Stqarrijiet għall-Istampa

Quddies f’Jum id-Duluri

Għada l-Ġimgħa, 26 ta’ Marzu, Jum id‑Duluri, il‑quddies li jixxandar kuljum mill‑Isqfijiet se jsir mill‑Knisja ta’ Ġieżu, il‑Belt Valletta, fejn jinsabu meqjuma x‑xbihat devoti tal‑Kurċifiss mirakoluż u tad‑Duluri li s-soltu toħroġ f’pellegrinaġġ mat‑toroq tal‑Belt.

Il‑quddiesa tad‑9:30am segwita mit‑talba tar‑Rużarju se titmexxa mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi. Il‑quddiesa tal‑5:30pm li wkoll se tkun segwita mit‑talba tar‑Rużarju se titmexxa mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna.

L‑Insara huma mistiedna jingħaqdu fit‑talb mal‑Isqfijiet waqt il‑quddies li ser jixxandar fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mtKompli aqra »

Direttivi mill-11 ta’ Marzu sal-11 ta’ April 2021

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed tippubblika direttivi li jidħlu mis‑seħħ mil‑lum il‑Ħamis, 11 ta’ Marzu sal‑Ħadd, 11 ta’ April 2021. Dan wara li lbieraħ filgħaxija tħabbar li fis‑sitwazzjoni preżenti l‑Knisja qed twaqqaf il‑funzjonijiet reliġjużi biex tiġi mħarsa s‑saħħa tal‑poplu.

Id‑direttivi l‑ġodda jistabilixxu li l‑knejjes jistgħu jiftħu għall‑qima tal‑pubbliku għalkemm mhux permess li jsir quddies jew xi attività reliġjuża oħra bil‑preżenza tan‑nies… Kompli aqra »

Jitwaqqfu l-funzjonijiet reliġjużi biex titħares is-saħħa tal-poplu

Il‑Knisja qed twaqqaf il‑funzjonijiet reliġjużi kollha b’effett immedjat, għajr għall‑quddiesa tal‑funeral u ċ‑ċelebrazzjoni tar‑rit taż‑żwieġ. Dawn il‑miżuri, li qed jitħabbru bi qbil mal‑Awtoritajiet tas‑Saħħa, se jibqgħu fis‑seħħ sal‑11 ta’ April 2021.

Il‑knejjes prinċipali se jibqgħu miftuħa għat‑talb privat. Biex wieħed jidħol fil‑knisja għandu jibqa’ jimxi mal‑miżuri kollha preżenti għall‑ħarsien tas‑saħħa.

F’dan iż‑żmien diffiċli, l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex iħeġġu lil kulħadd biex inkomplu nosservaw id‑direttivi filwaqt li jappellaw għat‑talb għas‑saħħa tal‑poplu tagħna… Kompli aqra »

It-tilqima fl-iskejjel meħtieġa b’urġenza

Is-sitwazzjoni qed tikkawża stress u tensjoni żejda f'ċertu skejjel

While welcoming the strong drive towards COVID-19 vaccination for school staff members which is currently underway, the Secretariat for Catholic Education and the Church Schools Association call for greater urgency and a more balanced vaccination roll-out amongst staff in all schools (State, Church and independent schools). 

This follows reports that a number of Church schools have still not received any appointments for vaccinations for staff members… Kompli aqra »

Inizjattivi pastorali online minħabba l-pandemija

Fid‑dawl tad‑direttivi l‑ġodda maħruġa mill‑awtoritajiet tas‑saħħa, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed tissospendi minnufih il‑laqgħat tal‑gruppi tagħha li jsiru b’mod fiżiku, inkluż is‑sessjonijiet ta’ katekeżi tat‑tfal. 

Filwaqt li tapprezza li għadd ta’ laqgħat diġà qed isiru online, l‑Arċidjoċesi tkompli tinkoraġġixxi biex, fejn hu possibbli, dawn l‑inizjattivi pastorali jkomplu b’mod virtwali. Din id‑direttiva terġa’ tiġi kkunsidrata wara l‑11 ta’ April li ġej.

