Stqarrijiet għall-Istampa

Filmat: Għajnuna lill-ommijiet li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli waqt it-tqala

Servizz offrut lill-ġenituri minn entitajiet differenti

  Dar Nazaret, Ħal Tarxien

Minn għada t‑Tnejn, 29 ta’ Novembru 2021, fil‑parroċċa ta’ Ħal Tarxien se tibda tingħata għajnuna professjonali u emozzjonali lill‑ommijiet li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli waqt it‑tqala, kif ukoll lill‑missirijiet. Il‑ġenituri se jingħataw l‑għajnuna meħtieġa permezz ta’ appoġġ emozzjonali, kura pastorali u counselling, kif ukoll provvista ta’ oġġetti relatati ma’ qabel u wara t‑twelid tat‑tarbija. Dan is‑servizz se jingħata mill‑parroċċa ta’ Ħal Tarxien flimkien ma’ parroċċi oħra, u b’kollaborazzjoni ma’ LifeNetwork Foundation, St Jeanne Antide Foundation u Caritas Malta… Kompli aqra »

Stqarrija dwar l-attivitajiet reliġjużi approvati mill-Kurja

Il‑Kurja tal‑Arċisqof tixtieq tiċċara li l‑protokolli għall‑attivitajiet reliġjużi jikkonċernaw dak li jsir fil‑knejjes u f’postijiet li jintużaw għall‑qima reliġjuża. Rigward ċelebrazzjonijiet esterni bħalma huma l‑purċissjonijiet tal‑festi, il‑Kurja tippermetti li dawn isiru meta, kif u jekk jiġu approvati mill‑Awtoritajiet tas‑Saħħa. Din il‑pożizzjoni kienet tħabbret diġà mill‑Kurja f’Mejju li għadda.

Kif sar s’issa, il‑Knisja se tibqa’ fi djalogu mal‑Awtoritajiet tas‑Saħħa u stakeholders oħra bħalma hi l‑Għaqda Nazzjonali Każini tal‑Banda… Kompli aqra »

49 persuna jiggradwaw mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali

49 persuna temmew b’suċċess wieħed mis‑sitt korsijiet li ġew offruti matul l‑aħħar sena akkademika mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali flimkien ma’ entitajiet oħra tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Iċ‑ċerimonja annwali tal‑gradwazzjoni saret ilbieraħ, it‑Tnejn 22 ta’ Novembru 2021, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina, u tmexxiet mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna. Iċ‑ċerimonja bdiet b’quddiesa ta’ ringrazzjament u wara saret il‑preżentazzjoni taċ‑ċertifikati.

Il‑korsijiet li temmew il‑parteċipanti kienu: fl‑oqsma tal‑familja, it‑teoloġija, l‑ekumeniżmu, il‑kura pastorali fl‑iskejjel, l‑istudji fl‑ispiritwalità Injazjana, u l‑iskopertà tal‑fidi permezz tal‑arti… Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni djoċesana fil-festa ta’ Kristu Re

Terġa' ssir l-Assemblea Djoċesana annwali

Nhar il‑Ħadd li ġej, 21 ta’ Novembru 2021, il‑Knisja Kattolika ser tiċċelebra l‑festa liturġika ta’ Kristu Re. L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna flimkien mal‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi qed jistiednu lill‑Insara jingħaqdu magħhom għal din iċ‑ċelebrazzjoni djoċesana.

Din tibda fil‑5:00 p.m. u ser issir fil‑Bażilika Minuri ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, fejn tingħad it‑talba ta’ filgħaxija (l‑għasar). Qabel iċ‑ċelebrazzjoni ser ikun hemm servizz ta’ qrar u wara jkun hemm quddiesa… Kompli aqra »

22 entità b’position paper lill-membri parlamentari dwar l-użu rikreattiv tal-kannabis

Jappellaw għal dibattitu matur u riċerkat

Tnejn u għoxrin entità ppreżentaw lill‑membri parlamentari position paper dwar l‑abbozz ta’ liġi dwar l‑użu rikreattiv tal‑kannabis. L‑entitajiet, li qed jesprimu l‑oppożizzjoni tagħhom għal din il‑liġi, huma mħassba serjament dwar l‑effetti li ser ikollha fuq is‑soċjetà u qed jappellaw għal dibattitu serju, matur u riċerkat dwar is‑suġġett. Il‑liġi proposta se tkun ppreżentata llum fil‑Parlament għad‑dibattitu.

