Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

Is-saħħa tas-soċjetà titkejjel mill-progress ta’ dawk l-aktar dgħajfa – L-Isqof Awżiljarju

Quddiesa f'Jum il-Ħajja 2020

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Qrajt darba li s-saħħa tas-soċjetà titkejjel mill-progress ta’ dawk l-aktar dgħajfa. Hu dan il-messaġġ prinċipali li nixtieq inwassal illum f’Jum il-Ħajja.

Insellem lil dawk kollha li qed jipparteċipaw f’dan il-jum speċjali, li qed jiġi ċċelebrat f’Jum il-Preżentazzjoni tal-Mulej, meta aħna niċċelebraw lil Kristu li hu d-dawl biex idawwal lill-ġnus.

Il-laqgħa tagħna hawnhekk flimkien illum mhix kontra xi ħaġa jew kontra xi ħadd… Kompli aqra »

Tintemm il-viżta pastorali fi Fleur-de-Lys

L-Isqof Galea-Curmi f’laqgħa mat-tfal u katekisti fiċ-ċentru parrokkjali ta’ Fleur-de-Lys

Waslet fi tmiemha l-viżta pastorali fi Fleur-de-Lys, b’Quddiesa mmexxija mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi fil-knisja parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu. Għal din iċ-ċelebrazzjoni attendew ukoll il-komunità Filippina u Indjana li jattendu għall-Quddies hemmhekk.

Il-viżta pastorali bdiet bi żjara lill-komunità ta’ Dar Ħanin Samaritan fejn jgħixu membri anzjani tas-soċjetà tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M). Fil-ġranet ta’ wara, l-Isqof Galea-Curmi kellu l-opportunità jiltaqa’ mat-tfal, l-adolexxenti, il-katekisti u l-operaturi pastorali tal-parroċċa kif ukoll żar uħud mill-parruċċani ta’ Fleur-de-Lys f’darhom… Kompli aqra »

L-Isqof Galea-Curmi jiltaqa’ mal-komunità Filippina u Indjana fi Fleur-de-Lys

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-Lys

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ċċelebra Quddiesa għall-komunità Filippina u Indjana, fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-Lys. Il-quddiesa, li kienet animata mill-istess komunità, saret bħala parti miż-żjara pastorali fi Fleur-de-Lys. Wara, l-Isqof Galea-Curmi ltaqa’ ma’ dawk preżenti.

Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti Kompli aqra »

F’kull diffikultà kienet tara opportunità – L-Isqof Awżiljarju

Quddiesa fl-Iskola Santa Monika waqt iż-żjara pastorali fi Fleur-de-Lys

  Skola Santa Monika, Birkirkara

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Kien kważi mitejn sena ilu, fl-1 ta’ Novembru 1820, li Maria Tereża Spinelli rċeviet il-missjoni biex tibda l-ħidma tagħha edukattiva. Is-sena ta’ wara waqqfet l-ewwel skola fi Frosinone, l-Italja, u mill-bidu l-kummenti mill-awtoritajiet kienu tajbin ħafna. Kienu jgħidu kemm kienet skola tajba.

Ftit snin wara, hi waqqfet il-Kongregazzjoni tal-Agostinjani Servi ta’ Ġesù u Marija. Illum, waqt li aħna nfakkru l-170 sena mill-mewt tagħha, nirringrazzjaw lil Alla ta’ din il-mara fundatriċi ta’ din il-kongregazzjoni, li bis-saħħa tagħha u tal-viżjoni tagħha qegħdin hawn… Kompli aqra »

San Sebastjan: bniedem ta’ sinsla – L-Isqof Awżiljarju

Quddiesa fil-festa liturġika ta' San Sebastjan

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Tletin sena ilu, fl-1990, meta ġejt ordnat djaknu, kont mibgħut biex naqdi l-ministeru tiegħi f’din il-parroċċa ta’ San Sebastjan. Kienet esperjenza tassew sabiħa u li bqajt dejjem ngħożż. Fiż-żmien li domt hawn, laqatni kemm l-innu sabiħ lil San Sebastjan joħroġ verament mill-qalb meta jitkanta fil-knisja. Dan l-innu għandu ħafna x’jgħallimna fuq San Sebastjan u l-valur kbir tiegħu fil-ħajja tal-Knisja. Nixtieq insemmi erba’ punti partikulari ta’ dan l-innu u dak li jurina għall-ħajja tagħna llum… Kompli aqra »

