Stqarrijiet għall-Istampa

Il-formazzjoni tal-Insara għad-dinja tal-lum

Korsijiet mill-Istitut ta' Formazzjoni Pastorali

Award in Creating and Animating Prayer Spaces hu wieħed mill-korsijiet offruti mill-Istitut għall-Formazzjoni Pastorali

Fl-ewwel semestru tas-sena akkademika, li jibda f’Ottubru 2023, l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali ser joffri ’l fuq minn 30 kors. Dawn il-korsijiet ser jiġu offruti b’modi differenti: in-person, hybrid u online. 

Il-korsijiet offruti huma dawn: 

Nieħdu ħsieb is-saħħa mentali tagħna u ta’ xulxin

Stqarrija mill-Isqfjiet ta' Malta u Għawdex għall-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali 2023

Fl‑okkażjoni tal‑Jum Dinji għas‑Saħħa Mentali 2023, bit‑tema ‘Is‑saħħa mentali hija dritt universali tal‑bniedem’, aħna l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex nixtiequ nenfasizzaw kemm hu importanti li lkoll kemm aħna nieħdu ħsieb is‑saħħa mentali tagħna u tal‑oħrajn.

Niftakru, b’mod speċjali, f’dawk li għaddejjin minn problemi fis‑saħħa mentali tagħhom. Inħeġġukom bil‑ħerqa: fittxu l‑għajnuna li teħtieġu.

Nirringrazzjaw lil dawk kollha, fosthom NGOs, li qed jiddedikaw ruħhom b’impenn kbir biex joffru terapija u jagħtu risposta dinjituża fejn hemm problemi ta’ saħħa mentali… Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ San Girgor f’Tas-Sliema

L‑Arċisqof Charles Scicluna qed jafda il‑ħidma pastorali tal‑parroċċa ta’ San Girgor il‑Kbir f’Tas‑Sliema, f’idejn Mons. Etienne Sciberras. Monsinjur Arċisqof jirringrazzja lil Dun Victor Scicluna tal‑ħidma tiegħu bħala kappillan f’din il‑parroċċa għal dawn l‑aħħar 12‑il sena.

Dun Etienne twieled f’Tas‑Sliema fil‑21 ta’ Frar 1969. Irċieva l‑edukazzjoni tiegħu fl‑iskola Immaculate Conception f’Ħal Tarxien, fis‑Seminarju Minuri f’Tal‑Virtù fir‑Rabat, u fis‑Sixth Form tal‑Kulleġġ Stella Maris fil‑Gżira. Kompla l‑istudji terzjarji fil‑Filosofija u t‑Teoloġija u ggradwa fit‑Teoloġija Pastorali mill‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta… Kompli aqra »

Open Day 2023: Skopri l-qalb tal-Knisja

Wirja awdjo-viżiva li tispjega l-episodji bibliċi mpittra fis-seklu 18 fir-Refettorju, fil-kuntest ta’ temi importanti għas-soċjetà tal-lum. Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace

Nhar il‑Ħadd li ġej, 8 ta’ Ottubru 2023, il‑pubbliku huwa mistieden iżur il‑Kurja tal‑Arċisqof fil‑Furjana waqt l‑attività Ġenna ta’ Ġonna. It‑tema magħżula għall‑open day ta’ din is‑sena hi “Knisja li taqdi” fejn il‑viżitaturi se jkunu jistgħu jesperjenzaw x’tagħmel il‑Knisja fil‑qasam tad‑djakonija, jiġifieri l‑ħidma tagħha mal‑persuni fil‑bżonn fis‑soċjetà tagħna… Kompli aqra »

Inawgurat il-proġett Church Trails of Malta

Ġie inawgurat iċ-Church Trails of Malta, proġett li permezz tiegħu knejjes li jinsabu f’26 lokalità madwar Malta, inġabru ġeografikament biex titjib l‑esperjenza tal‑Maltin u t‑turisti li jżurhom u jiġi apprezzat aktar il‑patrimonju kulturali Malti. Il‑knejjes u l-kappelli magħżula huma l‑istess li f’dawn l‑aħħar ħames snin għaddew minn xogħol ta’ konservazzjoni u restawr permezz ta’ fondi Ewropej, b’ħafna miż-żoni huma ddedikati lill‑Madonna u lil San Pawl… Kompli aqra »

Ħatriet ġodda: kappillan għal Pembroke, chaplain għall-Junior College u Direttur Nazzjonali tal-Abbatini

Dun Aayrton Muscat Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ Pembroke

L-Arċisqof Charles Scicluna qed jafda il-ħidma pastorali tal-parroċċa ta’ Kristu Rxoxt f’Pembroke f’idejn Dun Aayrton Muscat biex ikun il-kappillan il-ġdid tagħha.

