Stqarrijiet għall-Istampa

Il-pożizzjoni tal-Knisja f’Malta dwar il-festi 2021

Matul din is‑sena 2021, il‑festi parrokkjali u festi oħra reliġjużi li jsiru ġewwa l‑bini tal‑knisja jsiru fil‑ġranet li soltu jiġu ċċelebrati, b’rispett sħiħ lejn il‑miżuri indikati mill‑Awtoritajiet tas‑Saħħa għall‑ħarsien tas‑saħħa u tal‑ħajja ta’ kulħadd.

Rigward iċ‑ċelebrazzjonijiet ta’ barra l‑bini tal‑knisja, li normalment jiġu organizzati mill‑Knisja, bħalma huma l‑purċissjonijiet, dawn isiru biss jekk, fejn u meta l‑Awtoritajiet tas‑Saħħa jawtorizzawhom bħala attivitajiet permessi. Kompli aqra »

Nibnu fuq it-tajjeb flok nippromwovu sustanzi ta’ ħsara

Stqarrija mill-MCYN dwar il-White Paper fuq il-Kannabis

Il‑Malta Catholic Youth Network (MCYN), entità tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta li taħdem maż‑żgħażagħ, ippublikat dokument ta’ pożizzjoni bħala parti mill‑proċess ta’ konsultazzjoni tal‑Gvern għall‑White Paper “Lejn it‑Tisħiħ tal‑Qafas Legali għall‑Użu Responsabbli tal‑Kannabis”.

L‑MCYN, li tirrappreżenta ’l fuq min 100 għaqda taż‑żgħażagħ u li matul is‑snin appoġġjat bis‑sħiħ attivitajiet rikreattivi li jgħinu l‑iżvilupp taż‑żgħażagħ u l‑bini tal‑komunità, hija kontra l‑użu ta’ sustanzi psikoattiva u/jew ta’ ħsara, legali jew illegali… Kompli aqra »

L-ordinazzjoni ta’ żewġ djakni

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jordna żewġ djakni ġodda nhar is‑Sibt li ġej, 15 ta’ Mejju 2021. Il‑quddiesa se ssir fis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Grazzja, Ħaż‑Żabbar, fid‑9:30 a.m. Din se tixxandar fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Iż‑żewġ seminaristi huma Sean Abela mill‑Parroċċa ta’ San Pawl, ir‑Rabat, u Jean Claude Attard mill‑Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il‑Għajn.

Permezz ta’ din l‑ordinazzjoni, id‑djakni l‑ġodda jsiru xebh ma’ Ġesù Kristu li ried ikun ‘djaknu’, jiġifieri qaddej ta’ kulħadd… Kompli aqra »

Xelter ġdid immexxi mill-Knisja għal vittmi nisa u wliedhom

Investiment ta' miljun ewro mill-Arċidjoċesi ta' Malta

Il‑Knisja f’Malta inawgurat ix‑xelter ‘Il‑Milja’ għal nisa li esperjenzaw vjolenza u għal uliedhom. Ix‑xelter, li se jkun immexxi mill‑Knisja permezz ta’ Fondazzjoni Sebħ, se jilqa’ nisa li għaddew minn abbuż jew vjolenza, fosthom vittmi ta’ vjolenza domestika, traffikar tal‑bnedmin, prostituzzjoni sfurzata kif ukoll abort sfurzat. Dan ix‑xelter ta’ tieni stadju (second‑stage shelter), li jinkludi 12‑il appartament li ser jilqgħu sa 36 persuna, ġie jiswa lill‑Knisja f’Malta miljun ewro biex il‑binja ġiet immodernizzata u mgħammra apposta għall‑ħtiġijiet tan‑nisa u t‑tfal tagħhom… Kompli aqra »

Inawgurat ir-restawr tal-orgni tal-knisja parrokkjali ta’ Marsaxlokk

Ġie inawgurat il‑proġett ta’ restawr u konservazzjoni tal‑orgni (pipe organ) tas‑Santwarju tal‑Madonna ta’ Pompej f’Marsaxlokk, b’investiment ta’ madwar €47,000 b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Il‑proġett ġie inawgurat mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, lejlet il-festa tal-Madonna ta’ Pompej. Preżenti wkoll is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross,  u l‑Kappillan Dun Luke Seguna.

