Messaġġi tal-Arċisqof Emeritu Mons Pawlu Cremona O.P.

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF F’JUM L-INDIPENDENZA 2011

KonKatidral ta’ San Ġwann

21 ta’ Settembru, 2011

Eċċellenza Sur President ta’ Malta u Sinjura Abela,

Ħuti,

Il-bniedem minnu nnifsu jħoss il-bżonn li jfakkar dawk il-ġrajjiet li jkunu mmarkawlu ħajtu.

Meta jiftakar fihom, ma jibqgħux biss memorja iżda jfissru tiġdid u riflessjoni ġdida fuq dak li jkun għadda minnu snin qabel… Kompli aqra »

MESSAĠĠ MILL-ARĊISQOF FIL-FTUĦ TAS-SENA PASTORALI TAĊ-ĊENTRU TAL-VOKAZZJONIJIET

Seminarju, tal-Virtu

17 ta’ Settembru 2011

Ir-riflessjoni li aħna nagħmlu bħala nsara nagħmluha dwar il-kelma t’Alla.  Il-mistoqsijiet li jagħmel il-bniedem li jemmen ma jippruvax isolvihom biss bil-moħħ tiegħu imma jsolvihom billi jisma’ l-kelma t’Alla u jkun jaf it-tweġiba.  U meta aħna ngħidu: imma x’inhi d-dinjita tal-bniedem?  U aħna naqraw fil-kelma t’Alla li Alla l-Imbierek ħalaq lil kull bniedem, raġel u mara, xbieha tiegħu.  … Kompli aqra »

MESSAĠĠ MILL-ARĊISQOF GĦAL JUM IL-VITORJA 2011

KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

8 ta’ Settembru 2011

Ħuti,

Aħna bħala poplu Malti qegħdin niċċelebraw dawk il-mumenti fl-istorja tagħna meta Malta ħelset minn żewġ Assedji: dak fl-1565 u dak fl-1943. Kull mument fih importanza fih innifsu fl-istorja tal-persuna jew tal-pajjiż.

Aħna llum qegħdin hawnhekk proprju biex napprezzaw dawn il-mumenti fl-istorja tagħna li kienu bidu ta’ sensiela li sawret l-istorja tagħna… Kompli aqra »

MESSAĠĠ MILL-ARĊISQOF FL-OKKAŻJONI TAL-FONDAZZJONI ĠDID TAS-SORIJIET KLARISSI F’GĦAWDEX

Dar tal-Klarissi, San Ġiljan

20 ta’ Awwissu 2011

Ħuti,

Intom għażiltu l-jum u l-jum huwa marbut mal-Liturġija tal-Ħadd,  allura jien se nieħu xi siltiet, mill-Kelma ta’ Alla tal-ġurnata għall-aħwa li sejrin Għawdex. Għax dawn iż-żewġ lezzjonijiet donni rajthom li bihom il-Mulej jaf jipprovdi r-riflessjonijiet tiegħu. Għalhekk jien ħadt siltiet mill-Ittra lir-Rumani u mill-Vanġelu skont S… Kompli aqra »

MESSAĠĠ MILL-ARĊISQOF FL-OKKAŻJONI TAL-VĠILI TAS-SOLENNITA TA’ SIDTNA MARIJA MTELLGĦA S-SEMA

Knisja Parrokkjali, ħ’Attard

14/08/011

Ħuti,

aħna llum qegħdin niċċelebraw is-solennita tat-tlugħ fis-sema ta’ Sidtna Marija. Aħna bħala bnedmin nemmnu f’dak il-misteru li meta mmutu hija r-ruħ tagħna li titla’ għand Alla l-Imbierek imma fl’aħħar taż-żminijiet il-ġisem tagħna li kien trab, dak il-ġisem li ġo fih hemm iż-żerriegħa tad-dnub, jerġa jsir ġisem glorjuż.  Fil-każ ta’ Sidtna Marija dan ma seħħx… Kompli aqra »

MESSAĠĠ MILL-ARĊISQOF FL-OKKAŻJONI TAL-ORDINAZZJONI TA’ 12-IL PRESBITERU

3 ta’ Lulju 2011

Ħuti,

Aħna qegħdin miġburin bħala komunita nisranija biex nassistu għal wieħed mis-sagramenti li, permezz tagħhom, Alla l-Imbierek jagħti l-grazzji tiegħu.

