L-Arċisqof Charles Jude Scicluna, l-Isqof Anton Teuma u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi sellmu l-ħajja ddedikata fl-art tal-missjoni tal-Isqof Walter Michael Ebejer OP, Isqof Emeritu ta’ União da Vitória fl-istat ta’ Parana, il-Brażil.

L-Isqof Ebejer miet ilbieraħ, il-Ġimgħa 11 ta’ Ġunju, fis-Solennità tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, fl-età ta’ 91 sena. Huwa kien l-iżjed Isqof Malti anzjan.

L-Isqof Walter Michael Ebejer twieled Ħad-Dingli fit-3 ta’ Awwissu 1929. Ġie ordnat saċerdot fl-1954 u hu membru tal-Ordni tal-Predikaturi. Tliet snin wara beda l-ħidma missjunarja fil-Brażil fejn ilu 64 sena, 44 sena minnhom bħala isqof. Huwa rtira f’Jannar 2007 fl-età ta’ 77 sena u baqa’ jgħix fid-Djoċesi ta’ União da Vitória, li tagħha kien l-ewwel isqof. L-Isqof Ebejer huwa ħu l-kittieb Francis Ebejer.