L-ewwel nagħrfu l-biżgħat tagħna mbagħad inqegħduhom quddiem il-Mulej – L-Isqof Awżiljarju lill-kappillani

Quddiesa waqt il-Live-in tal-Kappillani

  Is-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

F’din ix-xena mill-Evanġelju ta’ San Mark tolqotni ħafna kif għandna ħin minnhom lil Ġesù jitlob fuq l-għolja, u fl-istess waqt id-dixxipli ġo dgħajsa jitħabtu mar-riħ. Dan qisu rifless tal-esperjenza tal-ewwel komunità Nisranija meta Ġesù tela’ s-sema u d-dixxipli mbagħad kellhom jitħabtu maċ-ċirkostanzi diffiċli tal-ħajja tal-komunità.                                                                                                             

U f’dan kollu hemm dik il-kelma importanti ta’ Ġesu meta ġie u ltaqa’ magħhom: “Agħmlu l-qalb, jiena hu, tibżgħu xejn” (Mk 6:50)… Kompli aqra »

Jixħet id-dija ta’ wiċċu fuqek – L-Isqof Awżiljarju

Quddiesa fis-Solennità ta’ Marija Omm Alla

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

F’dan l-ewwel jum tas-sena, nixtieq li aħna naħsbu speċjalment fuq din il-barka li għadna kif smajna fil-Kelma ta’ Alla, fil-ktieb tan-Numri li tgħid hekk:

Ibierkek il-Mulej u jħarsek,
Jixħet il-Mulej id-dija ta’ wiċċu fuqek u jurik il-ħniena,
Iħares lejk il-Mulej b’imħabba u jagħtik is-sliem
(Num 6:24-26).

Jekk aħna nitolbu din il-barka lil Alla għal matul din is-sena l-ġdida, ikollna tassew għajnuna kbira… Kompli aqra »

Familja li għamlet żmien homeless u refuġjata – L-Isqof Awżiljarju

Quddiesa fil-Festa tal-Familja Mqaddsa

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Hija familja, li għal xi żmien kienet homeless u refuġjata, dik li l-Knisja tqiegħed quddiemna bħala ispirazzjoni għall-ħajja tagħna.

Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi kienet familja li għaddiet minn ħafna tbatija, fost l-oħrajn, kif rajna fl-Evanġelju llum, kellha taħrab minn pajjiżha – kienet refuġjata – bis-sofferenza kollha li dan kien ifisser. Dak iż-żmien ma kienet la faċli u lanqas xi ħaġa komda li tagħmel dak il-vjaġġ biex tħares il-ħajja tat-tifel li kienet fil-periklu… Kompli aqra »

Is-Salvatur tagħna hu wieħed – L-Isqof Awżiljarju

Quddiesa fil-lejla tal-Milied

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

X’sens għandu li qegħdin niċċelebraw illum il-Milied – il-ġrajja ta’ ferħ kbir – fis-sitwazzjoni li qed ngħixu fiha bħalissa fis-soċjetà tagħna f’Malta? Naħseb li l-Milied għandu messaġġ importanti ħafna għal ħajjitna llum. Insemmi żewġ affarijiet, fost diversi li tista’ tirrifletti fuqhom f’din il-ġrajja.

Dan hu s-Salvatur

L-ewwel nett, dak li smajna f’kull qari llum fil-Kelma ta’ Alla, hu ċar: “Illum tweldilna Salvatur”… Kompli aqra »

Dawl li jfisser tama – L-Isqof Awżiljarju

Quddiesa fil-festa ta’ Santa Luċija

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Luċija Martri u Verġni, l-Imtarfa

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Santa Luċija hi qaddisa li hija ’l bogħod minna fiż-żmien. Għexet fit-tielet seklu u mietet martri fil-bidu tar-raba’ seklu, fis-sena 304. Hi ’l bogħod fiż-żmien, imma fl-istess waqt hi viċin ħafna tagħna fil-messaġġ li tagħtina għal ħajjitna llum.

Nixtieq insemmi tliet punti prinċipali dwarha.

Marbuta ma’ dak li jibqa’ għal dejjem

Santa Luċija rabtet qalbha ma’ dak li jibqa’ għal dejjem… Kompli aqra »