Stqarrijiet għall-Istampa

Ġbir ta’ fondi għall-vittmi tal-Afganistan u tal-Ħaiti

Caritas Malta b'sejħa ta' emerġenza

Fuq talba tal‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, Caritas Malta f’kollaborazzjoni ma’ Caritas Internationalis qed tappella għad‑donazzjonijiet ta’ flus b’risq il‑poplu tal‑Afganistan u dak tal-Ħaiti, li qed ibatu minħabba ċirkustanzi li għaddej minnhom pajjiżhom. F’dawn iż‑żewġ pajjiżi għadd kbir ta’ persuni qed jgħaddu minn ħafna tbatija u biża’ wara li tilfu djarhom u spiċċaw mingħajr ikel u affarijiet bażiċi sanitarji fost diffikultajiet oħra.

Fl‑Afganistan, eluf ta’ persuni qed jippruvaw jaħarbu minn pajjiżhom wara li t‑Talibani reġgħu ħadu kontroll tal‑pajjiż… Kompli aqra »

“Kull Pass Jgħodd” – 265 kilometru b’risq Fondazzjoni Sebħ

25 voluntiera se jimxu l-Camino de Santiago b'risq Fondazzjoni Sebħ

Għadd ta’ voluntiera mill-grupp Caminiamo l-ġimgħa d-dieħla se jagħmlu l-Pellegrinaġġ ta’ San Ġakbu magħruf bħala l-Camino de Santiago fi Spanja. Id-donazzjonijiet miġbura se jmorru b’risq l-entità tal-Knisja Fondazzjoni Sebħ, biex tkun tista’ tiftaħ ċentru terapewtiku f’Santa Venera li se jgħin lit-tfal, l-adolexxenti u n-nisa li joqgħodu f’waħda mir-residenzi tal-fondazzjoni.

Il-motto tal-pellegrinaġġ ta’ din is-sena hu ‘Kull Pass Jgħodd’ b’riferiment għall-mixja nnifisha kif ukoll għal kull pass żgħir ’il quddiem li jsir waqt it-terapija… Kompli aqra »

Inawgurati żewġ pitturi ta’ Francesco Zahra fil-Bażilika tal-Isla

Proġett mill-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali b'fondi tal-Unjoni Ewropea

Ġie inawgurat ix‑xogħol ta’ restawr u konservazzjoni fuq żewġ pitturi tal‑artist Malti Francesco Zahra, li jinsabu fil‑kor tal‑Bażilika Minuri ta’ Marija Bambina, l‑Isla. Dan il‑proġett sar mill‑Fondazzjoni għall‑Patrimonju Kulturali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. L‑inawgurazzjoni saret mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi. Preżenti wkoll is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross, u l‑Arċipriet Kan… Kompli aqra »

Ix-Xahar tal-Ħolqien 2021: Nagħtu widen leħen iċ-ċittadin

Stqarrija għall-istampa mill-Kummissjoni Ambjent għax-Xahar tal-Ħolqien

Fl‑okkażjoni tax‑Xahar tal‑Ħolqien (mill-1 ta’ Settembru sal-4 ta’ Ottubru), il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) qed toffri xi riflessjonijiet li jistgħu jgħinu lil pajjiżna jagħmel l‑aħjar għażliet sabiex jiżgura kwalità tal‑ħajja li tassew tixraq lilna u lil uliedna.

Il‑ħtieġa ta’ dibattiti sinċiera u onesti

L‑istorja turina li l‑ebda naħa tal‑Kamra tal‑Parlament Malti ma tista’ tqis lilha nnifisha bħala xi paladin tal‑ambjent. Id‑difiża ġenwina tal‑ambjent, fil‑maġġoranza assoluta tal‑każi, dejjem waqgħet fuq dahar l‑NGOs, id‑diversi kunsilli lokali li kellhom il‑kuraġġ jitkellmu lil hinn mill‑interessi dojoq partiġġani, u ċ‑ċittadini ta’ kuxjenza… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Settembru 2021

Matul ix‑xahar ta’ Settembru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m…
  • Kompli aqra »

