Rebaħ id-dinja? – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa offruta sabiex meta tgħaddi din il-pandemija nħarsu dejjem aktar id-dar komuni tagħna u nagħtu aktar każ l-ħtigijiet ta’ ħutna l-aktar dgħajfa
25/05/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
“Jien irbaħt id-dinja”. Dan il-kliem smajna lil Ġesù jgħidu fl-Evanġelju llum. Hu kliem li qal fl-aħħar ċena. Jidher qisu kliem mhux daqshekk f’postu meta tiftakar li qed jgħidu ftit mumenti qabel il-passjoni u l-mewt tiegħu, meta kien imsallab fuq is-salib bl-agħar forma ta’ mewt. X’rebħa hija dik? Meta n-nies li kien hemm ħarsu lejh fuq is-salib, qalu: din hi l-akbar telfa, mhux rebħa! … Kompli aqra »