Il-kreattività fil-qadi – L‑Isqof Galea‑Curmi
Quddiesa f'Ħamis ix-Xirka
09/04/2020 Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal BalzanL-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
Ġesù ħabbhom sal-aħħar. Parti minn din l-espressjoni tal-imħabba tiegħu kienet li jagħti xi xokkijiet lid-dixxipli tiegħu. Hawn, f’din is-silta, jagħtihom tnejn, xokk ikbar mill-ieħor.
L-ewwel meta hu stess niżel jaħsel saqajn id-dixxipli, u bir-raġun ħaduha bi kbira, bħalma jgħidlu Pietru. Din qatt ma kienet issir. Setgħu qalulu: ‘Qatt ma għamilna hekk, qatt ma ħdimna b’dal-mod’. Imma hu hemmhekk ried jispjegalhom l-iktar ħaġa importanti: li hu sar bniedem biex jingħata… Kompli aqra »