Permezz ta’ dan il‑proġett ta’ restawr estensiv fit‑teknika tal‑orgni kif ukoll fl‑intonazzjoni tiegħu, il‑ħoss tal‑orgni jista’ jerġa’ jitgawda mill‑Maltin u t‑turisti li jżuru u jattendu għall‑funzjonijiet fil‑knisja, u jgħin lill‑kongregazzjoni fil‑kant u t‑talb… Kompli aqra »

Insaħħu l-benessri u mhux l-użu tas-sustanza

Is‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija (SfCE) u l‑Assoċjazzjoni tal‑Iskejjel tal‑Knisja (CSA) ħarġu dokument ta’ pożizzjoni b’rispons għall‑White Paper “Lejn it‑Tisħiħ tal‑Qafas Legali għall‑Użu Responsabbli tal‑Kannabis”. Dan id‑dokument se jiġi ppreżentat lill‑Gvern bħala parti mill‑proċess ta’ konsultazzjoni li għaddej bħalissa.

Bħala edukaturi li jaħdmu ma’ eluf ta’ tfal u żgħażagħ, is‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija u l‑Assoċjazzjoni tal‑Iskejjel tal‑Knisja għandhom ir‑responsabbiltà li jesprimu r‑riżervi tagħhom dwar it‑triq perikoluża li l‑pajjiż qiegħed jieħu permezz ta’ dak li qiegħed jiġi propost fil‑White Paper… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Mejju 2021

Matul ix‑xahar ta’ Mejju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m…
  • Kompli aqra »

L-ordinazzjoni ta’ erba’ saċerdoti ġodda

Il‑Knisja f’Malta se jkollha erba’ saċerdoti ġodda. L‑ordinazzjoni presbiterali mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se ssir nhar is‑Sibt, 8 ta’ Mejju 2021, fid‑9:30 a.m., fil‑Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, Raħal il‑Ġdid, u se tixxandar fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

L‑erba’ djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma:

  • Roderick Baldacchino mill‑Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż‑Żejtun
  • Joshua Cortis mill‑Parroċċa ta’ San Gejtanu, il‑Ħamrun
  • Jean‑Claude Schembri mill‑Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż‑Żejtun
  • Mark Scicluna tal‑Ordni tal‑Aħwa Minuri Kapuċċini

Iċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet tas‑Seminarju qed jistieden liż‑żgħażagħ biex jirriflettu dwar il‑possibiltà li Alla qed isejħilhom għal ħajja saċerdotali jew reliġjuża… Kompli aqra »

Jum il-Vokazzjonijiet 2021

Nhar il‑Ħadd li ġej, 25 ta’ April 2021, ir‑raba’ Ħadd tal‑Għid, huwa l‑Jum Dinji ta’ Talb għall‑Vokazzjonijiet. Dakinhar l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jiċċelebra quddiesa mill‑Kappella taċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet fis‑Seminarju, Tal‑Virtù, fid‑9:30 a.m.  Din se tixxandar fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Fil‑quddiesa se jieħdu sehem saċerdoti, reliġjużi rġiel u nisa, u seminaristi li huma responsabbli mill‑ħidma vokazzjonali, kif ukoll żgħażagħ li jieħdu sehem fl‑attivitajiet li jorganizza ċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet tas‑Seminarju tal‑Arċisqof… Kompli aqra »

Il-kampanja ‘Itma u Libbes’ b’risq il-persuni fil-bżonn

Matul ir-Randan, permezz tal‑kampanja ‘Itma’ u Libbes’, inġabru €30,000 f’donazzjonijiet u madwar 45 vann mimlija ħwejjeġ f’kundizzjoni tajba. Dawn ser jgħinu lil persuni li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli fis‑soċjetà.

Il-kampanja ġiet organizzata mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta permezz tat‑Taqsima tad‑Djakonija fil‑Parroċċi ta’ Caritas Malta, flimkien ma’ Newsbook.com.mt u 103 Malta’s Heart fejn ixxandru diversi intervisti dwar ir-realtà tal-faqar.

Id-donazzjonijiet se jintużaw biex jinxtara ikel li jitqassam mill‑kappillani lill‑familji fil‑bżonn fil‑parroċċi tagħhom… Kompli aqra »