Illum il-Knisja, permezz tiegħi se tagħti l-Orni Sagri tal-presbiterat il dawn it-tnax il-djaknu. U meta aħna qed nitkellmu fuq l-għoti ta’ dan is-sagrament, irridu nikkonsidraw anke żewġ affarijiet differenti.

L-ewwelnett hija l-qawwa li tiġi permezz ta’ dan is-Sagramnent… Kompli aqra »

MESSAĠĠ MILL-ARĊISQOF WAQT QUDDIESA GĦAR-ROMOL

Kappella ta’ Kristu Re, Mrieħel

25/06/11

Ħuti,

Snin ilu kont Pirjol, u niftakar li konna bdejna Ladies’ Circle u kien hemm xi ħadd u qalli:  “Isma’ għaliex ma nibdewx ukoll grupp tar-romol?”  Għaliex ovvjament f’kull ċirkostanza tal-ħajja l-iktar persuna li tista’ tifhmek hija l-persuna li tgħaddi mill-istess esperjenza.  U din il-persuna qaltli:  “Jekk inlaqqgħu dawn ir-romol ikunu t’appoġġ għal xulxin… Kompli aqra »

QALB IL-KNISJA DEJJEM ĦABTET MA’ QALB IL-FAMILJI MALTIN – L-ARĊISQOF

F’messaġġ waqt Quddiesa għall-attivisti tal-Moviment Żwieġ Bla Divorzju, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. qal li xtaq li l-Knisja kienet f’pożizzjoni li tikkontribwixxi għajnuna finanzjarja akbar biex il-Moviment jinforma lin-nies bl-effetti ħżiena tad-divorzju: “Wettaqna dmirna meta kkontribwejna finanzjarjament biex ma jidħolx id-divorzju f’pajjiżna.”

L-Arċisqof irringrazzja lil dawk kollha li ħadmu biex jiddefendu ż-żwieġ u l-familja matul il-kampanja referendarja u qal li xtaq juri l-apprezzament tiegħu lejn l-attivisti tal-Moviment u l-familji tagħhom li ħadmu b’tant sagrifiċċju biex iwasslu l-messaġġ tagħhom… Kompli aqra »

MESSAĠĠ MILL-ARĊISQOF FIL-VĠILI TA’ PENTEKOSTE



Ħuti,

Din is-sena aħna ġbarna l-esperjenza tal-ewwel Knisja taħt it-tmexxija tal-Ispirtu s-Santu f’dawn it-tlett siltiet: “Id-dixxipli mtlew bil-ferħ u bl-Ispirtu s-Santu” (At 8,4); “bdew ixandru l-Kelma tal-Bxara t-Tajba kull fejn marru” (At 13,52) u b’hekk “il-Kelma t’Alla baqgħet tixtered ma’ l-art kollha” (At 13,40).

Dan il-vġili jrid iħejjina għal dik il-ġrajja li permezz tagħha twieldet il-Knisja: Għid il-Ħamsin… Kompli aqra »

MESSAĠĠ MILL-ISQFIJIET WARA R-REFERENDUM DWAR ID-DIVORZJU

Għadna kemm għaddejna mir-Referendum Konsultattiv dwar id-dħul tad-Divorzju f’pajjiżna. Aħna qed nippubblikaw din in-nota qabel ma sirna nafu r-riżultat tar-referendum. Xtaqna li din ir-riflessjoni tagħna tkun indipendenti mir-riżultat. Din id-darba, dan ir-riżultat tar-Referendum mhux il-għan li rridu nilħqu, iżda l-punt ta’ tluq ta’ sforz kbir u nvestiment tal-Knisja u tal-pajjiż tagħna favur iż-żwieġ u l-familja.

Dak li għaddejna minnu f’dawn il-ġimgħat kien mument fil-proċess demokratiku, li fih rajna ġustament idejat differenti fuq dak li wieħed jaħseb li hu l-aħjar għall-familja f’pajjiżna… Kompli aqra »