ta’ għożża, ta’ protezzjoni li Ġesù kellu mad-dixxipli tiegħu, u għalhekk jitlob lill-Missier:  “ħarishom f’ismek” dawn id-dixxipli.

Id-dixxipli kellhom bżonn li jħarishom il-Mulej. Mhux biss għax kienu se jgħaddu mill-esperjenza qarsa tal-passjoni u l-mewt ta’ Ġesù; imma wara l-qawmien tiegħu u bl-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuqhom, setgħu jħossu dan il-ħarsien tal-Mulej, speċjalment meta kellhom jaffaċċjaw  sfidi, diffikultajiet u persekuzzjonijiet huma u jxandru l-Evanġelju… Kompli aqra »