Inawgurat ir-restawr fuq żewġ kappelli antiki f’Ħal Għargħur

Proġetti mill-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali b'fondi tal-Unjoni Ewropea

Il-Kappella taż-Żellieqa

Tlesta x‑xogħol ta’ restawr u konservazzjoni fuq żewġ kappelli ddedikati lil Marija Assunta, magħrufa bħala ‘taż‑Żellieqa’ u ‘ta’ Bernarda’, żewġ kappelli tas‑seklu 17 li jinsabu f’Ħal Għargħur. Dan sar mill-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Il‑proġetti ġew inawgurati mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi. Preżenti wkoll is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross, u l‑kappillan Dun Christopher Galea… Kompli aqra »

L-Arċisqof jinawgura kollezzjoni tal-arti fil-Mużew tal-Katidral tal-Mdina

Din il-kollezzjoni hija miftuħa għall-pubbliku mil-lum

L‑Arċisqof Charles Scicluna inawgura kollezzjoni ġdida ta’ opri tal‑arti fil‑Mużew tal‑Katidral tal‑Imdina. Din ingħatat b’donazzjoni minn Dr John Bugeja Caruana biex titgawda mill-pubbliku. Il‑kollezzjoni, li tinsab fis‑Sala Nobile tal‑mużew, tinkludi pitturi, għamara, għadd ta’ muniti antiki u artifatti oħra taċ‑ċeramika u tal‑fidda. Il‑pitturi jinkludu xogħlijiet ta’ Mattia Preti, Antoine Favray, Francesco Zahra u oħrajn, waqt li l‑kollezzjoni tal‑għamara hija waħda mill‑ifjen f’Malta.

Fil‑messaġġ tiegħu waqt l-inawgurazzjoni, l‑Arċisqof Charles Scicluna rringrazzja lil
Dr Bugeja Caruana tal‑ġenerożità u l‑fiduċja kbira tiegħu li jgħaddi dan il‑patrimonju artistiku lill‑Knisja sabiex jitgawda mill‑pubbliku Malti u mit‑turisti… Kompli aqra »

Inawgurat ir-restawr fuq il-faċċata tal-knisja ta’ Ħ’Attard

Il-proġett huwa kofinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea

Tlesta x‑xogħol ta’ restawr fuq il‑faċċata u l‑ħajt ta’ ġenb wieħed tal‑knisja parrokkjali ta’ Santa Marija f’Ħ’Attard, xogħol li sar b’investiment ta’ €61,000 b’kofinanzjament minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Il‑proġett ġie inawgurat dalgħodu mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi. Preżenti wkoll il‑Kap tat‑Taqsima Proprjetà tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Roberto Buontempo, u l‑kappillan Dun Joseph Grech.

Permezz ta’ dan il‑proġett, li għalih ikkontribwixxa wkoll il‑poplu ta’ Ħ’Attard, twettaq xogħol ta’ restawr fuq il‑faċċata u l‑ġenb tal‑knisja wara li dawn ġew affettwati mid‑deterjorazzjoni tal‑ġebla, fosthom l‑espożizzjoni għall‑elementi naturali, l‑umdità u t‑tniġġis tal‑arja… Kompli aqra »

Il-Knisja bi proġett ġdid li ser jgħin liż-żgħażagħ fl-Isla

Il-proġett huwa kofinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea

Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta, permezz tal‑Fondazzjoni għall‑Opri Soċjali, applikat u ngħatat il‑fondi tal‑Unjoni Ewropea biex tmexxi proġett soċjali għaż‑żgħażagħ tal‑Isla. L‑għan ewlieni tal‑proġett hu li jħeġġeġ u jagħti l‑għodda meħtieġa lill‑adolexxenti u ż‑żgħażagħ ta’ bejn 12 u 19‑il sena, sabiex ikollhom esperjenzi pożittivi u opportunitajiet ġodda permezz ta’ programmi ta’ taħriġ.

Dan il‑proġett b’investiment ta’ €86,000, li 80% ser jiġu ffinanzjati mill‑Fond Soċjali Ewropew, tħabbar waqt konferenza tal‑aħbarijiet li saret dalgħodu fil‑Bażilika Minuri ta’ Marija Bambina fl‑Isla… Kompli aqra »