Stqarrijiet għall-Istampa

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Lulju 2021

Matul ix‑xahar ta’ Lulju l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ ommijiet b’diffikultajiet waqt it-tqala

Żjara f’Dar Tgħanniqa ta’ Omm

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ltaqa’ ma’ wħud mill‑ommijiet li bħalissa qed jgħixu fir‑residenza Dar Tgħanniqa ta’ Omm, il‑Mosta, li tgħin nisa u tfajliet li minkejja d‑diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom jagħżlu l‑ħajja tat‑tarbija fil‑ġuf. Din id‑dar, li hija mmexxija mill‑Fondazzjoni Life Network, toffri kenn lin‑nisa tqal sa sena wara li titwieled it‑tarbija, u dawn jibqgħu jiġu akkumpanjati sakemm il‑mara flimkien ma’ binha jew bintha, terġa’ ssib saqajha fis‑soċjetà… Kompli aqra »

L-Isqfijiet Maltin dwar il-mewt tal-Isqof Ebejer OP

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna, l-Isqof Anton Teuma u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi sellmu l-ħajja ddedikata fl-art tal-missjoni tal-Isqof Walter Michael Ebejer OP, Isqof Emeritu ta’ União da Vitória fl-istat ta’ Parana, il-Brażil.

L-Isqof Ebejer miet ilbieraħ, il-Ġimgħa 11 ta’ Ġunju, fis-Solennità tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, fl-età ta’ 91 sena. Huwa kien l-iżjed Isqof Malti anzjan.

L-Isqof Walter Michael Ebejer twieled Ħad-Dingli fit-3 ta’ Awwissu 1929… Kompli aqra »

Il-ħames volum ta’ ‘Kelma ta’ Ħabib’

Il-ktieb bl-omeliji u d-diskorsi tal-Arċisqof Charles Scicluna

Il‑bini ta’ soċjetà bbażata fuq il‑valur tal‑ħajja, il‑promozzjoni tal‑ġid komuni, ir‑rispett reċiproku u l‑maħfra huma wħud mit‑temi li jirrifletti fuqhom l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna fil‑ħames volum ta’ ‘Kelma ta’ Ħabib’. Dan il‑ktieb jiġbor fih l‑omeliji u d‑diskorsi tal‑Arċisqof fil‑ħames sena tiegħu bħala Arċisqof ta’ Malta.

F’din l‑edizzjoni ta’ ‘Kelma ta’ Ħabib’ wieħed isib ukoll id‑diskors tal‑Arċisqof waqt id‑djalogu miftuħ li sar fl‑Università ta’ Malta dwar ir‑razziżmu wara l‑qtil ta’ Lassana Cisse, id‑diskors waqt l‑għoti tal‑Istitut Adelaide Cini lil Hospice Malta għat‑twaqqif ta’ St Michael’s Hospice li se jipprovdi servizzi ta’ kura paljattiva, u l‑messaġġi lill‑koppji għarajjes u lil dawk li ngħadqu fis‑sagrament taż‑żwieġ… Kompli aqra »

Direttur ġdid għall-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dun Andrè Zaffarese bħala Direttur tal‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali. Huwa se jieħu post Dun Jimmy Bonnici li kien ilu jservi f’din il‑kariga mill‑2017.

L‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali twaqqaf bħala risposta għas‑sejħa li ħarġet mis‑Sinodu Djoċesan tal‑2003 sabiex tiġi promossa u kkoordinata l‑formazzjoni tal‑Insara. L‑għan tal‑istitut hu li jipprepara Nsara għall‑ħtiġijiet attwali tas‑soċjetà tal‑lum. Kull sena, l‑istitut joffri diversi inizjattivi ta’ formazzjoni formali u informali li jvarjaw minn korsijiet għal diskussjonijiet… Kompli aqra »

Rettur u Viċi Rettur għas-Seminarju tal-Arċisqof

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dun Jimmy Bonnici bħala Rettur tas‑Seminarju tal‑Arċisqof. Huwa ħatar ukoll lil Dun Carlo Calleja bħala Viċi Rettur. Huma ser jieħdu post Dun Albert Buhagiar li kien rettur tas‑Seminarju għal ħames snin, u Dun Ronnie Zammit li serva bħala viċi rettur għal erba’ snin.