L‑entitajiet kollha, li ħafna minnhom jaħdmu ma’ tfal u żgħażagħ, jemmnu bis‑sħiħ li kif inhu ppreżentat bħalissa, l‑abbozz se jkollu effett negattiv li jinnormalizza l‑użu tad‑droga filwaqt li jonqos milli jipproteġi kemm lis‑soċjetà kif ukoll lil min juża d‑droga… Kompli aqra »

Aktar minn 1,800 post vakanti għall-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja

Dħul fl-iskejjel tal-Knisja f'Malta u Għawdex fl-2022

Ir‑regolamenti għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja għas‑sena skolastika 2022‑2023 ser jiġu ppubblikati t-Tlieta 16 ta’ Novembru 2021, u huma aċċessibbli hawnhekk. B’kollox ser ikun hemm 1,848 post vakanti għall‑istudenti (1,596 f’Malta u 252 f’Għawdex). L‑applikazzjonijiet se jsiru kollha online. L‑applikazzjonijiet tal‑‘Ewwel Kriterju’ jsiru bejn it‑23 ta’ Novembru u t‑2 ta’ Diċembru 2021. L‑applikazzjonijiet ta’ ‘Applikanti l‑Oħra’ jintlaqgħu bejn l‑1 u l‑14 ta’ Frar 2022… Kompli aqra »

Kumitat ġdid tal-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja

Waqt il‑laqgħa ġenerali annwali tal‑Assoċjazzjoni tal‑Iskejjel tal‑Knisja (CSA), li tirrappreżenta 55 skola tal‑Knisja f’Malta u Għawdex, intagħżlu l‑membri l‑ġodda tal‑kumitat għas‑snin 2021‑2024.

Fr Jimmy Bartolo SJ ġie kkonfermat bħala koordinatur tal‑assoċjazzjoni. Stephen Cachia ntagħżel bħala viċi kordinatur, Fr Jeremy Vella SDB bħala teżorier, Mariuccia Fenech bħala segretarja u Roberta Mifsud Bonnici bħala viċi segretarja. Fr Clinton Farrugia MSSP, Dun Mark Ellul, Mario Mallia, u Elton Vella ntagħżlu bħala membri tal‑kumitat… Kompli aqra »

It-tmiem tal-ippjanar f’Malta?

Riflessjoni mill-Kummissjoni Ambjent għall-Jum Dinji tal-Ippjanar Urban 2021

In recent months the message from several Government officials has been that they have their hands ‘tied’ when it comes to changing certain development plans and policies. This self-freezing attitude is one of choice and is not imposed on them by any legislation. They also choose to take long in making the changes to other plans and policies that they had promised to change. Such an attitude gives the impression that plans and policies in Malta can never change and when changed, so much time would have passed that one wonders whether the underlying reason is a laissez-faire attitude that allows developers to plunder the country’s urban and natural environment at the expense of communities that live in the affected areas and the wider general public… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Novembru 2021

L‑Arċisqof iċċelebra Quddiesa fit‑Tifkira tal‑Mejtin Kollha, fiċ‑Ċimiterju tal‑Addolorata, Raħal Ġdid. Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti

Matul ix‑xahar ta’ Novembru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana…
  • Kompli aqra »

Żewġ kandidati ġodda għas-saċerdozju

Żewġ seminaristi fil‑ħames sena ta’ preparazzjoni fis‑Seminarju tal‑Arċisqof se jitolbu lill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna biex jaċċettahom bħala kandidati għall‑Ordinazzjoni Djakonali u Saċerdotali. Din iċ‑ċelebrazzjoni ser issir nhar it‑Tnejn, l‑1 ta’ Novembru 2021, waqt il‑quddiesa f’Jum il‑Qaddisin Kollha fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fis‑6:30 p.m.

Malcolm Saliba mill‑Parroċċa ta’ Santa Marija, Ħ’Attard, u Karl Andrew Schembri mill‑Parroċċa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, il‑Mellieħa, ser jistqarru pubblikament ir‑rieda tagħhom li joffru lilhom infushom lill‑Knisja biex iservu bħala saċerdoti… Kompli aqra »