Il-Knisja f’Malta tifraħ lil Fr Fabio Attard SDB bħala suċċessur ta’ Don Bosco
25/03/2025Il-Knisja f’Malta tifraħ lil Fr Fabio Attard SDB li nħatar bħala l-11-il suċċessur ta’ Don Bosco fil-missjoni pastorali tiegħu ta’ Rettur Maġġur tal-Konkregazzjoni Salesjana.
F’dan il-mument tant sabiħ għall-Knisja f’Malta u għall-Knisja Universali, nitolbu għal Fr Fabio f’din il-missjoni ġdida ta’ ragħaj fdata lilu f’136 pajjiż madwar id-dinja.
F’telefonata ma’ Fr Fabio ftit wara t-tħabbira tal-ħatra tiegħu, l-Arċisqof Charles Scicluna u l-Isqof Awżilarju Joseph Galea-Curmi awgurawlu għal din il-ħidma l-ġdida u wegħduh is-sapport u t-talb tal-Knisja f’Malta… Kompli aqra »