Dun Jimmy Bonnici

Dun Jimmy Bonnici huwa mill‑Mosta u ġie ordnat saċerdot fl‑1998. Wara li fl‑2004 temm id‑dottorat fit‑Teoloġija Spiritwali fl‑Università Gregorjana f’Ruma, serva bħala direttur spiritwali fl‑iskola San Andrea, bħala rettur tas‑Seminarju tal-Arċisqof bejn l‑2007 u l‑2016, u bħala direttur tal‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali… Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur l-aħħar xogħlijiet fiċ-ċentru terapewtiku Tal-Ibwar

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna żar l‑aħħar xogħlijiet li qed isiru fiċ‑ċentru terapewtiku Tal‑Ibwar fis‑Siġġiewi, li se jgħin adolexxenti li għaddejjin minn problema ta’ abbuż ta’ droga. Dan se jitmexxa mill‑Knisja permezz ta’ Caritas Malta filwaqt li ċ‑ċentru u l‑operat se jiġi ffinanzjat mill‑Gvern.

L‑għan ewlieni taċ‑ċentru huwa li jgħin lill‑adolexxenti li bdew imissu mad‑droga billi jipprovdi programm residenzjali għal 14‑il persuna, u servizzi ta’ matul il‑jum ta’ rijabilitazzjoni mid‑droga… Kompli aqra »

Direttivi dwar iċ-ċelebrazzjoni tal-festi 2021

Il-Knisja f’Malta qed tippublika direttivi rigward iċ-ċelebrazzjoni tal-festi għal din is-sena, skont l-istqarrija maħruġa fl-14 ta’ Mejju 2021 fejn intqal li l‑festi parrokkjali u festi oħra reliġjużi li jsiru ġewwa l‑bini tal‑Knisja jsiru fil‑ġranet li s-soltu jiġu ċċelebrati, b’rispett sħiħ lejn il‑miżuri għall‑ħarsien tas‑saħħa indikati mill‑awtoritajiet tas‑saħħa.

Dawn id-direttivi jistipulaw li l-quddies u ċelebrazzjonijiet liturġiċi oħra relatati mal-festa jkunu konformi mad-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet ekkleżjastiċi u/jew ċiviċi li jkunu fis-seħħ f’dak iż-żmien, li l-istatwa għandha tinħareġ u tiddaħħal lura fin-niċċa b’mod privat, u li l-armar jista’ jsir bħalma s-soltu jsir… Kompli aqra »

Live-in tal-Kappillani 2021: Il-preżenza diġitali tal-parroċċi

Waqt il‑live‑in annwali tal‑kappillani li sar bejn it‑18 u l‑20 ta’ Mejju 2021, ġiet diskussa l‑preżenza online tal‑parroċċi u l‑potenzjal li toffri l‑media soċjali. Bil‑għajnuna ta’ esperti f’diversi oqsma tal‑media, is‑70 kappillan tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta esploraw inizjattivi li jistgħu jittieħdu sabiex il‑messaġġ tal‑Knisja jilħaq iktar nies fuq il‑media soċjali, inkluż l‑adolexxenti u ż‑żgħażagħ u dawk li huma għatxana għall‑aħbar it‑tajba. It‑tema tal‑live‑in kienet ‘Knisja li Tisma’, Knisja li Toħroġ’, marbuta mad‑dokument ta’ tiġdid ekkleżjali tal‑arċidjoċesi Knisja Waħda, Vjaġġ WieħedKompli aqra »

Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Patri Joseph Mamo, Franġiskan,  bħala kappillan tal‑Parroċċa ta’ Marija Addolorata, San Pawl il‑Baħar.

Patri Joseph Mamo twieled fis‑16 ta’ Diċembru 1963 u trabba Birkirkara. Irċieva l‑edukazzjoni primarja fl‑iskola ta’ Santa Venera u l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Kulleġġ Savio, Ħad‑Dingli. Kompla l‑edukazzjoni terzjarja fl‑INSERM, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta u fil‑Kulleġġ Sant’Antonio Dottore f’Padova l‑Italja.

Huwa kien ordnat saċerdot fil‑5 ta’ Lulju 1991 u matul is-snin serva bħala Segretarju Provinċjali tal‑Franġiskani Konventwali, Gwardjan u Rettur tal‑istudenti fil‑kunvent ta’ San Franġisk Birkirkara, Kappillan tal‑Parroċċa ta’ San Pawl il‑Baħar, Kappillan tal‑Parroċċa ta’ Burmarrad, Viċi Kappillan tal‑Parroċċa tal‑Qawra u Ekonomu Provinċjali… Kompli aqra »