Dun Aayrton Muscat twieled fis-26 ta’ Novembru 1992. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja tal-Imtarfa, fil-Kulleġġ San Elija f’Santa Venera, fil-Junior College u l-Higher Secondary. Huwa kompla l-istudji terzjarji fil-Filosofija u t-Teoloġija fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta… Kompli aqra »

L-Arċisqof jieħu sehem fis-Sinodu tal-Isqfijiet fil-Vatikan

L-Arċisqof Charles Scicluna ħalla Malta dalgħodu sabiex jieħu sehem fis-Sinodu tal-Isqfijiet dwar is-Sinodalità li se jsir fil-Vatikan bejn l-4 u d-29 ta’ Ottubru 2023.

Waqt dan is-Sinodu, fejn se jiġu diskussi l-qofol tal-ħajja u l-missjoni tal-Knisja, se jieħdu sehem 464 persuna, li huma kardinali, isqfijiet, saċerdoti, reliġjużi u anke lajċi. Dan is-Sinodu qed jitqies bħala pass importanti għall-Knisja Kattolika għaliex, għall-ewwel darba, il-lajċi rġiel u nisa se jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ… Kompli aqra »

20,000 student u edukatur lura fl-iskejjel tal-Knisja

Bidu tas-sena skolastika 2023-2024

L-iskejjel tal-Knisja reġgħu fetħu l-bibien tagħhom għal sena skolastika ġdida. Madwar 17,000 student u 3,000 edukatur qed jingħaqdu f’dawn il-jiem f’waħda mill-55 skola tal-Knisja fil-livelli ta’ kindergarten, primarja, sekondarja u s-sitt sena post-sekondarja. Fost dawn, madwar 2,000 student u 140 edukatur li se jidħlu f’dawn l-iskejjel għall-ewwel darba.

Bi tħejjija għal din is-sena, is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija organizza żewġ laqgħat bejn l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, iċ-chaplains tal-iskejjel, u l-edukaturi li qed jibdew jagħtu servizz fi skola tal-Knisja… Kompli aqra »

Ekonomija li tagħti dinjità lill-bniedem – L-Arċisqof f’Jum l-Indipendenza

Pontifikal statali f'Jum l-Indipendenza

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Bħal‑lum disgħa u ħamsin sena ilu, Malta ċċelebrat it‑twelid tagħha bħala stat sovran u indipendenti, immexxi mill‑Maltin. Għall‑ewwel darba pajjiżna ma kienx aktar dipendenti fuq deċiżjonijiet li jieħu ħaddieħor għalina. Ma bqajniex poplu maħkum, imma l‑ħakma waqgħet f’idejn il‑poplu, li kull ħames snin jagħżel lil min se jiddelega biex jeżerċita din il‑ħakma.

Bħala stat sovran, forsi illudejna ruħna li konna ħlisna darba għal dejjem minn dawk id‑dipendenzi li ma jħalluniex nikbru u nilħqu l‑milja tagħna… Kompli aqra »

Arċipriet ġdid fil-parroċċa taż-Żejtun u kappillan fil-parroċċa ta’ Birżebbuġa

Dun Anton Galea-Scannura Arċipriet ġdid għall-parroċċa taż-Żejtun

L-Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun Anton Galea-Scannura bħala l-arċipriet il-ġdid tal-parroċċa ta’ Santa Katarina fiż-Żejtun. Hu se jkun megħjun minn Dun Bernard Micallef bħala viċi-parroku.

Dun Anton Galea-Scannura twieled il-Belt Valletta fis-17 ta’ Lulju 1973. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja ta’ Stella Maris f’Ħal Balzan, fil-Junior Lyceum tal-Ħamrun, u fil-Junior College. Huwa kompla l-istudji terzjarji fil-Filosofija u t-Teoloġija fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta… Kompli aqra »