Il‑Knisja tkompli tħeġġeġ biex nitolbu lil Alla għas‑saħħa tal‑poplu tagħna u biex nieħdu ħsieb xulxin billi nosservaw id‑direttivi għall‑ħarsien tas‑saħħa… Kompli aqra »

Itma’ u libbes – Lest tgħin lill-persuni fil-bżonn?

Itma’ u Libbes hija l‑kampanja tar‑Randan 2021 organizzata mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta permezz tat‑Taqsima tad‑Djakonija fil‑Parroċċi ta’ Caritas Malta, flimkien ma’ Newsbook.com.mt u 103 Malta’s Heart. Din il‑kampanja hi mmirata biex ittaffi ftit mit‑tbatija tal‑persuni li għaddejjin minn ċirkostanzi diffiċli. L‑għan hu li jinġabru flus biex jitħallsu ikliet għall‑persuni fil‑bżonn, kif ukoll jinġabru ħwejjeġ użati li għadhom f’kundizzjoni tajba. Iż‑żewġ inizjattivi se jkunu qed jiġu mmaniġġjati b’mod innovattiv u differenti mill‑kampanji tradizzjonali ta’ ġbir ta’ ikel u ħwejjeġ… Kompli aqra »

Premju għar-restawr tal-faċċata tal-Kurja tal-Arċisqof

The recently restored façade of the Archbishop’s Curia in Floriana has been awarded a Din l-Art Ħelwa award for Architectural Heritage. Following the restoration and conservation of the façade of Casa Manresa, the project earned the prestigious Prix d’Honneur in its category. Michael Pace Ross, Administrative Secretary, Roberto Buontempo, Head of Property, and Perit Daphne Fenech from CREAID received the award on behalf of the Archdiocese of Malta… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Marzu 2021

Matul ix‑xahar ta’ Marzu, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m…
  • Kompli aqra »

Titnieda l-Assoċjazzjoni għall-beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni ta’ Henry u Inez Casolani

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna approva t‑twaqqif tal‑Assoċjazzjoni Henry u Inez Casolani fi ħdan l‑Arċidjoċesi ta’ Malta. L‑Assoċjazzjoni twaqqfet bl‑għan li tippromwovi l‑kawża ta’ beatifikazzjoni u kanonizzazzjoni tal‑Qaddejja ta’ Alla Henry u Inez Casolani, koppja miżżewġa li għexu ħajja Nisranija devota u eżemplari. Il‑koppja żżewġet f’April tal‑1944 fil‑Knisja ta’ Santu Wistin il‑Belt Valletta.

Inez Casolani twieldet Bormla fl‑1915 u kienet mħarrġa bħala għalliema. Kienet għalliema b’vokazzjoni u, għalkemm waqfet minn din il‑professjoni wara ż‑żwieġ, baqgħet tgħallem il‑privat b’xejn lit‑tfal minn familji fil‑bżonn… Kompli aqra »

Nibnu soċjetà ta’ għożża u solidarjetà

Ittra Pastorali għar-Randan 2021

L-Ittra Pastorali mill-Isqfijiet

Għeżież,

Is‑sejħa li jagħmlilna Ġesù llum, “Indmu u emmnu fl‑Evanġelju” (Mk 1:15), hi sejħa biex aħna nħaddnu l‑Aħbar it‑Tajba u mmorru fil‑qalba tal‑fidi tagħna, kif ifissirha Ġesù stess: “Alla hekk ħabb lid‑dinja li ta lil Ibnu l‑waħdieni biex kull min jemmen fih ma jintilifx imma jkollu l‑ħajja ta’ dejjem” (Ġw 3:16).

Alla hu mħabba u lilna, bħala wliedu, isejħilna biex ngħixu fl‑imħabba… Kompli aqra »